Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33888 u ċjoè jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31965 fl-intier tagħha u jgħid kemm ħallset pagamenti finanzjarji l-Air Malta mit-30 ta’ Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u lil min?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mit-30 ta’ Marzu sa’ llum, l-Airmalta ħallset €50,448,287.076 f’pagamenti.
Ħaddiema full-time u part-time skont ir-rata tat-taxxa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32823, 33121 u 33160 u jippreżenta tabella li tindika n-numru ta’:
i. ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs);
ii. ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u
iii. ċittadini Maltin,
separati f’żewġ kategoriji: full-time employed u part-time employed?
Għal kull kategorija, jista’ wkoll jindika kemm minnhom jaqgħu taħt dawn ir-rati tat-taxxa:
i. 0% taxxa;
ii. 15% taxxa;
iii. 25% taxxa u
iv. 35% taxxa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Distribuzzjoni tal-pagi skont il-grupp ta’ ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32822, 33120 u 33159 u jippreżenta tabella dettaljata li tindika n-numru ta’ ħaddiema full-time li jaqilgħu pagi gross bejn it-€12,000 u l-€150,000, f’inkrementi ta’ €1,000 (eż. €12,000–€13,000; €13,000–€14,000; u hekk sal-€150,000), separati kif ġej:
i. ċittadini Maltin;
ii. ċittadini minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u
iii. ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs)?
Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li tinkludi kolonna separata għal kull kategorija ta’ ħaddiema?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi – Strateġija biex jiżdied it-teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 33366.
Ministeru għall-Finanzi – Teleworking – Medja ta’ sigħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.
Jista’ l-Ministru jagħti break down tal-persuni self-employed li kienu akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373 li l-professjoni jew it-trade tagħhom hija:
kostruzzjoni u kuntratturi;
servizzi finanzjarji;
kummerċ bl-imnut jew bl-ingrossa;
artisti, dawk fis-settur tad-divertiment, jew freelancers;
professjonijiet regolati (accountants, lawyers, brokers); u
negozji żgħar jew micro-enterprises,
għal kull sena mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx klassifikazzjoni skont il-livell edukattiv jew tip ta’ kwalifika professjonali tal-persuni akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373, kienu impjegati, jew self-employed, u kemm kienu diretturi jew uffiċjali ta’ kumpaniji?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-predicate offences li fuqhom kienu bbażati akkużi ta’ ħasil ta’ flus l-aktar frekwentement? Jista’ jgħid ukoll kif inbidlet din ix-xejra matul l-aħħar ħames snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jikklassifika l-proċeduri kriminali skont it-tip ta’ predicate offence li fuqha kienet ibbażata l-akkuża ta’ ħasil ta’ flus bħal:
evażjoni tat-taxxa fuq id-dħul;
evażjoni tal-VAT;
frodi jew falsifikazzjoni ta’ dokumenti;
traffikar tad-drogi;
offiżi ta’ korruzzjoni u tixħim;
offiżi relatati ma’ kummerċ illeċitu; u
kwalunkwe predicate offence ieħor
mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li għandhom kemm passaport Malti kif ukoll passaport Ingliż iħallsux rata ta’ taxxa differenti mir-rata ta’ 15% li jħallsu l-ħaddiema li għandhom passaport Ingliż u li jaħdmu hawn Malta u l-kumpaniji finanzjarji Ingliżi li għandhom il-Head Office tagħhom f’Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpallant illi r-regoli li jistabbilixxu r-rata ta’ taxxa ta’ 15% jsemmu bħala waħda mill-kriterji prinċipali li l-applikant ma jistax ikollu d-domiċilju tiegħu f’Malta biex jibbenefika mir-rata ta’ 15%. Il-passaport tal-applikant mhuwiex kriterju li jiġi kkunsidrat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rata ta’ akkużi taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373, żdiditx jew naqsitx, u għal liema raġunijiet mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li ġew akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap 373, parzjalment jew kompletament, kienu bbażati fuq akkużi esklussivament relatati ma’ Money Laundering u kemm minnhom inkludew predicate offence addizzjonali, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ persuni li ġew akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373, parzjalment jew kompletament, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru permezz tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33693 u jgħid kemm hawn żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw il-proprjetà tagħhom waħedhom jew ma’ xi ħaddieħor, f’dawn l-aħħar ħames snin u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena, sas-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Proprjetajiet - Spezzjonijiet għal under declaration
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32888, 33161 u 33695 u jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq proprjetajiet li nxtraw biex jaraw li ma kienx hemm under declaration mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien hemm persuni li nstabu li kellhom under declaration u li ma jirriflettix il-piż attwali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid ukoll kemm inġabru taxxi b’dan il-mod matul l-istess perjodu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn uffiċjali tal-LESA matul is-sena 2025, maqsuma ġimgħa b’ġimgħa? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġunijiet ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.