Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – persuni li qed jikru l-proprjetà taħt l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jikru l-proprjetà tagħhom lill-Awtorità tad-Djar taħt l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’ sa’ Mejju 2020?

Response (GALDES, RODERICK)

L-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Skema ‘Sir Sid Darek’ – persuni li xtraw proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li xtraw proprjetà tal-Gvern taħt l-iskema ‘Sir Sid Darek’ mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Mejju 2020?

Response (GALDES, RODERICK)

L-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Minsiteru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Open Data - datasets

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu poġġiet fl-inizjattiva ta’ ‘Open Data’?

Response (GALDES, RODERICK)

Hemm diversi datasets li l-Amministrazzjoni Pubblika tipprovdi permezz ta’diversi siti u portali tal-internet. Madankollu jekk wieħed jimxi fuq id-definizzjoni dejqa tat-terminu “ Open Data ” jiġifieri li d-datasets ikunu pprovduti bħala “ machine-readable ” u taħt liċenzja miftuħa ( open licence ) wieħed jista’ jgħid li s’issa għad m’għandniex dak in-numru li wieħed jistenna. F’dan il-kuntest biex Malta jkollha pjattaforma soda u numru adegwat ta’ datasets li jkunu jikkwalifikaw bħala “ Open Data ” tlesta abbozz ta’ avviż legali biex ikun ippubblikat taħt il-Kap. 546 li qed ipoġġi obbligu fuq dawk l-entitajiet kollha li għandhom tali datasets li jirreġistrawhom fuq il-portal nazzjonali tad-data u wara li jiġu kklassifikati. Jekk ikunu jaqgħu taħt il-klassi bħala data mhux sensittiva dawn għandhom ikunu ppubblikati l-ewwel nett fuq il-portal nazzjonali u jekk ikun il-każ fuq portal jew siti oħrajn.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — konsulenti ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-konsulenti kollha ingaġġati mill-Ministeru tiegħu minn Ġunju 2017 sal-lum u għal kull konsulent jgħid kif kien ingaġġat u x’inhuma t-termini tal-ħlas/benefiċċji tiegħu/tagħha?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — impjieg ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament m’għandhiex xi impjieg jew xi forma ta’ kuntratt mal-Ministeru tiegħi.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — ħlas lil persuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kull ħlas li qatt sar mill-baġit tal-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jista’ jagħti t-total għal kull sena bir-raġun għall-ħlas?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma sar l-ebda ħlas minn dan il-Ministeru lill-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.

Akkomodazzjoni Soċjali – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-akkomodazzjoni soċjali sal-ġurnata li toħroġ din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li hemm 2577 applikazzjoni pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali.

Benefiċċju għal persuni li jgħixu waħidhom jew f'lukanda

Question

B'referenza għall-għajnuna tal-Gvern lil persuni li jgħixu waħidhom u f'każ ta' din il-persuna jgħixu ġo lukanda 3 star, jista' l-Ministru jara x'għajnuna jista' jingħata lil dan l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex ikun jista'jgawdi mill-benefiċċju għall-persuni li jgħixu f'kera?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema li permezz tagħha jingħata benefiċċju fuq il-kera mħallsa fuq residenzi li huma proprjeta’ tal-privat, ma tkoprix kirjiet f’lukandi. Idealment dan l-individwu għandu jiġi assistit sabiex isib residenza aktar stabbli biex b’hekk ikun jista’ jibbenefika mill-benefiċċju fuq il-kera mħallsa. Aktar tagħrif fuq l-iskema u l-ammont ta’ benefiċċju li jingħata jista’ jinkiseb mis-sit elettroniku:- https://housingauthority.gov.mt/en/Pages/Schemes/Housing-Benefit.aspx Kopja ta’ dan is-sit qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entita/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma’ jagħti l-ismijiet tal-persuni)?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2017 ’il hawn ġew impjegati fl-Awtorità tad-Djar 17-il persuna (2017), 16 (2018), 16 (2019) u 12 (2020*); fil-HME 12 (2017), 13 (2018), 4 (2019) u xejn (2020*); u fl-SPM 8 (2017), 4 (2018), 5 (2019) u 1 (2020*). L-informazzjoni tal-2020 tirreferi sal-15 ta’ Ġunju.

Housing Soċjali — allokazzjonijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14978, fl-20 ta’ Frar, 2019 il-Ministru kien għamel Press Conference fejn kien irrefera l-iskop ta’ dawn in-nofs miljun euro, għaldaqstant jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ dawn in-nofs miljun euro li kien ħabbar dakinhar?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għotja ta’ €500,000 ġiet imqassma bejn żewġ organiżazzjonijiet volontarji u li huma mid-Dlam għad-Dawl u Richmond Foundation. Dawn intgħażlu wara sejħa għall-proġetti li ġiet evalwata minn bord ta’ esperti li nħatru għal dan il-għan. L-ewwel pagament ta’ din l-għotja kien ta’ 80% illi jammonta għall-€160,000 minn total ta’ €200,000 u €240,000 minn total ta’ €300,000 rispettivament. L-20% l-oħra tal-għotja ser tiġi mogħtija lil dawn l-istess organiżazzjonijiet hekk kif ix-xogħlijiet ikunu kompluti.

Post — każ ta' familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament se jgħaddi fuq il-Gvern biex imbagħad jibda jsejjaħ lill-familja?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Applikazzjonijiet pendenti għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jindika fejn għandu applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità tal-Ippjannar għall-akkomodazzjoni soċjali u f'liema siti oħra qiegħed jippjana li japplika għall-permessi matul din l-leġiżlatura?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħidma fuq dawn il-proġetti għadha għaddejja.

Housing Soċjali — lokalitajiet

Question

Jista' l-Ministru jindika f'liema lokalitajiet se jsir żvilupp tal-ikbar ammont ta' housing soċjali? Jista’ jgħid ukoll kemm se jkun l-investiment f'kull sit u jekk sarux studji soċjodemografiċi fil-lokalitajiet bl-akbar żvilupp biex ikun assigurat li s-servizzi fil-komunità bħal l-iskejjel tal-lokalità, il-parkeġġ, l-immaniġġar tat-traffiku u l-immaniġġar tal-iskart, fost oħrajn jifilħu għal influss ta' nies li jmorru joqogħdu f'żona jew f'lokalità kollha f'daqqa?

Response (GALDES, RODERICK)

Kull żvilupp propost qed isegwi l-policies tal-pjani lokali u r-regolamenti dwar l-ippjanar eżatt bħal f’kull żvilupp li jsir mill-privat.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari u li wara l-25 ta’ Jannar 2020 u sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, telqu/irriżenjaw minn dan l-impjieg? Jekk iva, kemm?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm persuna waħda li rriżenjat.

Stallazzjonj ta' Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-lift fil-blokka u fl-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li t-tender biex issir l-instalazzjoni ta’ dan il-lift ġie awarded u x-xogħlijiet ser jibdew fix-xhur li ġejjin.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14331 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid: a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva? b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-Segretarjat tal-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra. L-istess fil-każ ta’ ingaġġ ta’ konsulenza. Mill-bqija, karigi oħrajn fil-Ministeru tiegħi huma dawk ta’ Projects Coordinator u Site Supervisor, bi spiża ta’ €60,256.30 fis-sena.

Housing Soċjali — allokazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti break down tal-€500,000 li ġew allokati għall-housing soċjali fl-2019? Kif intefqu jew se jintefqu dawn il-fondi? Kemm ibbenefikaw persuni jew familji minn din il-miżura?

Response (GALDES, RODERICK)

L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li għall-housing soċjali ġew allokati €130 miljun, fejn dan ifisser l-akbar investiment li qatt sar fil-housing soċjali f’pajjiżna u li permezz tiegħu, ser jibbenefikaw għexieren ta’ familji li huma ġenwinament fil-bżonn. Għaldaqstant, nitlob l-Onor. Interpellant biex jispeċifika eżattament għal liema €500,000 qiegħed jirreferi.

Filmati li qed jintwerew dwar tindif fi blokok tal-housing estates

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14250, jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswew il-filmati li qed juru tindif fil-blokok tal-housing estates u li qed jintwerew fuq il-media soċjali u anke fuq stazzjonijiet lokali? Jista’ jgħid min hi l-Production House li qiegħda tipproduċihom? Kemm qed jiswew dawn il-filmati? Dawn huma mħallsa minn fondi pubbliċi?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din kienet inizjattiva inter-ministerjali fid-dawl tal-pandemija tal-Covid-19 bil-għan li tiġi mħarsa s-saħħa tar-residenti tal-housingestates. Għaldaqstant, huwa l-obbligu tal-Ministeru li jinforma lill-pubbliku. Tajjeb jingħad ukoll li r-regoli tal-procurementtal-Gvern dejjem ġew segwiti.

Ta’ Xbiex – CCTV cameras fi blokka tal-housing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13346 u ċjoè: Wara li saru diversi serqiet f'Ta' Xbiex, xi familji residenti fi blokki tal-housing ftiehmu li jagħmlu CCTV cameras għas-sigurtà tar-residenti u peress li issa tal-Housing qegħdin javżawhom biex ineħħuhom, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan huwiex minnu? Jekk iva, jista’ jgħid għalfejn, peress li dawn qegħdin isiru fuq ġewwa u bi ftehim bejn ir-residenti? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex minnu li r-residenti ingħatalhom ultimatum sakemm għandhom ineħħu tali cameras li installaw huma stess?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li r-residenti tal-lokalità msemmija fl-ebda mument ma’ talbu u/jew ingħataw awtoriżazzjoni mill-Awtorità tad-Djar sabiex jinstallaw CCTV cameras fil-blokka tagħhom.