Legislature:
Category:
Reset
Active:

E-Sport/E-Sport Policy — Finanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta (sena u xahar) bdew jiġu vvutati finanzi fil-Baġit għall-E-Sport u/jew E-Sport Policy? Kemm ġew allokati flus kull sena, sena b’sena? Kemm intużaw flus kull sena, sena b’sena u lil liema kumpaniji u/jew individwi ngħataw dawn il-fondi, kemm ingħataw u x’kienu l-parametri jew kriterji li ġew meqjusa fl-għoti ta’ kull għotja, sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21768.

Educational Initiatives (Gaming Malta) — Finanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta (sena u xahar) bdew jiġu vvutati finanzi fil-Baġit għall-Educational Initiatives (Gaming Malta)? Kemm ġew allokati flus kull sena, sena b’sena? Kemm intużaw flus kull sena, sena b’sena u lil liema kumpaniji u/jew individwi ngħataw dawn il-fondi, kemm ingħataw u x’kienu l-parametri jew kriterji li ġew meqjusa fl-għoti ta’ kull għotja, sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21768.

GamingMalta Foundation — Finanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta (sena u xahar) bdew jiġu vvutati finanzi fil-Baġit għall-GamingMalta Foundation (GamingMalta)? Kemm ġew allokati flus kull sena, sena b’sena? Kemm intużaw flus kull sena, sena b’sena u lil liema kumpaniji u/jew individwi ngħataw xi fondi minn GamingMalta Foundation, kemm ingħataw u x’kienu l-parametri jew kriterji li ġew meqjusa fl-għoti ta’ kull għotja, sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21768.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istand tal-Ministeru għall-Ekonomija flimkien ma’ stand oħra marbuta ma’ Immersive Reality Experience ammontaw għall-spiża totali ta’ €70,926. Fuq l-istand, il-pubbliku kellu l-opportunità jingħata iktar informazzjoni fuq is-servizzi offruti u x’inhuma l-irwoli, ħiliet u karrieri li jeżistu fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. L-Expo tas-Servizz Pubbliku zaruha 55,000 persuna u kellha t-tema “Ħiliet”. L-istess attività serviet ta’ tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f’dawn l-aħħar snin b’aċċenn fuq ir-riżorsi umani, it-teknoloġija u l-kwalità.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Programmi tar-radju - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17861 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tar-radju li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika wkoll liema minn dawn il-programmi kienu intervisti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Riżenja ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament irriżenja minn Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema fil-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema grad/skala kienu dawn il-ħaddiema u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, u anke l-collective agreements applikabli. Is-sejħiet huma dawk standard li jinħarġu kif approvati ċentralment u jirriflettu l-ftehim rispettivi.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġici hemm impjegat wieħed (1) li huwa Sindku.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2024?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W212.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2024?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W230.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2023?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W249.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W269.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2024?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W287.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - Talbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħandaq Industrial Estate — Triq Indri Psaila u Triq John Michael Testa - Manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20318 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid min hu inkarigat li jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta’ Triq Indri Psaila u Triq John Michael Testa fil-Ħandaq Industrial Estate?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar — Il-Veċċja - Kamra fi stat perikoluż

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli minn kamra li tinsab ħdejn il-post li għandhom il-klabb li jinsab ħdejn il-Veċċja (Triq it-Taraġ ma' Triq Stella Maris), San Pawl il-Baħar u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, billi din il-kamra tinsab fi stat perikoluż u għandha partijiet minnha li huma perikolużi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li Dr. Alexandra Mizzi kienet membru tal-Bord tal-Malta Communications Authority bejn l-2013 u l-2024 u tħallset total ta’ €41,197. Fir-rigward tal-persuni l-oħra, ir-risposta hija fin-negattiv.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru events organizzati mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa kull event; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20111 u jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirefferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16520.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Entitajiet Regolatorji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13507, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, uf’kull każ jgħid: a. jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u, jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet; b.quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta; u ċ. jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.