Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tas-Sliema — Ticketing booths

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18640 fejn ġie mitlub jgħid kemm l-Awtorità tal-Artijiet ħarġet permessi għal ticketing booths fix-Xatt Tas-Sliema u peress li l-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija 18492 fejn f’din l-istess tweġiba hemm li hemm 3 ticketing booths biss li huma bil-permess, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se tieħu l-Awtorità tal-Artijiet fuq dawk id-diversi ticketing booths li huma bla permess?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Encroachments

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18832 fejn ġejt riferut għat-tweġiba tal-mistoqsija 18492 li fiha ingħatajt lista ta’ min għandu encroachment, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans tal-encroachment li jkun ma’ kull permess ta’ KULL min qiegħed fuq din il-lista kif mitlub fil-mistoqsija parlamentari 18834?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Każ ta’ encroachment

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18833, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-site plan ta’ fejn għandu l-encroachment il-ħanut li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan tal-encroachment mitluba.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali- Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2023?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W165

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2024?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W184.

Kuntratt tal-konċessjoni

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-konċessjoni għas-sit li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, li kien iffirmat bejn l-Awtorità tal-Artijiet u s-sid jew sidien tal-istess stabbiliment?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Il-kuntratt li sar b’konċessjoni marbuta mas-sit li fiħ hemm l-istabbiliment li għaliħ issir referenza huwa l-kuntratt fl-Atti tan-Nutara Tania Spiteri li jġib id-data tas-26 ta’ Ġunju 2012 u li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Eviction orders attivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18854 u jippreżenta lista tal-eviction orders li għadhom attivi u li turi d-dati ta’ meta nħarġu dawn l-ordnijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Membru jippreċiża d-domanda tiegħu u jispeċifika għal liema eviction orders attivi qed jirreferi.

Mellieħa –Master Plan dwar imwejjed u siġġijiet fil-Pjazez

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix master plan, u jekk iva, jipprovdi kopja tiegħu - dwar imwejjed u siġġijiet fil-Pjazza tal-Mellieħa, u Pjazza Papa Ġwanni Pawlu II, il-Mellieħa?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Reklami fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda infieq fuq gazzetti mill-Ministeru jew mill-entitajiet tiegħu.

Għawdex u Kemmuna – Proprjetajiet mogħtija b’encroachments

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetajiet li ngħataw b'encroachments ġewwa Għawdex u Kemmuna mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż lil min ingħataw, f’liema raħal ingħataw, għal liema skop u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7816.

Ħal Safi — Artijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi liema huma l-artijiet tal-Gvern fi Triq Salvu Cauchi bejn Triq in-Nassaba u Triq San Pawl f'Ħal Safi?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Membru jippreċiża d-domanda tiegħu u jispeċifika għal liema sit qed jirreferi.

Lukanda — Proċeduri ġudizzjarji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18592 rigward il-proċeduri ġudizzjarji pendenti dwar is-sit tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jagħti l-okkju, in-numru tar-rikors, u jgħid quddiem liema Qorti għaddejjin il-proċeduri msemmija?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda nfieq fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru jew mill-jew mill-entitajiet tiegħu.

Awtorità tal-Ippjanar — Policy dwar encroachments

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18493, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura tal-Awtorità tal-Ippjanar meta jkollha talba għal encroachment? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi policy jew guidelines ta’ kif titmexxa din it-talba?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħas Saptan, Ħal Għaxaq — Tender P.D.2022_0101

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18502 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-file numru E/0026/2002/1/0010 relatat mal-art bin-numru: E270558 (P.D.2022_0101) f'Ħas-Saptan, Ħal Għaxaq u l-kuntratt u s-segwenti emendi, jekk applikabbli, li ġie ffirmat meta ngħata t-tender relatat illi juri l-kundizzjonijiet kollha li għandhom jinżammu minn min rebaħ it-tender?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2024?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija paramentari W95.

Koordinatur tal-komunikazzjoni — Kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-koordinatur tal-komunikazzjoni tal-Ministeru tiegħu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Membri tas-Segretarjat tal-Ministeru ġew impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħas-Saptan/Ħal Għaxaq — Sit ta’ Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18484 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18118, peress li l-azzjoni ta' infurzar imsemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1924 tirrigwarda aċċess għal proprjetà tal-Gvern li dwarha nbdiet azzjoni ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Artijiet u mhux mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif proprju tikkonferma l-istess tweġiba fejn jingħad li l-Awtorità tal-Artijiet ikkonfermat l-illegalità u qed tinvestiga l-każ, jista’ l-Ministru jgħid x’ġie konkluż mill-investigazzjonijiet li kienet bdiet l-Awtorità tal-Artijiet minn dakinhar sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'azzjoni ser tieħu dwarhom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bieb li għalih issir riferenza fil-mistoqsija parlamentari 1924 illum jagħti għal biċċa art propjetà tal-Gvern li hija mikrija lill-persuna inkwistjoni wara l-ħruġ ta’ tender.

Każ ta’ encroachment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħanut li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għandux permess ta’ encroachment? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-site plan ta’ din l-encroachment?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokument impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra mat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 18492.