Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8724 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni sabiex tinġabar tirrikjedi ħafna riżorsi umani peress li tmur lura 15-il sena. Ikun jaqbel li dawn ir-riżorsi jintużaw b’mod aktar produttiv. Iżda jekk l-Onor. Interpellant għandu bżonn xi informazzjoni aktar preċiża għal xi żmien partikolari, nagħmlu dak li jkun possibbli biex din tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — miri tal-Horizon 2020
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9280 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:
a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra;
b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri; u
ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq?
Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':
a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u
b) nisa fuq advisory board?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9215 u 9097 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8840, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – kuntratt ta’ servizz ta’ konsulenza ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew kwalunkwe entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għandhiex ftehim jew kuntratt ta’ servizz ta’ konsulenza mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasterju tiegħi m’hemm l-ebda ftehim jew kuntratt ta’servizz ta’konsulenza mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8657 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar sitt snin il-Bank of Valletta xtara/akkwista bonds fi ħruġ ta’ bonds mill-privat f’Malta? Jista’ jagħti d-dettalji f’kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba n-natura kummerċjali tal-Bank of Valletta, mhux fl-interess tal-kumpanija li jingħata it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Green Leaders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.
Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.
· Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kien hemm:
· tisħiħ tal-Green Public Procurement;
· introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi;
· installazzjoni tal-pannelli;
· Il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — miri tal-Horizon 2020
Question
Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:
a) tal-inqas 40% tal-persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni jkunu nisa;
b) tal-inqas 50% tal-persuni f’
advisory groups
ikunu nisa; u
c) jiżdied in-numru ta’ nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta’ deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru.
Għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri;u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9097 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8840, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadhu qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nefqa fuq Tv advertising
Question
Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2018 ma kien hemm l-ebda nfieq fuq TV advertising, min entitajiet u dipartimenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.
Jista’ l-Ministru jelenka x’toroq saru ġewwa l-Industrial Estate fix-Xewkija Għawdex matul is-sena 2018 u x’kienet l-ispiża u x'toroq hemm ippjanati li jsiru ġewwa l-Industrial Estate fix-Xewkija Għawdex matul is-sena 2019?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2018 ma kienx hemm xogħol ta’ toroq ġewwa l-Industrial Estate fix-Xewkija Għawdex ħlief għal xi manutenzjoni. Għas-sena 2019 hemm pjanat il-qlugħ u l-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Qlugħ, dan b’kollaborazzjoni mall-MGOZ.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — pożizzjonijiet tal-management – pakkett finanzjarju
Question
Jista’ l-Ministru jagħi l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma’ kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu? L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma’ Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern fuq iż-żona magħrufa bħala tat-Tomna fil-Mellieħa, żona li fi snin passati kien hemm pjanijiet li ssir żona industrijali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet kurrenti huma li din iż-żona ssir żona industrijali bid-differenza li tħares lejn mix ta’ high end u light industry u li tħadden u tippromovi green infrastructure.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8840, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ix-Xewkija – Area tal-Ħofra – xogħol ta’ kostruzzjoni
Question
Fl-area tal-Ħofra ġewwa x-Xewkija Għawdex fejn preżentement qiegħed isir ix-xogħol ta' kostruzzjoni, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-allokazzjoni ta' spazju għall-SMEs f'dan il-park u min huma d-ditti jew kumpaniji li ntgħażlu s'issa biex jingħataw spazju f'din l-area u kemm minnhom huma kumpaniji lokali u kemm minnhom huma barranin?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni ta’ SME units fil-park tal- 'Ħofra' qiegħed fil-proċess. Fil-fatt, il-Malta Enterprise evalwat numru ta’ applikazzjonijiet u s’issa ħdax il-intrapriża lokali kwalifikaw u inħarġitilhom il-Letter of Intent skont il-prassi stabbiliti.
Għawdex — Żoni identifikati għat-tkabbir ta' kannabis għal skopijiet mediċi
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' dawk iż-żoni f'Għawdex identifikati bħal żoni li fihom jistgħu jsiru l-faċilitajiet li minnhom joperaw l-azjendi li se jkunu qed jipproduċu l-kannabis għal skopijiet mediċinali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda żona speċifika li ġiet identifikata għal tkabbir u produzzjoni ta’ Kannabis għal skopijiet mediċinali.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – Grievances Boards
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8308 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – spiża ta’ servizz ta’ mobile phone
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7361 u jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kienet l-ispiża għas-servizz ta' mobile telephone li jintuża minnu stess bħala Ministru u li jitħallas mill-Gvern?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.