Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2024?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24092.

Akkomodazzjoni soċjali — Kriterji

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji li jintużaw biex persuna/familja tingħata akkomodazzjoni soċjali?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji sabiex individwu jkun jista’ japplika għall-akkomodazzjoni soċjali huma:- 1) Ikun ċittadin Malti / tal-Unjoni Ewropea, jew stat ta’ refuġjat; 2) F’każ ta’ separazzjoni, din għandha tkun finalizzata; 3) Id-dħul ma jridx jeċċedi l-€10,000 għal persuna waħedha jew it-€12,000 + €700 għal kull wild taħt it tmintax-il sena għal ġenitur wieħed/separat/koppja miżżewġa; * Dħul minn Assistenza għall-Mard (SKA), Benefiċċju tal-Enerġija (EB) u Children’s Allowance (CA), jiġi eskluż minn dan l-ammont. 4) F’każ ta’ aħwa li jgħixu flimkien, id-dħul tagħhom ikun ikkunsidrat daqs ta’ koppja miżżewġa; 5) L-assi tal-applikant m’għandhomx jeċċedu t-€28,000 minn tliet snin qabel id-data tal-applikazzjoni; 6) Irid ikun ilu residenti Malta għal 12-il xahar konsekuttivi matul l-aħħar 18-il xahar.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Baġit allokat u infiq għall-PR

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-baġit allokat u l-infiq għall-PR tal-Ministeru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-informazzjoni dwar l-allokazzjoni ta’ budget għall-PR huwa parti mil-line item rispettiv fl-estimi tal-budget li ngħatat kopja u tpoġġew ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.

Units tal-akkommodazzjoni soċjali — Bord tal-allokazzjonijiet - Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord li jalloka l-units tal-akkomodazzjoni soċjali? Jista’ jgħid ukoll kif jinħatru dawn il-membri u min jaħtarhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tkun qiegħda tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Sponsorships u donazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tkun qiegħda tingħata f’seduta oħra.

Bormla — Binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 20335 u 23027, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet fl-intier tagħhom u jgħid meta se jkunu lesti kompletament il-binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali li hemm f’Bormla?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tkun qiegħda tingħata f’seduta oħra.s

San Ġwann — Residenti ta’ binja

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19511, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żvilupp dwar l-inġustizzji u d-diskriminazzjoni li qed isofru r-residenti ta’ binja ġewwa San Ġwann li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ dan il-lift wasalna fl-istadju fejn il-Fire Safety Report ġie approvat mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-lift ġie inkluż bħala parti mill-programm ta’ liftijiet li għandhom isiru s-sena d-dieħla.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu preżentement fil-Ministeru bħala: (a) Head of Secretariat; (b) Deputy Head of Secretariat; (c) Private Secretary; (d) Assistant Private Secretary; (e) Head Customer Care Officer; (f) Customer Care Officer; (g) Customer Care Assistant; (h) Communications Secretary; (i) Events Co-ordinator; (j) Co-ordinating Officer; (k) Secretariat Officer; (l) Secretariat Pool; (m) Senior Secretariat Messenger; (n) Secretariat Messenger; (o) Chairwoman; (p) Personal Driver; (q) Security Officer; (r) Advisor; (s) Policy Consultant; (t) Policy Co-Ordinator; (u) Photographer; (v) Person/Position of Trust oħrajn? Jista’ jgħid ukoll x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn l-impjegati, min huma dawn l-impjegati, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f'każ ta' Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x'inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta' kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? Minn dawn l-allowances u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati għal xiex hu intitolat u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli): (i) Disturbance Allowance; (ii) Secretariat Allowance; (iii) Bonus for Overtime Worked; (iv) Communications Allowance; (v) Fully-expensed mobile telephony; (vi) Free telephony; (vii) Pre-Paid top-ups for telephony service; (viii) Internet Service; (ix) Car Allowance; (x) Transport Allowance; (xi) Fuel Vouchers; (xii) Use of car-hired car; (xiii) Use of government-owned car; (xiv) Internet key; (xv) Tablets; (xvi) Laptops; (xvii) Peripherals; (xviii) Expertise allowance; (xix) Disturbance Allowance; (xx) Shift Allowance; (xxi) Xi tip ta' allowance u/jew perkaċċi oħra (speċifika)? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat tal-Ministeru għandu fis-seħħ?

Response (GALDES, RODERICK)

Kif weġibt f'diversi istanzi, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Xiri ta’ MacBooks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi mill-bidu ta’ din il-leġislatura sakemm qed titwieġeb din l-interpellanza nxtara MacBook wieħed għall-użu ta’ staff fis-segretarjat tiegħi. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-amministrazzjoni pubblika hija dejjem miftuħa għal kull teknoloġija, speċjalment f’xogħlijiet speċifiċi li jirrikjedu teknoloġija differenti. Infurmat illi l-MITA mhux talli ma toġġezzjonax għax-xiri ta’ dan l-apparat, talli qiegħda f’diskussjoni biex tara li jkun offrut servizz ta’ sapport ċentrali għal dan it-tip ta’ apparat.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Direct Orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2023?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23694.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22282.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Impjegati li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg fuq kuntratt definit, jew fuq service contracts, u meta ġew ingaġġati u f'liema grad? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21448.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Deputati tal-Gvern

Question

Peress li l-mistoqsija parlamentari 14836 ma kinetx imwieġba għax l-informazzjoni kienet għadha qeda tinġabar, issa li għaddew għaxar xhur, jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, l-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom inklużi perkaċċi oħra bħal fuel vouchers, car allowances, expertise allowance, shift allowance, disturbance allowance, communication allowance, overtime u kull allowance ieħor? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom u/jew sal-ġurnata li fiha tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23435.

Djar soċjali — Applikanti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21904, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ persuni li kienu qed jistennew housing soċjali mill-2014 sal-2024, maqsuma sena b’sena?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct Orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novemru 2024?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22361.

Ħal Qormi – Żona ta’ Farsina – Xiri ta’ HOS plots

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il plot tal-Home Ownership Scheme (HOS) inxtraw mill-Gvern fl-aħħar tliet snin f’Ta’ Farsina, Ħal Qormi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont imħallas u d-dati ta’ meta saru l-kuntratti ta’ akkwist ta’ kull plot HOS f’Ta’ Farsina f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tkun qiegħda tingħata f’seduta oħra.

Ħal Qormi – Żona ta’ Farsina – Nutara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fil-kuntratti tal-akkwist tal-HOS plots daparti tal-Gvern (bħal f’Ta’ Farsina) fl-aħħar xhur intużaw is-servizzi notarili tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament taħt il-vesti ta’ “Nutar tal-Gvern”? Jista’ jgħid ukoll kif intgħażel dan l-individwu u kif intgħażlu n-nutara li mhumiex impjegati tal-Gvern biex jagħmlu xogħol bħal dan u x’inhi r-rata tal- ħlas?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tkun qiegħda tingħata f’seduta oħra.