Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — infiq f’reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-Ministeru u lanqas l-entità li taqa’ taħtu ma għamlu reklamar f’xandiriet mill-2017 sal-lum, fil-Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista.
Importazzjoni, manifattura u bejgħ ta’ Qamħ – miżuri ta’ għajnuna long-term
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern għal miżuri long-term li minnhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ, minħabba l-inflazzjoni u ż-żieda fl-ispejjeż?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Response (BORG, IAN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwalifiki akkademiċi li għandhom is-CEO u ċ-Chairperson tal-entità li taqa’ taħt il-Ministeru huma kif ġej:
CEO Trade Malta Ltd Master (International Economics & Marketing)
Bachelor (Economics)
Chairperson Trade Malta Ltd Bachelor in Business Administration
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Infiq f’reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f’reklamar fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament mill-2019 sal-lum, sena b’sena, u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li flus f’reklamar fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, separatament mill-2019 sal-lum, sena b’sena, u skont il-mezz tax-xandir innifsu huwa skont it-tabella ta’ hawn taħt. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif intefqu dawn l-ammonti mill-2019 sal-2022.
2019
2020
2021
2022
MFET
€ 16,652.04
€ 12,814.91
€ 29,114.95
€ 11,577.16
Trade Malta
€ 4,807.32
MFE*
MFE*
€ 3,250.08
* Trade Malta kienet taħt il-Ministeru tal-Ekonomija fl-2020 u fl-2021.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – lista ta’ delegazzjonijiet barra mill-pajjiż
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ delegazzjonijiet barra mill-pajjiż li huwa jew il-predeċessur tiegħu bħala Ministru għall-Affarjiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ mexxa jew kien parti minnha xahar b'xahar mill-1 ta’ Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ –delegazzjonijiet barra l-pajjiż
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' min kien jifforma parti minn kull delegazzjoni li huwa jew il-predeċessur tiegħu bħala Ministru responsabbli mill-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ mexxa barra mill-pajjiż xahar b'xahar mill-1 ta’ Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 2494 tal-istess Seduta.
Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — delegazzjonijiet barra l-pajjiż – spejjeż ta’ lukandi
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' ismijiet tal-lukandi u spejjeż minfuqa f'kull lukanda waħda b’waħda sabiex ġew akkomodati l-Ministru u membri ta’ delegazzjonijiet li huwa jew il-predeċesssur tiegħu mexxa xahar b'xahar barra mill-pajjiż mill-1 ta’ Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid min mill-membri tad-delegazzjonijiet li jakkumpanjaw lill-Ministru fuq safar b’konnessjoni ma’ xogħol relatat mal-Ministru jkollu biljetti tal-ajru club class u min ikollu biljett economy class?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Manwal ta’ Policies u Proċeduri fuq Trasport u Safar, liema Manwal huwa pubbliku, u li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 2497 - Manual on Transport and Travel Policies and Procedures.pdf
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – nefqa fuq pubbliċità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’pubbliċità mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu mill-1 ta’ Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kif u fejn saret u kemm kienet kull spiża f’pubbliċità waħda b’waħda?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant hekk kif ninsab infurmat li l-ammont ta’ flus f’pubbliċità mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu mill-1 ta’ Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija huwa skont it-tabella ta’ hawn taħt. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif u fejn intefqu dawn l-ammonti.
2022
MFET
€ 11,577.16
Trade Malta
€ 3,250.08
Importazzjoni, manifattura u bejgħ ta’ Qamħ – skemi ta’ għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’mekkaniżmu se jintuża biex titħaddem l-iskema ta’ €30 miljun li biha għandhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Iterpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks (INDIS Malta)
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom encroachment agreement ma' Malta Industrial Parks li saret INDIS Malta u li kienu qegħdin iħallsu pagamenti kull xahar però wara ċert żmien dan l-encroachment agreement temmewh mingħajr qatt ma intużaw il-binjiet li għalihom kienet qed titħallas il-kera? Minn 2018 'il quddiem u jekk ittiħditx azzjoni fejn sar infiq bla bżonn u ħela?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ –direct orders
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders li ħareġ il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u kull entità li taqa' taħtu xahar b'xahar mill-1 ta’ Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jara li l-informazzjoni tinkludi l-valur tad-direct order, min ipprovda s-servizz jew oġġetti (kumpanija/individwi) u x'kien is-servizz jew oġġett provdut?
Minisetru għall-Affarijiet Barranin – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entità li taqa’ taħt il-Ministeru, Trade Malta Ltd, m’hemmx CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – segretarjat privat – kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu Visas mill-Ambaxxata fl-Indja għal Malta matul dawn l-aħħar 12-il xahar, xahar b'xahar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar 12-il xahar, jiġifieri mid-29 ta’ Settembru 2021 sad-29 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni Għolja Maltija fi New Delhi, l-Indja, ħarġet total ta’ 13,140 viża. Hawn taħt għandek issib tabella bin-numru ta’ viżi li ħarġu xahar b’xahar matul il-perjodu msemmi hawn fuq:
Xahar
Numru ta’ viżi maħruġa
Settembru 2021
164
Ottubru 2021
496
Novembru 2021
1,029
Diċembru 2021
683
Jannar 2022
736
Frar 2022
1,015
Marzu 2022
887
April 2022
614
Mejju 2022
637
Ġunju 2022
2,023
Lulju 2022
2,940
Awwissu 2022
1,759
Settembru 2022
157
TOTAL
13,140
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-biografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.
Attachments:PQ 1725 - Papers Laid - Perm Sec (MFET).pdf
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, IAN)
L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li hemm differenza bejn remote working u teleworking. Minkejja dan, ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju 2022, kien hemm 101 ħaddiem fuq telework u 14 fuq remote working fil-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Regolamenti dwar il-Ħinijiet tad-Daqq tal-Mużika fi Ħwienet Kummerċjali
Question
B'referenza għall-Avviż Legali 161 tal-2022, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma u jippubblika l-pariri jew rakkomandazzjonijiet li rċieva u abbażi ta' liema, biddel ir-regolamenti dwar il-ħinijiet tad-daqq tal-mużika fi ħwienet kummerċjali? Jista' jgħid ma' min saret konsultazzjoni dwar din il-bidla fir-regolamenti?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2017 sal-lum ma sar l-ebda ħlas mill-Ministeru lill-programm Espresso.