Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet matul is-snin 2017, 2018 u 2019, maqsumin sena b’sena? Kemm minn dawn għadhom pendenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li applikazzjonijet kienu jiġu milqugħa manwalment fis-snin msemmija. Għaldaqstant sabiex tiġi kkumpilata d-data mitluba, din tieħu ammont ta’ ħin sostanzjali minħabba l-element manwali involut.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7694, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dwar it-tifsira tat-terminu ‘Not Yet Validated’ fil-każ ta’ applikazzjonijiet li rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-terminu inkwistjoni jirreferi għall-applikazzjoni mibgħuta li jkunu għadhom ma jistgħux jiġu aċċettati bħala validi għax ikun jonqoshom x'infomazzjoni, jew dawk li għadhom kif daħlu reċentement u jkunu għadhom iridu jgħaddu mill-ewwel stadju ta’ skrutinju qabel jiġu aċċettati bħala applikazzjonijiet validi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7694, jista’ l-Ministru jindika sena b’sena kemm mill-applikazzjonijiet imniżżlin bħala ‘In Process’ jappartjenu għas-snin li saret il-mistoqsija fuqhom, ċjoè mill-1 ta’ Settembru 2020 sal-ġurnata li fiha ġiet imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-data mitluba tinkorpora l-applikazzjonijiet li daħlu fil-perjodu mitlub minn Settembru 2020.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7697, jista’ l-Ministru jagħti d-dati ta’ meta nħarġet is-sejħa biex avukati jipprovdu servizzi legali lill-Awtorità tal-Artijiet (CT 2163/2021), u meta din is-sejħa ġiet ikkanċellata?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-dati ta’ meta nħarġet is-sejħa skont il-pubblikazzjoni tat-tender fuq EPPS hija 2 ta’ Frar 2022, filwaqt li l-Awtorita’ ta l-Artijiet kitbet lid-Dipartiment tal-Kuntratti fis-27 ta’ Marzu 2023 fejn infurmathom li m’għandhiex aktar bżonn it-Tender peress li kienet ser tħaddem metodi differenti ta' ipprokrar tas-servizzi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8226 u jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm tenders għal bejgħ ta’ proprjetà mill-Awtorità tal-Artijiet fil-lokalitajiet tat-12-il Distrett Elettorali mill-2020 sal-lum? Liema kienet il-proprjetà f’kull tender? Liema minn dawn it-tenders ġew konklużi u liema għadhom pendenti? Fejn it-tenders ġew konklużi, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur stmat mill-Awtorità, f’kull każ separatament u kemm kien il-valur tal-offerta li ġiet aċċettata?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Anti-Harassment Policy
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenatri 5731 u jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt dan il-Ministeru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward il-Ministeru, jirreferi għat-tweġiba 5724. Ridward l-entitajiet ħafna min dawn jew jaderixxi mal-istess dokument jew isegwu politika mħaddma fuq l-istess prinċipju.
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont ta' direct orders li ħarġet l-Awtorità tal-Artijiet f'din l-aħħar sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1725 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 118, nhar it-Tnejn, 8 ta' Mejju 2023)
Attachments:Copy of PQ 7919 Direct Orders.xlsx01725.pdf
Kuntratti ta’ konċessjonijiet mogħtija għal Triq ix-Xatt u Qui-Si-Sana f’Tas-Sliema
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti ta’ konċessjonijiet li ngħataw mill-Awtorità tal-Artijiet fi Triq ix-Xatt u Qui Si Sana, Tas-Sliema, u li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Awtorità tal-Artijiet – ħruġ ta’ tenders għall-bejgħ ta’ proprjetà tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender għall-bejgħ ta' proprjetà tal-Gvern ħarġet l-Awtorità tal-Artijiet f'San Pawl il-Baħar mill-2020 sal-ġurnata li qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari? Meta nħarġu dawn it-tenders għal tali proprjetà, f'kull każ separatament? F'kull każ kemm kien hemm tenders li nxteħtu, kemm kien il-valur stmat mill-Awtorità u kemm kien il-valur li bih inbiegħet il-proprjetà li għaliha nħarġet it-tender, separatament għal kull każ? Kemm fadal proprjetajiet li għalihom it-tender għadha ma ġietx iffinalizzata ġewwa l-lokalità ta' San Pawl il-Baħar?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5783 u 6779 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
B’referenza għall-istqarrija tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar dwar numru ta’ caravans fi Triq il-Kosta, f’Baħar iċ-Ċagħaq u s-Salini, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sidien ta’ dawn il-caravans għandhomx encroachment permit fuq din l-art pubblika?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-artijiet amministrati jew ikkontrollati minn INDIS Malta Ltd.? Kif jgħaddu f'idejn l-INDIS dawn l-artijiet li huma amministrati jew ikkontrollati minn INDIS Malta Ltd.? X'tip ta' kollaborazzjoni jew ftehim hemm bejn l-Awtorità tal-Artijiet u INDIS Malta Ltd.?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li INDIS Malta tamministra diversi siti fl-estates elenkati.
Dan kollu ta' hawn taħt ġie mgħoddi lill-INDIS permezz ta' Avviż Legali mill-Awtorità tal-Artijiet jew permezz ta' att ta' trasferiment ta' drittijiet u obbligi.
· Attard Industrial Estate,
· Bulebel Industrial Estate,
· Central Business District (Mrieħel),
· Hal Far Industrial Estate,
· Kirkop industrial Estate,
· Kordin Industrial Estate,
· Luqa Industrial Estate,
· Marsa Industrial Estate,
· Mosta Technopark,
· Mosta Industrial Estate,
· Safi Aviation Park,
· San Gwann Industrial Estate,
· Ta’ Dbiegi Artisan Village,
· Ta’ Qali Artisan Village,
· Xewkija Industrial Estate.
· Mellieħa Tat-Tomna
· Gozo General Hospital
· St Lukes Hospital Gwardamangia
Dawn ta’ hawn taħt ġew trasferiti lil INDIS permezz ta’ diversi atti enfitewtiċi u ftehimiet ta’ kiri.
· Ex-Air Malta Terminal
· Ex-Air Malta Head Office
· Luqa Aviation Park
· Park 4
Għawdex u Kemmuna — proprjetajiet mogħtija b’encroachment
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetajiet li ngħataw b'encroachment mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum, inkluż lil min ingħataw, għal liema skop u kemm ġew mitluba jħallsu, ġewwa Għawdex u Kemmuna?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ngħataw b'encroachment mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum.
Kull encroachment ġewwa Għawdex u Kemmuna huwa suġġet għar-rati msemmija fit tabella.
Encroachment
Prezz
Tables and Chairs
€23.29 kull sqm
Tables and Chairs
€46.58 kull sqm (jekk hemm kanupew fiss)
Tower cranes
€5000
Vending machines
€100
Water dispensers
€150
Billboards
€1500
Kull tip ta' enchroachment li mhux qeda fit-tabella huma suġġetti għal valutazzjoni tal-Perit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il encroachment permit ingħata fil-Belt Valletta matul is-sena 2022 u għal liema għan inħareġ kull permess?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 7937, ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2022, l-Awtorità tal-Artijiet ħarġet tmien (8) konċessjonijiet ġodda permezz ta’ encroachment, għall-imwejjed u siġġijiet ġewwa l-Belt Valletta.
Persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).