Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #18983 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Dipartiment tal-NSSS — servizzi mogħtija

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi ngħataw mill-bidu tas-sena akkademika sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, mid-Dipartiment tal-NSSS fejn jidħlu professjonisti u servizzi speċjalizzati lil kull skola pimarja, sekondarja medja u sekondarja tal-istat, liċ-Ċentri tar-Riżorsi u ċentri edukattivi oħra, bl-informazzjoni mogħtija b'mod separat għal kull skola, u kemm-il darba ngħataw dawn is-servizzi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizzi speċjalizzati provduti mid-Dipartiment tal-NSSS huma: - Servizz għall-Istudenti b’Diffikultajiet fl-Udit - Servizz għal Studenti b’Diffikultajiet Okulari - Autism Spectrum Support Team ( ASST ) - Child Safety Services (CSS) - Anti bullying - Servizz ta’ Kontra l-Abbuż mis-Sustanza - Servizz ta’ Counselling - Is-Servizz tal-Psikoterapija - Is-Servizz Psikoloġiku fl-Iskejjel - Servizz ta’ Gwida għall-Karrieri fl-Iskejjel - Il-Ħidma Soċjali fl-Iskejjel - Is-Servizz tal -Early Intervention - Speech therapy fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa - Occupational therapy fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa Hemm servizzi oħrajn li huma Servizz Għożża, Home tuition u s-Servizz Edukattiv mogħti fl-Isptar Mater Dei u fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo li dawn ma jingħatawx fl-iskejjel. Dan apparti servizzi oħra li jingħataw b’kordinazzjoni ma’ entitajiet oħra. L-informazzjoni relatata ma’ statistika tingħata meta t-tagħrif ikun disponibbli.
Leg 13 PQ #18984 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel sekondarji medji tal-Istat — Tfal bi bżonnijiet edukattivi individwali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal bi bżonnijiet edukattivi individwali fl-iskejjel sekondarji medji tal-Istat (years 7 u 8), bl-informazzjoni mogħtija separatament għal kull skola u għal kull sena eduakttiva?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18985 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

LSE impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm LSEs impjegati mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u kemm minnhom qed jagħtu servizz online mid-dar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li mill-2586 LSEs li huma impjegati mal-Ministeru għall-Edukazzjoni hemm 77 li qed jagħtu servizz online mid-dar.

Ministeru għall-Edukazzjoni — konsulenti maħtura

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Tista’ tgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Filwaqt li ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tlabt biex jinġabar it-tagħrif mitlub, kif dan it-tagħrif ikun disponibbli nkun nista' nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18955 Sitting 425 2021-02-08 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Studenti li ma jattendux l-iskola

Question

Tista’ l-Ministru tindika kemm ġiet l-ispiża totali għas-sena skolastika (2018 -2019) minħabba li studenti m’attendewx l-iskola mingħajr ebda raġuni valida?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika eżatt ir-rikjesta tiegħu.
Leg 13 PQ #18617 Sitting 424 2021-02-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni- Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 16461 u tgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tagħha jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tagħha sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18709 Sitting 424 2021-02-03 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Psikologi fi skejjel Għawdxin li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni f’Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm psikologi fl-iskejjel f'Għawdex u kemm hemm psikologi Għawdxin li preżentement qed jaħdmu fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni f'Malta?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm Psikologa waħda fulltime fil-Kulleġġ u l-iskejjel ta’ Għawdex. Din hi megħjuna minn żewġ Assistenti Psikologi. Infurmata wkoll li ma hemm ebda Psikologi Għawdxin li qed jaħdmu fl-iskejjel Malta. Inżid ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Psikologa u l-Assistenti Psikologi jaħdmu flimkien ma’ servizzi ta' sapport oħra fl-iskejjel bħal guidance teachers, social workers, entitajiet bħal anti-substance u anti-bullying u anke counsellors.
Leg 13 PQ #18094 Sitting 423 2021-02-02 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tagħha u entitajiet li jaqgħu taħtha sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

L-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl. Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġija tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità. Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn. Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.
Leg 13 PQ #18185 Sitting 422 2021-02-01 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST – xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra x’xogħol sar tul is-sena li għaddiet fl-MCAST u xi spejjeż intefqu fl-istess?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ġentilment nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jispeċifika t-talba tiegħu.
Leg 13 PQ #18186 Sitting 422 2021-02-01 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST — studenti

Question

Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra kemm kien hemm studenti reġistrati mal-MCAST għas-sena akkademika 2019/2020 u kemm minnhom ma komplewx l-istudji tagħhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li matul is-sena akkademika 2019/2020 fl-MCAST kien hemm 5,837 studenti reġistrati li minnhom 325 student irriżenjaw.
Leg 13 PQ #18187 Sitting 422 2021-02-01 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST – skemi ta’ apprendista offruti lill-istudenti

Question

Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra xi skemi ta’ apprendista ġew offruti u f’liema korsijiet tul is-sena akkademika li għaddiet 2019/2020 u din is-sena 2020/2021 lill-istudenti tal-MCAST?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 51 kors offruti tul is-sena akkademika 2019/2020 u 54 kors offruti tul is-sena 2020/2021 bi skemi ta’ apprendistat. Dettalji ta’ dawn il-korsijiet qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18422 Sitting 422 2021-02-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Junior College – studenti li jsegwu l-lezzjonijiet mill-kurituri

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li hemm studenti qegħdin isegwu l-lezzjonijiet mill-kurituri fil-Junior College l-Imsida, u x'beħsiebha tagħmel biex din il-kwistjoni tkun indirizzata?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-Junior College ilu li ħoloq diversi postijiet addattati imsejħa Quiet Areas biex l-istudenti jkunu jistgħu jsegwu l-lezzjonijiet online minn dawn il-postijiet bil-kumdità kollha. Finalment hija l-għażla tal-istudent innifsu biex jagħżel minn fejn isegwi l-lezzjonijiet imma żgur mhux għax m’hemmx post biżżejjed fil-Quiet Areas.
Leg 13 PQ #18136 Sitting 421 2021-01-27 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST – persuni li rriżenjaw jew irtiraw

Question

Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni li rriżenjaw jew irtiraw mill-MCAST tul is-sena li għaddiet u jekk kienx hemm sejħiet relattivi sabiex il-post jiġi mimli?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li mill-MCAST matul is-sena li għaddiet kien hemm ħames (5) persuni li rriżenjaw li minnhom erba’ (4) postijiet ġew mimlija filwaqt li hemm sejħa għall-vakanza l-oħra. Matul is-sena li għaddiet kien hemm sitt (6) persuni li rtiraw li minnhom tliet (3) postijiet ġew mimlija filwaqt li għaddej il-proċess sabiex jimtlew it-3 vakanzi l-oħra.
Leg 13 PQ #17980 Sitting 419 2021-01-25 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ta’ Sannat Special Unit — studenti fl-età ta’ bejn 3 snin u 22 sena jattendu l-istess skola

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17716, tista' l-Ministru tgħid jekk hix qed tikkonsidra li tfal u studenti b'differenza tant kbira fl-eta' ta' bejn 3 snin u 22 sena, għandhomx jibqgħu jattendu lkoll fl-istess skola? Jekk iva x'inhuma l-pjanijiet tagħha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li qegħdin jattendu s-Sannat Special Unit m’għandhomx għalfejn ma jibqgħux jattendu fl-istess Unit. Dawn l-istudenti diġà qed jiġu mqassmin fil-klassijiet rispettivi skont l-età tagħhom.
Leg 13 PQ #18035 Sitting 419 2021-01-25 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tagħha hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-binja tal-Ministeru hemm erba' restrooms li huma aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Jekk jirriżulta li hemm il-ħtieġa ta’ iktar, il-Ministeru jwettaq ix-xogħlijiet meħtieġa minnufih.
Leg 13 PQ #18126 Sitting 419 2021-01-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST — Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport – diffikultà għall-ingaġġ tal-istudenti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16503, tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra fejn u f’liema pożizzjonijiet jistgħu japplikaw l-istudenti li ggradwaw fil-kors Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Infurmata li l-istudenti li jiggradwaw fil-kors Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport jistgħu japplikaw bħala Personal Trainer, Exercise for Health professional, Specialist trainer, Sports Activity Manager, Functional Sports trainer.
Leg 13 PQ #18127 Sitting 419 2021-01-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST — Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport - studenti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16501, tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra kemm hemm studenti reġistrati tul din is-sena fil-kors Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport u x’ħidma qiegħda ssir sabiex jiġu rikonoxxuti u jsibu impieg?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li n-numru ta’ studenti fil-kors Bachelor of Science (Honours) in Sport, Exercise and Health huwa ta’ 135 mqassmin kif ġej: Year 1: 56 student Year 2: 41 student Year 3: 38 student L-MCAST, bħala istituzzjoni edukattiva, tagħmel dak kollu li hu possibbli sabiex toffri opportunitajiet varji lill-istudenti sabiex tesponihom għal sitwazzjonijiet, kuntesti u rwoli differenti fi ħdan l-industrija. Dan isir b’kollaborazzjoni ma’ numru ta’ istituzzjonijiet fl-isforz tagħna biex niftħu kemm jista' jkun rotot għall-istudenti. Fil-fatt, fil-kapaċità tagħna ta’ istituzzjoni edukattiva, naħdmu id f'id mal-industrija, biex niżguraw li niffaċilitaw it-transizzjoni tal-istudenti li jaspiraw li jkollhom karriera fis-settur.
Leg 13 PQ #18155 Sitting 419 2021-01-25 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel tal-Istat – Spiża fuq inizjattiva ta’ uffiċjali tas-sigurtà

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 17385, 16511 u 16742 fejn intqal li nagħta kuntratt b’valur ta’ €2,620,326.48 (eskluż il-VAT) u li tkopri 256,736 sigħat ta’ servizz ta’ uffiċjali tas-sigurtà għall-iskejjel tal-istat, tista’ l-Ministru tgħid min hi l-kumpanija li rebħet dan it-tender pubbliku? Jekk il-kuntratt ikoprix l-iskejjel tal-istat kollha? Kemm hemm uffiċjali assenjati ma’ kull skola fl-istess ħin?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħal kull tender pubbliku, kumpaniji li jkunu rebħu tender, ikunu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern. Nikkonferma li s-servizz qed jingħata fl-iskejjel kollha tal-Istat. Infurmata li biex jiġu koperti dawn l-iskejjel hemm bżonn ta’ 113 uffiċjali tas-sigurtà u dawn ikunu assenjati wieħed f’kull skola, bl-eċċezzjoni fi skejjel fejn il-binja tagħhom tippermetti iktar minn uffiċjal wieħed minħabba n-natura tal-binja.
Leg 13 PQ #18265 Sitting 419 2021-01-25 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa’ taħtha taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, tista’ taqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li mid-Direttorati/Entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi, ma ngħataw l-ebda tender b'direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom ngħataw separatament mill-2013 sal-lum. Fl-2020 il-kumpanija indikata mill-Onorevoli interpellant ingħatat kuntratt għal servizzi legali minn waħda mill-Entitajiet, wara tender pubbliku li ħarġet fuq il-pjattaforma tax-xiri pubbliku tal-Gvern.
Leg 13 PQ #17979 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Tfal u studenti neqsin mid-dawl – servizzi edukattivi

Question

Tista' l-Ministru tispjega lill-Parlament x'servizzi edukattivi jingħataw f'Malta lil tfal u studenti neqsin mid-dawl? Tista' tgħid ukoll kemm hawn għalliema jew professjonisti oħra fis-settur edukattiv li qed joffru dawn is-servizzi? Tista' tgħid ukoll kemm fil-mument li qed titwieġeb din id-domanda hemm tfal jew studenti li qed jirċievu kull wieħed minn dawn is-servizzi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm Servizz għall-Istudenti b’Diffikultajiet Okulari. Dan is-servizz peripatetiku jiċċekkjaw il-progress ta’ kull student fejn jingħataw suġġerimenti lil-LSEs, lill-għalliema, lill-membri tas-Senior Leadership Team (SLT), lill-ġenituri kif ukoll lil nies oħrajn involuti, dwar l-aħjar metodi adattati għal dawn l-istudenti. Apparti minn hekk, dan is-servizz jaħseb ukoll dwar il-mod kif għandhom jiġu adottati l-istrateġiji, il-faċilitajiet, l-arranġamenti u l-għajnuniet neċessarji li għandhom jiġu pprovduti lil kull student fil-klassi jew fid-dar u matul l-eżamijiet. Dan is-servizz jibda jingħata fl-iskejjel, kemm tal-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti u saħansitra anke qabel l-età tal-iskola biex l-istrateġiji jibdew ikunu implimentati kemm jista’ jkun kmieni. Hemm 105 studenti visually impaired fl-iskejjel Primarji u Sekondarji tal-Istat, Privati u Indipendenti f’din is-sena akkademika u hemm tliet għalliema li jagħtu s-servizz għall-istudenti b’diffikultajiet okulari.