Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tender — WSC/T/118/2023

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ix-xogħlijiet li nħareġ it-tender għalihom (WSC/T/118/2023) għadhomx ippjanati li jsiru u jekk iva, meta se jibdew u kemm għandhom jieħdu żmien?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li qed issir referenza għalihom għadhom ippjanati li jsiru u diġà ġew ikkuntrattati. Iżda minħabba li Birżebbuġa hija meqjusa bħala żona turistika dawn ix-xogħlijiet mistennija jinbdew wara li jgħaddi s-sajf u huwa stmat li jieħdu madwar sena biex jitlestew.

San Ġiljan — Żbroff ta' drenaġġ fil-Bajja ta' San Ġorġ - Xogħlijiet

Question

Wara li l-bajja ta' San Ġorġ, f’San Ġiljan kellha tingħalaq darbtejn mill-bidu tas-sajf minħabba żbroff ta' drenaġġ, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru xogħlijiet ta' upgrade tas-sistema ta' drenaġġ f'dawn l-inħawi, u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti relatati ma' dan l-upgrade?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma kinitx responsabbli għan-nuqqasijiet li wasslu għall-għeluq tal-bajja ta’ San Ġorġ. Dan l-egħluq ma kienx ikkawżat minn problemi fis-sistema u n-network tad-drenaġġ tal-istess Korporazzjoni. Il-problema hawnhekk kienet ġejja minn problema f'sistema tad-drenaġġ privat u ġiet inidirizzata. Bħal kull żona oħra fin-network kemm tal-ilma u kif ukoll tad-drenaġġ, il-Korporazzjoni kontinwament tistudja u tfassal pjanijiet ta’ tisħiħ skont id-domanda eżistenti u dik futura. Matul l-2022 sar investiment ta’ €21.2 miljun f'upgrades li €7.2 miljuni minnhom kienu jinvolvu tisħiħ fin-network. Waqt li fl-2023 sar investiment ieħor ta’ €26.1 miljun f'upgrades li €10.8 miljuni minnhom ukoll saru f’dak li huwa tisħiħ tan-network. F’Jannar li għadda l-Korporazzjoni nediet Pjan ta’ Investiment Nazzjonali komprensiv ta’ €310 miljun immirat lejn il-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-ilma u d-drenaġġ fil-pajjiż. Pjan ambizzjuż li fil-qasam tad-drenaġġ għandu €48.4 miljun allokati għal rinovazzjoni fin-network u €85.5 miljun f’upgrades. Dan il-pjan jinkludi t-titjib u l-espansjoni tal-faċilitajiet ta' trattament tad-drenaġġ biex tiżdied il-kapaċità u l-effiċjenza; titjib tan-network tad-drenaġġ biex jiġu evitati blokki u jsir titjib fil-prestazzjoni ġenerali; u titjib tal-inizjattivi ta' riċiklaġġ u użu mill-ġdid tad-drenaġġ fi New Water biex nappoġġjaw lill-bdiewa tagħna u s-sostenibbiltà ambjentali. Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-Korporazzjoni diġà investiet €15-il miljun f'upgrades li €6 miljun kienu jinvolvu tisħiħ fin-network.

Birżebbuġa — Bajja tal-Qajjenza - Oil spill

Question

Wara li fl-aħħar ġimgħat kien hemm oil spill fil-bajja tal-Qajjenza, f’Birżebbuġa, tista' l-Ministru tgħid x'testijiet saru biex jinstab is-sors tal-ispill, jekk instabx is-sors, u x'qiegħed isir biex dan ma jerġax jiġri?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) rċeviet żewġ ilmenti rigward żejt fil-baħar fiż-żona tal-Qajjenza. Minn spezzjoni li saret fis-sit ġiet osservata roqgħa żejt fil-baħar viċin tax-xatt. L-ERA kkordinat mal-Awtorità għat-Trasport biex jiġi identifikat is-sors, fejn rriżulta li kien probabbli ħafna li s-sors kien skarigu minn xi bastiment, li mbagħad resaq viċin ix-xatt bil-mewġ. Il-prijorità tal-Awtorità kienet li jsir it-tindif ta' dan iz-zejt biex jitnaqqsu r-riskji ambjentali. L-ERA kkordinat mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex isir it-tindif.

Ħal Far u Ħal Blandun — New Water

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jitwassal in-new water fl-inħawi ta' Ħal Far u Ħal Blandun u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta ta’ kif se tkun is-sistema tad-distribuzzjoni fl-inħawi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Events

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru events organizzati mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ tista’ tgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa kull event; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Ir-Rabat Malta — Wied ta’ Santa Katerina - Xogħol ta’ tindif

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20241 u tgħid meta se tibda tiġi mnaddfa l-muntanja ta' terrapien li ffurmat fiż-żona tal-Wied ta' Santa Katerina, fir-Rabat, fejn hemm il-barriera?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20116 u tgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16525.

Il-Birgu – Proġett tal-Pjazza

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta l-proġett tal-Pjazza tal-Birgu se jkun lest kompletament? X’miżuri ser jittieħdu biex jiġi salvagwardjat ix-xelter? In vista wkoll li l-festi ġew rikonoxxuti bħala wirt intanġibbli tal-UNESCO, x’miżuri ser jittieħdu sabiex il-proġett propost ma jtellifx l-attivitajiet taż-żewġ festi u l-armar li jintrama għalihom? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx pjan biex jiżdiedu l-parkeġġi fil-viċin in vista li l-pjanta proposta ser tneħħi l-parking spaces eżistenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li matul il-perjodu indikat, fil-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, l-persuni li isimhom ngħata separatament ma kellhom l-ebda ngaġġ, impjieg jew nomina kif deskritt fil-mistoqsija.

Il-Fgura — Triq bejn Triq il-Foss u Triq Kottoner - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jerġa’ jsir xogħol fit-triq bejn Triq il-Foss u Triq Kottoner fil-Fgura, in vista tal-fatt li reċentement din it-triq kienet saret mill-ġdid? Jekk iva, tista’ tgħid kemm se ddum magħluqa peress li din it-triq tintuża ħafna?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-proġett biex jiġi estiż in-netwerk tan-New Water fin-nofsinhar ta’ Malta biex il-bdiewa jkunu moqdijin aħjar, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’xogħlijiet fi Triq il-Foss li jestendu sa Triq id-Dejma. Ix-xogħol huwa mmirat li jitlesta lejn l-aħħar tat-tielet kwart tas-sena u dan qed isir f’fażijiet biex jippermetti li partijiet mit-toroq ikunu miftuħin waqt li jkun għaddej ix-xogħol f’partijiet oħra. Dwar xogħlijiet fi Vjal il-Kottoner nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Għawdex – Charging points ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru charging points ġodda għal vetturi elettriċi f’Għawdex matul is-sena 2024, fejn saru, kemm hemm ippjanati li jsiru matul il-bqija tas-sena 2024 u fejn?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena hemm ippjanti li jsiru 106 charging points ġodda fi 13-il lokalità differenti madwar Għawdex, u 16 minnhom diġà ġew approvati minn Transport Malta. Ix-xogħol fuq dawn iċ-charging points mistenni jibda hekk kif isiru l-kuntratti tax-xogħol. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni dwar il-lokalitajiet fejn huwa ppjanat li jsiru ċ-charging points ġodda.

Il-Mosta — Triq il-Midbaħ u Triq id-Dura - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20332 u tgħid jekk hemmx pjanijiet li xi waħda mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha twettaq xogħol fi Triq il-Midbaħ u Triq id-Dura, il-Mosta, fil-ġimgħat jew xhur li ġejjin? Jekk iva, tista' tgħid meta se jibda u meta hu ppjanat li jkun lest?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Enemalta, permezz ta’ Infrastructure Malta, poġġiet cables ġodda ta’ 11-il kilovolt fiż-żona ta’ Santa Margerita fil-Mosta biex tkompli ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Fi Triq id-Dura diġà ġie mgħoddi l-cable ta' 11kV flimkien ma’ low voltage cables biex ġiet installata feeder pillar ġdida (low voltage). Il-proċess li jmiss jinkludi t-tqegħid ta’ feeder cables mill-feeder pillar għal Triq il-Midbaħ biex tiżdied il-konnettività u tissaħħaħ id-distribuzzjoni tal-low voltage. Dawn ix-xogħlijiet se jinbdew fil-jiem li ġejjin u mistenni jieħdu numru ta’ ġimgħat u mbagħad isir reinstatement tat-triq skont il-permessi maħruġin minn Transport Malta.

Birkirkara — Triq Madre Maria Theresa Spinelli - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk xi waħda mill-entitajiet li taqa' taħt id-dekasteru tagħha (Enemalta, WSC, eċċ.), hux qed twettaq xogħol fi Triq Madre Maria Theresa Spinelli, f’Birkirkara u jekk iva, fiex jikkonsisti dan ix-xogħol u meta hu ppjanat li jkun lest?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq indikata Enemalta poġġiet tliet low voltage feeders biex tkompli ssaħħaħ is-sistema ta’ ditribuzzjoni fuq livell ta’ 230V/400V. Wara nbdew xogħlijiet oħrajn minn Infrastructure Malta. L-asfalt se jingħata wara li dawn jitlestew.

Raħal Ġdid — Triq bejn Triq Kordin u Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jsir xogħol fit-triq bejn Triq Kordin u Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir, f’Raħal Ġdid? Jekk iva, tista’ tgħid kemm se ddum magħluqa peress li din it-triq tintuża ħafna?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir s'issa m'għandhomx ippjanat li jsiru xogħlijiet fiż-żona indikata.

Il-Mellieħa — pressa baxxa tal-ilma

Question

Tista’ l-Ministru tinvestiga r-raġuni li għaliha qed jiġi rrapportat nuqqas ta’ pressa tal-ilma/pressa baxxa fil-Mellieħa, inkluż fiż-żona ta' Santa Marija Estate? Tista’ tgħid ukoll kemm-il rapport wasal għand il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rigward dan matul l-aħħar sitt xhur, f’liema toroq u x’azzjoni ttieħdet f’kull każ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fl-aħħar sitt xhur fil-Mellieħa daħlu 15-il rapport minn 10 toroq diferenti. Bħalma tagħmel għal kull rapport li jidħol, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma aġixxiet mill-ewwel u rat li l-problema tiġi solvuta fl-iqsar żmien possibbli. Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex jekk hi konxja ta’ xi residenzi partikolari li qegħdin jesperjenzaw nuqqas ta’ pressa tinfurmahom jagħmlu rapport biex il-Korporazzjoni tkun tista’ twettaq l-investigazzjoni tagħha. Persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jistgħu jċemplu fuq 8007 6400 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku www.wsc.com.mt

Użu ta' Cyclotron

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta beda jitħaddem l-apparat tas-Cyclotron? Tista' tgħid ukoll kemm nies għamlu użu minn dan is-servizz xahar b'xahar minn meta beda jintuża?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Birkirkara (Swatar) – kwalità tal-Arja — Rapporti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex kwalunkwe rapport li jiddetermina l-kwalità tal-arja fis-Swatar, Birkirkara?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) timmaniġġja programm ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja mifrux ma’ Malta u Għawdex, li jkopri mitt sit għad-diossidu tan-nitroġenu u l-komposti organiċi volatili. Dawn il-kampjuni jittieħdu kull xahar u jiġu analizzati f’laboratorju akkreditat. Id-data minn dan it-tip ta’ monitoraġġ tiġi proċessata u hija disponibbli fuq il-website tal-ERA permezz ta’ mapep li juru d-distribuzzjoni tal-livelli ta’ tniġġiż fil-gżejjer Maltin għal dawn iż-żewġ sustanzi. Il-lokalità tas-Swatar hija koperta b’din is-sistema ta’ monitoraġġ permezz tal-eqreb siti ta’ monitoraġġ li jinsabu f’Birkirkara.

Birkirkara (Fleur de Lys) – kwalità tal-Arja — Rapporti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex kwalunkwe rapport li jiddetermina l-kwalità tal-arja fi Fleur de Lys, Birkirkara?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) timmaniġġja programm ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja mifrux ma’ Malta u Għawdex, li jkopri mitt sit għad-diossidu tan-nitroġenu u l-komposti organiċi volatili. Dawn il-kampjuni jittieħdu kull xahar u jiġu analizzati f’laboratorju akkreditat. Id-data minn dan it-tip ta’ monitoraġġ tiġi proċessata u hija disponibbli fuq il-website tal-ERA permezz ta’ mapep li juru d-distribuzzjoni tal-livelli ta’ tniġġiż fil-gżejjer Maltin għal dawn iż-żewġ sustanzi. Il-lokalità ta’ Fleur de Lys hija koperta b’din is-sistema ta’ monitoraġġ permezz tal-eqreb siti ta’ monitoraġġ li jinsabu f’Birkirkara.

Birkirkara – kwalità tal-Arja — Rapporti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex kwalunkwe rapport li jiddetermina l-kwalità tal-arja f’Birkirkara?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) timmaniġġja programm ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja mifrux ma’ Malta u Għawdex, li jkopri mitt sit għad-diossidu tan-nitroġenu u l-komposti organiċi volatili. Dawn il-kampjuni jittieħdu kull xahar u jiġu analizzati f’laboratorju akkreditat. Id-data minn dan it-tip ta’ monitoraġġ tiġi proċessata u hija disponibbli fuq il-website tal-ERA permezz ta’ mapep li juru d-distribuzzjoni tal-livelli ta’ tniġġiż fil-gżejjer Maltin għal dawn iż-żewġ sustanzi. Il-lokalità ta’ Birkirkara hija koperta b’din is-sistema ta’ monitoraġġ.