Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema terminal tal-Port Ħieles ser jitwaħħlu ż-żewġ krejnijiet il-ġodda?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Kumpanija Malta Freeport Terminals hija kumpanija private pero mill-informazzjoni li il-Korporazzjoni ghandna u skond l-applikazzjoni li saret mal-Environment and Resources Authority (ERA), dawn ser jitwahhlu fuq Terminal 1.
Bajja ta’ Birżebbugia – studju dwar il-kwalità tal-arja u l-livelli tal-ħsejjes
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija tal-Port Ħieles tikkummisjonax studju tal-kwalità tal-arja u l-livelli tal-ħsejjes fil-bajja ta’ Birżebbuġia minn fejn topera? Meta sar l-aħħar studju jekk sar? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tali rapporti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudju sar mill-Malta Freeport Terminals fil-passat u bhalissa ghaddej studju iehor. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Kumpanija Malta Freeport Terminals hija kumpanija private.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema terminal joperaw iż-żewġ krejnijiet li ser jiġu żarmati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-Informazzjoni li ghandna l-korporazzjoni u skond l-applikazzjoni li saret mill-Malta Freeport Terminals mal-Environment and Resources Authority (ERA) dawn iz-zewg krejnijiet qodma mhux ser joperaw aktar min Malta.
Port Ħieles – stallazzjoni ta’ żewġ krejnijiet – tnaqqis tat-tniġġis fl-arja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif iż-żewġ krejnijiet ġodda li ser jiġu installati fil-Port Ħieles ser jgħinu biex jitnaqqas it-tniġġis fl-arja fil-port, mill-vapuri li jkunu qed iħottu/jgħabbu l-containers?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li permezz ta dawn iz-zewg krejnijiet godda , il-Freeport ser jibda jilqa vapuri li joperaw bl-LNG u ghaldaqstant ser jitnaqqas drastikament it-tniggis fl-arja.
Port Ħieles – stallazzjoni ta’ żewġ krejnijiet – tnaqqis fil-livell ta’ ħsejjes
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif iż-żewġ krejnijiet ġodda li ser jiġu installati fil-Port Ħieles ser jgħinu biex jitnaqqas il-livell ta’ ħsejjes mill-vapuri li jkunu qed iħottu/jgħabbu l-containers?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal applikazzjoni li Malta Freeport Terminals għamlet mal-Environment and Resources Authority (ERA) fejn fija hemm speċifikat it-tnaqqis ta’ ħsejjes ikkaw¿ati waqt li ikunu qed iħottu/jgħabbu l-containers permezz tal-installazzjoni ta’ dawn i¿-¿ewġ krejnijiet ġodda.
Residenti ta’ Birżebbugia – skema ta’ double glazing – skema għall-xiri ta’ airconditioners
Question
B’referenza għall-iskema ta’ double glazing għar-residenti ta’ Birżebbugia u peress li biex jittaffa l-istorbju ġenerat mill-Port Ħieles it-twieqi jridu jinżammu magħluqa, il-gvern qiegħed jaħseb f’xi skema li tgħin lill-poplu ta’ Birżebbugia biex jixtri airconditioners? Qed jaħseb biex il-poplu ta’ Birżebbugia jingħata sussidju fil-kontijiet tad-dawl biex ikun jista’ jixgħel l-airconditioners peress li hu kostrett iżomm it-twieqi magħluqa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din id-domanda ghanda tigi imwiegba mill-Ministru ikkoncernat.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li ssir il-ħidma ta’ tindif u manutenzjoni kemm fiż-Żona Industrijali tal-Ħandaq fejn hemm bankini mkissra u skart x’jinġabar, kif ukoll fiż-Żona Industrijali ta’ Tarġa Gap fil-Mosta fejn hemm ħtieġa ta’ tindif?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din id-domanda ghandha tigi imwiegba mill-Ministru ikkoncernat.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġiet reġistrata fl-2019 u fl-2020, rispettivament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Fis-sena 2019, ġew registrati total ta’ 4,245 kumpaniji (public and private limited companies).
Fis-sena
2020
, ġew reġistrati total ta’
3,211
kumpaniji (
public and private limited companies)
.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġiet struck off fl-2019 u fl-2020?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Fis-sena 2019, kien hemm 2,971 kumpanija li ġew struck off, filwaqt li fis-sena 2020 kien hemm 13,189 li ġewstruck off. Il-proċess tat-tindif tar-Registru minn kumpaniji inattivi bhala struck off as defunct mir-Reġistratur hija mizura kif ġiet rakkomandata minn Moneyval. L-informazzjoni kollha ta’ dawn il-kumpaniji li ġew struck off tibqa xorta mi¿muma fuq ir-Reġistru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il partnership ġiet struck off fl-2019 u fl-2020?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Fis-sena 2019, kien hemm 30 partnership li ġew struck off, filwaqt li fis-sena 2020 kien hemm 37 partnership li ġew struck off. Il-proċess tat-tindif tar-Registru minn kumpaniji inattivi bhala struck off as defunct mir-Reġistratur hija mizura kif ġiet rakkomandata minn Moneyval. L-informazzjoni kollha ta’ dawn il-kumpaniji li ġew struck offtibqa xorta mi¿muma fuq ir-Reġistru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija tqiegħdet f’likwidazzjoni fl-2019 u fl-2020?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
F’dawn is-sentejn, in-numru ta’ kumpaniji li tqiegħdu f’likwidazzjoni kien l-istess bhas-snin precedenti. Fil-fatt, fis-sena 2019 kien hemm 1944 kumpanija li tqiegħdet f’likwidazzjoni filwaqt li fis-sena 2020 kien hemm 2292 kumpanija li tqiegħdu f’likwidazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet tardiva fis-sottomissjoni tal-annual return lill-Malta Business Registry fl-2019 u fl-2020, rispettivament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Fis-sena 2019 kien hemm 11,680 kumpanija li kienu tardivi fis-sottomissjoni tal-annual return lill-MBR, filwaqt li fis-sena 2020 kien hemm 13,498 kumpanija li kienu tardivi fis-sottomissjoni tal-annual return lill-MBR.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — lista ta' proġetti kapitali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern rigward is-swieq fl-irħula? Jista’ jikkonferma li fil-preżent qed issir checking minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Kummerċ f’swieq? Jista’ jgħid jekk jarax li bħalissa huwa l-waqt addattat għal eżerċizzju ta’ verifika meta numru ta’ bejjiegħa tal-monti li huma vulnerabbli u ma jistgħux ikunu fuq il-post personalment?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li attwalment qiegħda tinġabar informazzjoni dwar l-operat mis-swieq fil-beraħ e¿istenti, bl-iskop li jiġu identifikati ħtiġijiet u nuqqasijiet sabiex dawn jiġu ndirizzati f’regolamenti li eventwalment jinħarġu taħt l-Att Prinċipali, wara li ssir konsultazzjoni mal-partijiet ineteressati.
L-informazzjoni li qiegħda tinġabar mill-bejjiegħa tinkludi dettalji dwar kaxxi allokati lilhom, id-dimensjoni tal-istess kaxxi, permess maħruġ mill-Kunsill Lokali u liċenzja maħruġa mis-Sezzjoni tal-Liċenzji Kummerċjali u kif ukoll qed jiġi oservat jekk l-istess bejjiegħa humiex konformi mal-liġi fost l-oħrajn f’aspetti bħal kobor tat-tilari u ħinijiet tal-operat.
Fejn qiegħed jirrizulta li hemm bejjiegħa li mhux joperaw bil-permess tal-Kunsill u l-liċenzja tal-Kummerċ, dawn qed ikunu mħeġġa jirregolarizzaw il-po¿izzjoni tagħhom.
Inkwantu għal bejjiegħa tal-monti li huma vulnerabbli, l-Onorevolli Interpellant għandu jkun mgħarraf li dawn il-persuni jistgħu dejjem jibgħatu sostitut kif tipprovdi l-liġi.
Tajjeb li nenfasi¿¿a li dan huwa ezerċizju ta’ ġbir ta’ informazzjjoni in ġenerali bil-għan li nkomplu ntejjbu s-settur.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — konsulenti maħtura
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18392 u jgħid kif tinqasam ir-responsabilità tal-manutenzjoni - upkeep - taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta bejn l-entitajiet kollha li qed jagħmlu użu minn din il-binja? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
a. il-kuntratt li l-Lands għandha mal-Kunsill Lokali tal-Mosta;
b. il-kuntratt tal-Lands mal-Pulizija;
c. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Saħħa;
d. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; u
e. jekk hemm xi kuntratt ieħor ma' xi entità oħra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.