Servizz ta’ carer/helper – refund mogħti fil-pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13215 u jgħid meta dawk il-carers/helpers li jnaddfu d-djar ikunu bis-sick leave eċċ, u f’ċertu ċirkostanzi ma jkunx provdut reliever, għalfejn ir-refunds fil-pensjoni mhumiex qed jiġu mogħtija lura sabiex dan jagħmel tajjeb għall-ħlas nominali li jkun sar għas-servizz tal-carer/helper fi djar meta dan attwalment ma jkunx ingħata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuni li jibbenefikaw mis-servizz imsemmi iżda li għal xi raġuni tali servizz ma jingħatax, jingħataw rifużjoni lura fil-pensjoni tagħhom mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Ir-rifużjoni tkun tista’ tinħadem wara li d-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunità, li jagħti s-servizz imsemmi, jibgħat l-listi lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ dawk il-persuni li ma jkunux ibbenefikaw mis-servizz imsemmi, u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jagħti lura r-rifużjoni dovuta.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — użu ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, fil-preżent il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali jew l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru, ma jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — impjieg lill-individwu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12306, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li hija fid-dekasteru tiegħu impjegat, taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ.) wara Jannar 2017, lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali? Jista’ jgħid minn meta sa meta kien dan l-impjieg?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13108 jista' l-Ministru jindika jekk persuni li jilħqu l-età tal-pensjoni jistgħux jibqgħu jaħdmu part-time u fl-istess ħin jirċievu l-pensjoni nkella għandhomx bżonn jistennew iktar snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, persuni li jilħqu l-età tal-pensjoni jistgħu jaħdmu kemm part-time kif ukoll full-time u fl-istess ħin jirċievu pensjoni kontributorja għall-Irtirar.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13169 jista' l-Ministru jgħid kemm mill-ammont indikat huma wlied li twieldu tul is-sena 2019 u kemm kienu mwielda qabel imma kkwalifikaw issa għall-benefiċċju taċ-Children’s Allowance?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ separazzjonijiet u divorzji li seħħew is-sena l-oħra? X’inhuma l-aktar raġunijiet li jwasslu għal dawn is-separazzjonijiet skont l-Aġenzija Appoġġ? X’qiegħda tagħmel l-Aġenzija biex tnaqqas dan in-numru?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, ma hux fil-kompitu ta’ ebda entità f’dan il-Ministeru li jiġbor u j¿omm statistika dwar separazzjonijiet u divorzji f’pajjiżna. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jerġa’ jagħmel din il-parti tal- mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Mill-banda l-oħra, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-FSWS tagħti servizz ta’ terapisti tal-familja, kif ukoll torganizza diversi korsijiet dwar trobbija pożittiva, fosthom ukoll il-kors tal-co-parenting li huwa intiż speċifikament għal koppji separati jew li qed jisseparaw. Dawn is-servizzi huma pprovduti kollha bla ħlas u mhumiex obbligatorji fuq il-parteċipanti.
Jista’ l-Ministru jindika meta se jiġu organizzati korsijiet dwar it-trobbija tat-tfal fil-lokalità kbira ta’ Marsaskala fejn hemm jgħixu madwar 5,000 familja?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hemm tfal f'riskju ta’ faqar f'pajjiżna u f'liema lokalità qed jgħixu? X'qiegħed isir sabiex ikunu jistgħu jiġu megħjuna dawn it-tfal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-aħħar statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika, maħruġa fl-2018, (NSO News Release EU-SILC 2018: Salient Indicators), turi li huwa stmat li hemm 17,000 tifel jew tifla f'riskju ta’ faqar f'pajjiżna. Il-maġġoranza ta’ dawn it-tfal f’riskju ta’ faqar ġejjin mir-reġjuni tal-Port il-Kbir (Northern Harbour u Southern Harbour) u fix-Xlokk tal-Lvant tal-pajjiż (South Eastern).
Sabiex ikunu jistgħu jiġu mgħejjuna dawn it-tfal, minbarra t-twaqqif ta’ diversi liġijiet li jissalvagwardjaw il-benessere tat-tfal bħal: Kapitolu 327 – Att Dwar l-Edukazzjoni; Kapitolu 318 – Att Dwar is-Sigurta` Soċjali, u Kapitolu 495 – Att Dwar l-Amministrazzjoni tal-Adozzjoni, il-benessere tat-tfal ġiet imsaħħa ukoll permezz ta’ diversi strateġiji u dokumenti ta’ politika nazzjonali fosthom; Il-Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklu¿joni Soċjali 2014-2024, fejn it-tfal vulnerabbli u f’riskju ta’ faqar huma wieħed mill-gruppi ta’ mira, kif ukoll il- Politika Nazzjonali għat-Tfal.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li abbażi ta’ dawn l-inizjattivi, matul dawn l-aħħar snin, il-Gvern implementa numru ta’ miżuri bil-għan li jgħin tfal f’riskju ta’ faqar. Lista ta’ dawn il-miżuri u servizzi li ġew introdotti u implimentati matul dawn l-aħħar snin, bil-għan li jgħinu lit-tfal li qegħdin f’riskju ta’ faqar b’mod dirett jew indirett qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
To ask the Minister, does the Ministry have an in-house policy or directive which allows Aġenzija Appoġġ’s personnel to sua sponte alter, change, ignore or modify a lawfully issued Visitation Court Order which assigns specific dates and times for visitation by the parent and/or significant other? Can the Minister say whether any actions ever been taken against those Aġenzija Appoġġ’s personnel involved in such contemptuous conduct and behaviour at the expense of the parent and/or significant other? If yes, can he please provide information?
Response (FALZON, MICHAEL)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
To ask the Minister, how many employees of Aġenzija Appoġġ have been terminated from employment due to factors arising from misconduct and/or other inappropriate conduct, in the past three (3) years? Without revealing personal data or demographic data, can he please provide information?
Response (FALZON, MICHAEL)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
To ask the Minister, presently are there any employees employed at Aġenzija Appoġġ and who are also employed by any other government entity, including the Malta Police Force? Can he please identify the number and location of their operation?
Response (FALZON, MICHAEL)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Billi skont il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali kien hemm aktar minn 15,000 każ ta’ persuni vulnerabbli tul is-sena li għaddiet, jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm minn dawn il-persuni/familji li ngħataw l-għajnuna mill-Programm LEAP? X’tip ta’ għajnuna ngħataw dawn il-persuni? Minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-persuni?
Response (FALZON, MICHAEL)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Aġenzija Appoġġ, Sapport u Sedqa – Każijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm każijiet pendenti (u f’liema servizz) fl-Aġenżija Appoġġ, Sapport u Sedqa sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Aġenzija Sapport: Stennija għaċ-Ċentri ta' Matul il-Jum u Djar Residenzjali
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13087, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm djar residenzjali fil-komunità ppjanati li jinfetħu u fejn jinstabu? Jista' jagħti d-dettalji tal-ftehim ma' diversi entitajiet non governattivi u s-settur privat li jipprovdu servizzi residenzjali, li lejhom persuni b'diżabilità jistgħu jiġu riferuti, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Aġenzija Sapport fil-preżent qed twettaq xogħol fuq żewġt idjar għal persuni b’diżabilità bħala parti mill-Proġett Soċjetà Ġusta. Dawn ir-residenzi jinsabu ġewwa ż-Żurrieq u l-Qrendi. Ir-residenza taż-Żurrieq mistennija tiftaħ lejn l-aħħar tas-sena 2020, filwaqt li dik ġewwa l-Qrendi hija proġettata li tinfetaħ lejn nofs l-2021.
L-Aġenzija Sapport, minbarra li tmexxi numru ta’ djar residenzjali f’isimha, għandha wkoll ftehim ma’ diversi entitatajiet privati u non-governattivi sabiex tkabbar l-provista’ ta’servizzi residenzjali fil-kommunita’. Ir-residenzi imsemmija huma dawk elenkati fit-tabella t’hawn taħt:
Residenza
Entità
Numru ta’ persuni b’diżabilit
à
Dar Shalom, Żurrieq
Dar tal-Providenza
5
Dar il-Ġublew tal-Ħniena, Għajnsielem, Għawdex
Fondazzjoni Arka
5
Dar Merħba, Fgura
Fondazzjoni Wens
10
Dar l-Abilità, Kalkara
Fondazzjoni Wens
6
Dar Bjorn, Qormi
ALS Malta Foundation
13
L-Akkwarell, Qawra
Dar tal-Providenza
3
Dar Pirotta, Birkirkara
Dar tal-Providenza
10
Fondazzjoni Ħajja Indipendenti, Naxxar
Fondazzjoni Ħajja Indipendenti
1
Dar Arka, Għajnsielem, Għawdex
Fondazzjoni Arka
10
Dar il-Wens, Kalkara
Fondazzjoni Wens
19
Dar Nazaret
Fondazzjoni Nazaret
10
Dar Madre Tereża
Fondazzjoni Nazaret
9
Dar l-Arċipriet Degebriele
Fondazzjoni Nazaret
9
Casa Apap Bologna, Mosta
ĦILA Homes
24
To ask the Minister, can you please provide specific statistical data which reveals the amount of times, in the past three (3) years where Aġenzija Appoġġ has not complied or refused to comply or altered/modified with an Order of Visitation issued by a Court of Competent Jurisdiction?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant, għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 13257.
To ask the Minister, can he please provide the wages paid to each employee of Aġenzija Appoġġ in his/her respective position? Can he also include any bonuses, pay increase and/or any other benefits?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnha hija disponibli mill- Ftehem Kollettiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), li taħtha taqa’ l-Aġenzija Appoġġ. Il-Ftehim Kollettiv huwa dokument pubbliku u aċċessibbli għal kull min irid jirreferi għalih, mid-Dipartment għar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi (DIER).