Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8554 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8595 u ċjoè: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra d-dati li fihom daħal it-tanker tal-LNG biex jimla fil-Port ta' Marsaxlokk minn mindu bdiet topera l-power station sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma daħal l-ebda tanker tal-LNG biex jimla’ fil-Port ta’ Marsaxlokk. Madankollu qed nagħti informazzjoni dwar il-kunsinni ta’ LNG li daħlu fil-Port ta’ Marsaxlokk minn mindu bdiet topera l-Power Station tal-gass.
Kunsinna
Data
1
11 ta’ Jannar 2017
2
2 ta’ Frar 2017
3
24 ta’ Marzu 2017
4
10 ta’ Mejju 2017
5
3 ta’ Lulju 2017
6
24 t’ Awissu 2017
7
5 t’ Ottubru 2017
8
22 t’ Ottubru 2017
9
11 ta’ Jannar 2018
10
22 ta’ Marzu 2018
11
16 ta’ Ġunju 2018
12
3 ta’ Lulju 2018
13
7 t’ Awissu 2018
14
30 ta’ Settembru 2018
15
24 t’ Ottubru 2018
16
4 ta’ Diċembru 2018
17
1 ta’ Frar 2019
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtu?
Response (MIZZI, JOE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kontenut ta’ din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-ġudikatura’) u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta’ persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8425, jista l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet short term u long term għal dan is-sit fil-Qajjenza?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li preżentament l-Enemalta qed tikkunsidra l-istokk tal-proprjetaijiet kollhu tagħha u qed jiġi studjat mod strateġiku biex jiġi massimiżżat l-użu ta’ faċilitajiet bħal dawn.
B’referenza għall-Maltin li ma għandhomx dar u li jikru mingħand il-privat, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rata tal-konsum tad-dawl hijiex kummerċjali jew residenzjali? Jekk hi residenzjali x’għandu jagħmel wieħed biex jaċċerta li l-kerrej ma jżommx b’rata kummerċjali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li kull konsumatur li jikri mingħand il-Privat, ir-rata tal-konsum applikabbli hija waħda residenzjali b’dana li jkunu ddikjarati n-numru tal-persuni li jirrisjedu fil-fond.
Sabiex wieħed jaċċerta liema rata hija applikabbli fuq il-kont tiegħu, jista’ faċilment jara l-kont nnifsu fejn ikun hemm it-tariffa indikata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi msaħħan xi tip ta' fuel qabel jiġi mqassam fil-faċilità tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fil-Qajjenza?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kategorija ta’ fuels li jissejħu fuel oils, kollha jissaħnu biex jinħażnu u biex jiġu trasferuti.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Assistenti Parlamentari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda Assistent Parlamentari taħt dan il-Ministeru bejn l-2008 u l-2013.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra d-dati li fihom daħal it-tanker tal-LNG biex jimla fil-Port ta' Marsaxlokk minn mindu bdiet topera l-power station sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Jista’ l-Ministru jara li jitneħħa arblu temporanju li twaqqaf fi Triq il-Ġiżi, il-Fgura, mill-Enemalta, sakemm inbena plot li jinsab fi Triq il-Ġiżi kantuniera ma’ Triq Liedna, u dan stante li x-xogħol infrastrutturali huwa konkluż?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-Enemalta qed tistenna li jitneħħew il-cables ta’ partijiet terzi minn fuq l-arblu temporanju imsemmi. Ladarba dawn is-servizzi jitneħħew, l-arblu jkun jista’ jinqala’.
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' fuels jinħażnu u jiġu mqassma mill-faċilità li għandha l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fil-Qajjenza?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-kumpanija msemmija hija awtorizzata biex taħżen Class 3 fuels li għandhom flashpoint ta’ iktar minn 55 grad Celsius.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji privati li qegħdin jimpurtaw il-petrol għas-suq lokali, u mhux għall-bunkering? X’faċilitajiet għall-ħażna tal-petrol jeżistu hawn Malta għall-kumpaniji privati għas-suq lokali? Fejn qegħdin dawn il-faċilitajiet u x’jistgħu jew x’għandhom jagħmlu dawn il-kumpaniji lokali biex jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet? F’liema stadju wasalna rigward id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea għall-Enerġija Rinovabbli fejn jidħol il-petrol hawn Malta? Il-Gvern biħsiebu jonora l-obbligazzjonijiet li ntrabat bihom fl-24 ta’ Mejju 2011, Tabella 12, fil-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Enerġija Rinovabbli? X’qed jistenna l-Gvern biex jintroduci jew iħalli kumpaniji privati jintroduċu fis-suq lokali l-petrol imħallat ma’ 10 fil-mija ta’ ethanol – E10, biex jonqsu l-emissjonijiet minn fuq il-230,355 vettura li jużaw il-petrol?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4503, jista' l-Ministru jgħid u jagħti n-numru eżatt tal-impjegati l-ġodda mal-Korporazzjoni għas-Sevizzi tal-Ilma bejn l-1 ta' Ġunju 2017 u l-1 ta' Diċembru 2017, peress li din il-parti tal-mistoqsija parlamentari ma ġietx imwieġba?
Response (MIZZI, JOE)
M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li diġà kont tajt għall-mistoqsija parlamentari 4503.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġjar tal-Ilma — nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7525 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-materjal kollhu li sar fuq Facebook min-naħa tal-WSC kien awdjo-viżiv.
Fir-Rigward tal-EWA, apparti l-materjal awdjo-viżiv, kien hemm ukoll xi pubblikazzjonijiet fuq
Facebook
kif ingħad fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7525.
Power Station ta’ Delimara – inkjesta dwar il-kwalità tal-fuel mixtri
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4400, jista’ l-Ministru issa jgħid jekk l-inkjesta li l-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament intalab jagħmel fl-aħħar leġislatura dwar il-kwalità tal-fuel mixtri għall-power station ta’ Delimara, hijiex lesta?
Response (MIZZI, JOE)
M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li diġà kont tajt għall-mistoqsija parlamentari 4400.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8152 u jgħid xi proġetti saru u x'kien il-valur tagħhom fi flus matul is-sena 2018 ġewwa Għawdex mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u x'tip ta’ proġetti hemm ippjanati li jsiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2019 ġewwa Għawdex u x'inhu l-valur fi flus ta’ kull wieħed minn dawn il-proġetti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Każ ta’ dixxiplina ta’ ħaddiem
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-każ ta' dixxiplina fil-konfront ta' ħaddiem tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li nhar il-21 ta' April 2017 aggredixxa ġurnalist tat-Times of Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Peress li l-uffiċjal inkarigat m’għadux mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m’għandix informazzjoni dwar it-tip ta’ dixxiplina li ttieħdet.