Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27133 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Gazzetta tal-Gvern - Avviżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?

Response (REFALO, ANTON)

L-avviżi tal-Gvern jiġu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern kif meħtieġ.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Vjaġġi uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt vjaġġi uffiċjali barra l-pajjiż qattx kien akkumpanjat minn familjari tiegħu jew ta’ xi membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid: (a) F'liema vjaġġi l-Ministru u/jew il-kontinġent tiegħu kienu akkumpanjati minn familjari tagħhom? (b) Min kienu dawn il-familjari għal kull vjaġġ? (ċ) Kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljett tal-ajru, akkomodazzjoni, trasport, ikel, xorb u spejjeż oħra, separatament, għal kull membru tal-kontinġent f'kull vjaġġ li fih kien hemm ukoll membru/i tal-familja tal-Ministru u/jew tal-kontinġent uffiċjali tiegħu? (d) Jekk l-ispejjeż ta' kull membru tal-familja tal-Ministru u/jew tal-membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu tħallsux minn fondi pubbliċi jew minn fondi personali, u jekk dawn tħallsu minn fondi personali jippreżenta l-irċevuti uffiċjali ta' dawn l-ispejjeż?

Response (REFALO, ANTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari Nru 23561, fejn spjegajtlu diġà illi l-arranġamenti ta' vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, per diem allowances huma rregolati skont il-Manual on Transport and Travel Policies, ninfurmah li l-uniċi drabi fejn kont akkumpanjat minn membri tal-familja tiegħi, l-ispiża tħallset minn fondi privati u mhux dawk pubbliċi.

Malta u Għawdex — Mogħoż u Nagħaġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ rjus ta’ mogħoż u nagħaġ ġewwa Malta u Għawdex mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ammont ta’ rjus ta’ mogħoż u nagħaġ ġewwa Malta u Għawdex mill-2014 sal-lum tinstab fit-tabella segwenti, skont in-National Livestock Database (NLD). Data Ammont ta’ nagħaġ f’ Malta u Għawdex Ammont ta’ mogħoż f’ Malta u Għawdex 2014 10,884 4,770 2015 12,101 5,165 2016 12,198 5,223 2017 11,637 5,369 2018 13,195 5,842 2019 13,284 5,678 2020 13,217 5,562 2021 12,863 5,699 2022 14,608 6,539 2023 14,087 6,609 2024 14,548 6,671 2025 15,089 6,451

Dgħajjes tas-sajd liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25941 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet riferut lilu u jgħid kemm hawn dgħajjes tas-sajd liċenzjati, kemm f’Malta u kemm f’Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti li turi n-numru ta’ dgħajjes tas-sajd liċenzjati f’Malta u f’Għawdex. Tip ta’ dgħajsa tas-sajd Total MFA 395 MFB 405 MFC 2,352

Raba’ saqwi u raba’ bagħli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn raba’ rreġistrat bħala saqwi u kemm hawn raba’ rreġistrat bħala bagħli mal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali preżentement, u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex din il-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (REFALO, ANTON)

Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2025?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26288.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Chief Executive Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-Chief Executive Officers tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid wkoll: (a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom? (b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (ċ) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,? (f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-Chief Executive Officers?

Response (REFALO, ANTON)

Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz ta’ ġbir u t-trasportazzjoni ta’ frott u ħaxix

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26157, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa s-servizz tal-ġbir u t-trasportazzjoni ta’ frott u ħaxix minn Għawdex għall-Pitkalija ta’ Malta, għall-Malta Food Agency li dam għaddej għal disa’ xhur, qabel ħarġet is-sejħa pubblika u li ġiet awarded ftit tal-ġimgħat ilu? Jista’ jgħid ukoll minn fejn ġewwa x-Xewkija, kien jingħata dan is-servizz?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-servizz ġie jiswa €40,025.76 (VAT eskluża) bil-meeting point ikun fejn il-Heliport tax-Xewkija.

Siġar tal-Frott

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu għadux jipprovdi siġar tal-frott lill-bdiewa u lid-dilettanti tal-frott? Jekk iva, meta kienet l-aħħar sejħa biex dawk interressati, jixtru jew jingħataw dawn is-siġar? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn is-siġar inbiegħu / tqassmu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena il-bejgħ tas-siġar mill-Mixtla ta’ San Vinċenz kien miftuħ għall-bdiewa u l-pubbliku in ġenerali bejn it-8 u l-21 ta’ Frar. F’dan il-perjodu inbiegħu madwar 900 siġra tal-frott li kienu jinkludu żebbuġ tal-Bidni, rummien, tut, ċawsli u tin. Il-bdiewa kollha li huma rreġistrati mal-ARPA rċevew messaġġ fuq il-mowbajl tagħhom. Il-bejgħ ta’ dawn is-siġar kien ukoll reklamat fuq il-paġni ta’ Facebook Agrikoltura u AgriHub, u twaħħlu posters fuq in-notice boards, filwaqt li l-ħaddiema kollha tal-Ministeru rċievew email.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Ftehim ma’ Boarding Kennels

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tip ta’ “agreements” ma’ boarding kennels privati sabiex jinżammu xi klieb misjuba barra u li ma kienx hemm post għalihom fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali ġewwa l-Għammieri? Jekk fl-affermattiv, għaliex inħasset il-ħtieġa li jsir dan il-ftehim ma’ kennels privati? Jista’ jgħid ukoll jekk reċentement, dawn l-istess “agreements” ġewx ikkanċellati u jekk iva, għaliex waqaf dan is-servizz?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Stabbiliment tal-Boarding qed jintuża biex jinżammu klieb li jew hemm proċeduri kriminali għaddejin fil-konfront tas-sidien tagħhom, jew il-każ jirrigwarda klieb li għandhom natural temperamentali u ma jistgħux jinżammu ma’ klieb oħra ġewwa l-Għammieri. Huwa għal dawn ir-raġunijiet li nħasset il-ħtieġa li dawn jinżammu f’boarding kennels privati. Il-ftehim ġie terminat ma’ Boarding Kennel minnhom wara li sar eżerċizzju kompetittiv ibbażat fuq l-irħas rata għas-servizz.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – Boarding Kennels

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-klinika li preżentement qed tagħti trattament mediku lill-klieb misjuba mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali hix qed isservi wkoll ta’ boarding kennel għal xi klieb li m’hemmx fejn jinżammu ġewwa l-Għammieri? Jekk jinstab kelb / klieb illum fejn ser jinżammu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interepellanta li l-klieb kollha li jinstabu l-ewwel issirilhom evalwazzjoni veterinarja kif ukoll proċess ta’ screening għall-mard tal-annimali kif ukoll dak żoonotiku. Ix-xogħol tal-klinika veterinarja hu propju li tagħti t-trattament veterinarju kif meħtieġ u li jkopri il-perjodu ta’ konvalexxenza. Malli l-klieb jiġu rilaxxati dawn imorru jew fil-magħlaq ta l-Għammieri, jew inkella jsiru arranġamenti oħra skont il-każ.

Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu f’Malta fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll: i. xi gradi huma dawn il-ħaddiema Għawdxin; ii. f’liema sezzjoni jaħdmu u fejn; iii. x'tip ta' xogħol jagħmlu; u iv. kemm-il sena ilhom jaħdmu mal-Ministeru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema li jidher li għandhom indirizz fuq Għawdex u jaħdmu fis-Servizz Pubbliku huwa ta’ 42, filwaqt dawk li jaħdmu f'Aġeniziji huwa ta’ 21. Ix-xogħlijiet ta’ dawn il-ħaddiema jvarjaw minn Chief Executive Officer, Xogħlijiet maniġerjali u sa dawk il-Gradi Industrijali.