Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20725 u tgħid kemm-il darba kien hemm down time fil-powerstation tal-Electrogas u tas-Shangai Electric mill-ġurnata li fiha bdiet topera l-Electrogas?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Fibre Optic Cable il-ġdid bediex jopera u jekk iva, kemm qiegħda tintuża mill-kapaċità tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fibre Optic Cable il-ġdid qed jopera. L-operaturi tas-servizz ġew allokati l-fibri neċessarji permezz ta’ fibre lease agreements sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-aħjar servizz possibli lill-klijenti tagħhom. Il-volum ta’ traffiku ta’ kull operator hija informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Il-cable kien iddisinjat għall-ħtiġijiet preżenti u futuri tal-kommunikazzjoni għal Għawdex skond l-istudji li saru qabel ma tnieda l-proġett.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien l-ammont ta’ fuel (inkluż diesel) li ġie pprovdut lill-Uffiċċju tal-Presidenza tar-Repubblika, kull sena mill-2008 sal-2015, xahar b’xahar u kemm kien l-ammont imħallas għal kull xahar fil-perjodu msemmi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-Ministeru u lanqas l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta tiegħi ma jkollu din it-tip ta’ informazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid, fl-aħħar tmien snin, f’liema postijiet rurali twaħħlu arbli tad-dawl (lighting poles) ġodda fejn qabel ma kinux installati? Kemm twaħħlu arbli b’kollox u kemm kilometri ġew koperti b’dawn il-lighting poles?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Fondi Ewropej — nefqa mill-Ministeru għal proġetti
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm intefqu Fondi Ewropej mill-ministeru tagħha sena b'sena mill-2013 'l hawn u f'kemm il-proġett? Kemm intefqu minnhom f'Għawdex, sena b'sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Minsiteru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tagħha jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ tgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, dawk il-ħaddiema taħt il-Ministeru li huma meqjusin li jagħtu servizz essenzjali ġew imlaqqmin parti minn proċess nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16623 u 18379 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ekomija u l-Industrija u li issa ġew riferuti lilha u tgħid liema kienu l-proġetti ta' investiment barrani li l-Malta Enterprise rnexxielha ġġib lejn Għawdex matul is-snin 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise hija koperta bil-kunfidenzjalita' imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) u l-Artiklu 33 tal- Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act). B’hekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi ppublikata.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm down time fil-powerstation tal-Electrogas u tas-Shangai Electric mill-ġurnata li fiha bdiet topera l-Electrogas?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħin (f'sigħat u minuti) kuljum li fihom intuża l-interconnector mill-ewwel ġurnata li beda jopera?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-interconnector bejn Malta u Sqallija ġie inawgurat f’April tas-sena 2015. Minn dakinhar s’issa l-interconnector intuża matul is-siegħat kollha tal-ġurnata minnbarra f’ċertu ċirkustanzi fejn kien hemm xi ħsara jew bżonn ta’ xi forma ta’ manutenzjoni.
Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra jekk il-ħaddiema tal-Petting Farm ingħatawx il-vaċċin, jekk iva, tista’ tgħidilna x’kienet ir-raġuni wara dan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk qed jirreferi għal vaċċin kontra l-imxija tal-pandemija, din hija nformazzjoni personali. Il-ħaddiema li jaħdmu fi ħdan il-Petting Farm jingħataw diversi vaċċini minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom, fosthom xogħol fil-ġonna, kif ukoll xogħol relatat mall-kura u l-ħarsien ta` l-annimali.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20438 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid x’inhi r-raġuni li sidien ta’ white taxis qegħdin jirċievu €498 bħala wage supplement u mhux €800 bħal sidien tal-karozzini, gwidi u kull min hu affetwat ħażin fl-industrija tat-turiżmu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li minn Jannar il-wage supplement bdiet tinħadem skont id-differenza fit-tnaqqis tas-sales li kellhom bejn l-2019 u l-2020. Dawk is-self employed li huma eżentati mill-VAT baqgħu jirċievu s-supplement bir-rata li kienu jirċevuh bejn Lulju u Diċembru tal-2020.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — sponsorships
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18440 u tagħti lista ta’ kull tip ta’ sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tagħha, kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f’għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b’xejn, bejn l-2017 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza? Tista’ f’kull każ tgħid taħt liema skema ngħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f’kull każ l-isponsorship?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18448 u kemm kien l-ammont ta' investiment barrani f'Malta u f'Għawdex maqsuma separatament sena b’sena wara l-2017? Kemm ġew impjegati nies, settur b'settur għal kull proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill Onor. Interpellant jagħmel referenza għall risposta mogħtija għall-mistoqsija 18071. Il-Korporazzjoni hija koperta bil-kunfidenzjalita' imposta fl’Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) l-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) u allura tali informazzjoni mitluba tista tidentifika kumpaniji speċifiċi bi ksur tad-dispożizzjonijiet hawnhekk imsemmija.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – miżuri minħabba l-COVID-19
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa u minn tal-anqas darbtejn fil-ġimgħa. Matul is-sena 2020 u 2021, l-uffiċju tas-Segretarju Permanenti ħareġ numru ta' CFQs għal kumpaniji li joffru dan it-tip ta’ servizz sabiex nigarantixxu opportunitajiet indaqs. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li dawn it-tip ta’ kuntratti ġew mgħotija lil kumpaniji differenti skont l-irħas offerti.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – teleworking
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tagħha li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra . Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli– impjegati li mardu bil-COVID-19
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tagħha li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Attwalment hemm persuna waħda li tinsab fi kwarantina.
Enemalta – ħaddiema li ġew trasferiti ma’ kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Enemalta u li ġew trasferiti mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li qed jaħdmu mal-Ministeru għal Għawdex? Tista’ tgħid kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin, xi grad u kemm-il sena kien ilhom jaħdmu mal-Enemalta kull wieħed u waħda minn dawn l-individwi? ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema msemmija ġew trasferiti lill-Engineering Resources Limited u mhux kif ġie riferut separatament. B’kollox kien hemm tmintax (18) il-impjegat li minnhom sbatax (17) huma Għawdxin u wieħed (1) huwa Malti.
L-informazzjoni mitluba rigward kemm-il sena kienu ilhom jaħdmu u l-grad tal-ħaddiema hi ta’ natura personali, b’hekk skont il-liġi tal-GDPR din l-informazzjoni ma tistgħax tingħata.
Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra x’xogħlijiet qed isiru u saru f’Triq Santu Rokku, Kalkara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-Triq Santu Rokku qiegħdha titpoġġa infrastruttura tan-New Water li tikkonsisti tqegħid ta’ main tal-ilma riċiklat u Fibre Optic Cable. Ix-xogħlijiet mistennija jitlestew sa Mejju.