Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ambaxxari u konsulati — spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spejjeż, b'mod globali, mill-ambaxxati u konsolati Maltin f'dawk li huma kirjiet ta' premises, pagi, u spejjeż oħra relatati, mill-2017 sal 2019?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż li saru mill-Ambaxxati/Konsulati matul 2017, 2018 u 2019 huma kif ġejjin: 2017 2018 2019 € 20,165,815.65 € 22,265,781.59 € 22,754,520.79

Kummissjoni Ewropea – żjarat uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba l-Kummissjoni Ewropea għamlet żjarat uffiċjali f'Malta biex jissorveljaw l-operat tal-Gvern u kif jintefqu l-fondi fuq proġetti lokali bi flus mill-UE, jekk iva, liema Ministeri, bejn l-2013-2019?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Ewropea għamlet 72 żjara uffiċjali f’Malta bejn l-2013 u l-2019. 27 minnhom kienu fil-Ministeri kollha li kienu qed jibbenefikaw mill-fondi tal-UE, 41 kienu fil-Ministeru responsabbli għall-Affarijiet Ewropej, 2 fil-Ministeru responsabbli mill-Ambjent u 2 oħra fil-Ministeru responsabbli mit-Trasport .

Visas lil ċittadini Libjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu visas lil ċittadini Libjani biex ikunu jistgħu jivvjaġġaw lejn Malta mill-2013 sal-2019?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li 35,772 viżi inħarġu lil ċittadini Libjani bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2019.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejin diskussjonijiet u negozjati dwar ir-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit wara li jintemm il-perjodu tranżitorju. Kwalunkwe analiżi tal-impatt li saret fir-rigward tal-ewwel proċess illum m’għadiex relevanti. F’dak li għandu x’jaqsam mat-tieni proċess, in-negozjati għadhom għaddejin u l-impatt jista jiġi biss determinat aktar tard.

Status of Forces Agreement mal-Istati Uniti tal-Amerika

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jaċċetta li jifforma SOFA (Status of Forces Agreement) mal-Istati Uniti tal-Amerika fi tpartita ma' ftehim internazzjonali bl-għajnuna tal-istess Gvern Amerikan biex Malta ma tiġix imqiegħda fuq il-grey list tal-Moneyval din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

ninforma lill Onorevoli Interpellant li ma hemmx l-ebda konnessjoni bejn SOFA (Status of Forces Agreement) u l- Moneyval.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — first aiders kwalifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm First Aiders kwalifikati fil-Ministeru u fid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-First Aiders kwalifikati fi ħdan dan il-Ministeru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu huma 13. L-informazzjoni maqsuma skont id-Dipartiment/entità tinsab fit-tabella t'hawn taħt. Department/Entity No of First Aiders EU Affairs 2 (1 at EUPA and 1 at DCS) Ministry Private Secretariat 1 Missions Abroad: Embassy of Malta - Berlin 1 Malta High Commission - Canberra 2 Malta High Commission - London 2 Permanent Mission of Malta to the UN, New York 1 Embassy of Malta - Paris 1 Permanent Representation of the Republic of Malta To The CoE - Strasbourg 1 Embassy of Malta Tripoli 1 Representative Office Malta - Ramallah 1 Permanent Representation to the EU 1

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Segretarju Permanenti — CV

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15063, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jippubblika l-curriculum vitae tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tiegħu, peress li jien ma staqsejtux jgħid jekk il-ħatra saritx skont kif titlob il-Kostituzzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lilll-Onor. Interpellant li minnħabba protezzjoni tad-data m’hijiex il-prassi li jkunu provduti CVs ta’ Ufficcjali Pubblici f’din il-kamra. Nota biografika dwar is-Segretarju Permanenti tinsab fuq is-sit elettroniku tas-servizz pubbliku, li qed inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.

Abbużi fil-ħruġ ta' visas minn konsolati jew ambaxxati Maltin

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-aħħar ġimgħat waslulu rapporti ta’ allegazzjonijiet ta’ abbużi fil-ħruġ ta’ visas minn konsolati jew ambaxxati Maltin u jekk iva, x’passi ttieħdu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il- Ministeru ma rciviex rapport b’allegazzjonijiet ta’abbuzi fil-ħruġ ta’visas minn konsolati jew ambaxxati Maltin. Għaldaqstant qiegħed nitlob kjarifika il-każ(ijiet) li rrefera l.Onor.Interpellant.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Segretarju Permanenti — CV

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-curriculum vitae tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tiegħu li l-ħatra tiegħu tħabbret illum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li il-ħatra tas-Sur Christopher Cutajar saret skont kif titlob il-Kostituzzjoni,inkluż bir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Visa lil studenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11465 u jgħid kemm-il student barrani nħarġitlu visa biex jistudja f’istituzzjoni edukattiva f’Malta? Jista’ l-Ministru jagħti rendikont sena b’sena għall-aħħar 10 snin u istituzzjoni edukattiva b’istituzzjoni? Mil-liema pajjiż ġew dawn l-istudenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma ta l-ebda ammont ta' flus għall-programm Għotja Waħda.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej - flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma ta l-ebda ammont ta' flus għall-programm Għotja Waħda.

Council on the Move — servizzi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14528, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet u hija r-raġuni għala għal din is-sena ma sarux talbiet għall-iktar fondi biex insostnu l-programm tal-Consul on the Move billi din kienet suċċess?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal din is-sena ma sarux talbiet addizzjonali għal fondi biex isostnu l-Programm Consul-on-the-Move għar-raġuni li ma kienx hemm żieda fil-pajjiżi li fihom jiġu organizzat it-tali programm. Tajjeb wieħed jgħid li f’ċirkustanzi ta’ dan it-tip il-Ministeru jieħu f’konsiderazzjoni t-talbiet tas-sena ta’ qabel u jagħmel previżjonijiet għas-sena ta’ wara bil-għan li jkollu stima approssimattiva ta’ talbiet potenzjali. Fil-każ ta’ din is-sena, filwaqt li l-previżjoni kienet xi ftit jew wisq l-istess bħal tas-sena l-oħra, tajjeb ninforma li minħabba l-pandemija COVID-19 kull żjara li kienet pjanata tħassret għal data oħra li titħabbar aktar ‘il quddiem meta s-sitwazzjoni tkun aħjar

Persuni li ġew mill-Awstralja – ħlas ta’ arretrati li ma kenux iddikjarati

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13826, jista’ l-Ministru jara għala u x’kienu d-diffikultajiet amministrattivi li wasslu diversi ċittadini li kienu jgħixu l-Awstralja sabiex iħallsu daqshekk arretrati lura f’taxxa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat

Ministru għall-Affarijiet Barranin — spiża fuq mobile phones

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’kienet l-ispiża li saret fil-Ministeru tul is-sena 2019 f’mobile phones? Jista' jiġi indikat l-ispiża li saret fis-segreterija privata tal-ministru tul dik is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ma kien hemm l-ebda spiża ta’ mobile phones fl-2019 minn dan il-Ministeru.

Taħdidiet dwar il-Libja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-irwol tiegħu u/jew tal-Gvern Malti fit-taħdidiet sigrieti li seħħew f’Malta dan l-aħħar jiem dwar il-Libja bejn delegati ta’ diversi pajjiżi fosthom ir-Russja, Libja, Turkija u Qatar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma naf bl-ebda taħdidiet sigrieti li irrefera ghalihom l-Onor Interpellant. It-taħdidiet sigrieti kienu ‘fake news’.

Servizz Diplomatiku – struzzjonijiet amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar Struzzjonijiet Amministrattivi tas-Servizz Diplomatiku?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dokument li qiegħed jistaqsi għalih huwa għal użu intern, u allura dan ma jistax jiġi ippublikat. Jekk l- Onorevoli Interpellant jrid nista' ngħaddih b’mod kunfidenzjali.

Malta Africa Strategy for Partnership 2020-2025 — inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu in segwitu għall-inizjattiva li saret f’Jannar 2020 “Malta Africa Strategy for Partnership 2020-2025”?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-Istrateġija tal-Afrika tnediet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ (MFTP) f'Jannar 2020. Sussegwentement, il-portafoll tal-Promozzjoni tal-Kummerċ ġie assorbit fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar. Dan wassal biex delegazzjoni kummerċjali żaret il-Ghana b'suċċess f'Marzu 2020. Sa mit-tnehdija tal-Istrateġija ta’ Malta għal Sħubija mal-Afrika, 5 xhur ilu, l-Miniteru kellu jadatta għal bidliet li ġabet magħha il-pandemija tal-COVID-19 li kellhom impatt fuq l-implimentazzjoni ta’ bosta settur tal-politika barranija, inkluż din l-Istrateġija. Minkejja dan kollu, kien hemm ammont ta’ xoghol preparatorju li beda jseħħ, li jinkludi: a) Konsolidazzjoni tal-attività ta’ Malta fil-Ghana u l-Etjopja f'konformità mal-Istrateġija ta’ Malta għal Sħubija mal-Afrika permezz ta’ sforzi kontinwi biex insaħħu l-opert tal-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fil-Ghana filwaqt li nespandu l-firxa tagħna f'Addis Ababa, kemm bilateralment kif ukoll mal-kwartieri tal-Unjoni Afrikana. b) Kontatti mal-Djibouti bħala punt ta' dħul għall-kumpaniji Maltin fi stati varji fl-Afrika. c) Kuntatti uffiċjali fin-Namibja u fir-Rwanda - pajjiżi tal-Commonwealth - li t-tnejn għandhom il-potenzjal li jaġixxu bħala punti ta' dħul fir-reġjuni rispettivi tagħhom. d) Id-diplomazija COVID-19 li biha Malta waslet għand il-pajjiżi ewlenin fl-Afrika biex taqsam l-esperjenza tagħna dwar il-pandemija. e) Ġie mfakkar Jum l-Afrika fis-26 ta' Mejju 2020 permezz ta’ laqgħa virtwali ma’ studenti Afrikani li jistudjaw f'Malta. f) Aktar enfasi fuq l-Afrika fix-xogħol tal-programm tal-assistenza għall-iżvilupp, fl-approċċ konġunt bejn is-settur publiku u dak privat, lejn il-kontinent Afrikan. Għalhekk hija l-intenzjoni tal-Minsiteru li jkompli jibni fuq dawn l-impenju initzzjali sabiex l-Istrateġija għal Sħubija mal-Afrika tkun tista tagħti l-frott tagħha f’diversi forom, fosthom opportunitajiet kummerċjali fis-swieq tal-Afrika. Il-Ministeru jinsab ukoll impenjat li jikkontribwixxu għall-formulazzjoni ta’ Strateġija Ewropea għall-Afrika u biex niżguraw li l-għajxien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol jitjiebu u jsarrfu f’inqas pressjonijiet ta’ migrazzjoni lejn l-Ewropa. Bl-amalgamazzjoni tal-Affarijiet Ewropej mal-Affarijiet Barranin, il-Ministeru qiegħed ukoll jesploraw il-possibiltajiet ta’ opportunitajiet għal proġetti trilaterali bejn Malta, l-UE u pajjiżi fl-Afrika.

Unjoni Afrikana — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret minn pajjiżna tul dawn l-aħħar sentejn mal-Unjoni Afrikana?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lil-Onor. Interpellant li matul l-aħħar sentejn, il-Ministeru saħħaħ il-kollaborazzjoni tiegħu mal-Unjoni Afrikana. Fis- 6 ta’ Settembru 2019, l-E.T. Ronald Micallef, ippreżenta l-Kredenzjali tiegħu f’Addis Ababa bħala l-ewwel Ambaxxatur akkrediat minn Malta għall-Unjoni Afrikana. Dan sar bil-għan li jkomplu jiġu imsaħħa r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Afrikana u jiġu esplorati toroq ġodda possibbli ta' kooperazzjoni. Waqt il-laqgħa mal-President tal-Unjoni Afrikana, l-E.T. Moussa Faki, l-Ambaxxatur Micallef spjega kif Malta qiegħda żżid l-impenn tagħha mal-Afrika u li dalwaqt se tkun qiegħda tniedi l-istrateġija dwar l-Afrika. Hu żied li Malta tixtieq ukoll tiddiskuti u taħdem mal-Unjoni Afrikana b’mod attiv dwar affarijiet marittimi u għal dan il-għan, ġew mistiedna jzuru Malta rappreżentanti għolja mit-taqsima tal-politika marittima tal-Unjoni Afrikana. F'Jannar 2020, il-Ministeru nieda l-iStrateġija għall-Afrika. Din l-iStrateġija tagħraf b'mod espliċitu l-importanza li jiġu stabbiliti konnessjonijiet aktar mill-qrib għal Malta mal-Unjoni Afrikana permezz ta’ parteċipazzjoni mtejba u impenn għall-affarijiet tal-Unjoni Afrikana. L-Unjoni Afrikana hija impenjata għall-isforzi għaż-żamma tal-paċi u għall-medjazzjoni f’firxa ta’ pajjiżi fosthom il-Libja, is-Somalja u s-Sudan u b'hekk hemm diskussjonijiet importanti fl-istrutturi ta’ l-Unjoni Afrikana li huma ta’ importanza vitali għal Malta. Fis-26 ta’ Mejju 2020, Malta ċċelebrat Jum l-Afrika, li jfakkar it-twaqqif tal-Unjoni Afrikana, permezz ta’ diskussjoni virtwali ma’ studenti Afrikani li jistudjaw fl-Università f'Malta fejn sar skambju ta' ideat dwar it-tisħiħ tar-relazzjonijiet, l-opportunitajiet eżistenti u l-potenzjal ta’ opportunitajiet ġodda fis-settur tal-edukazzjoni u l-kummerċ, l-ugwaljanza u l-multi-kulturaliżmu. Bħala parti mill-attivitajiet b’rabta ma’ Jum l-Afrika, is- Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej l-Onor. Stefan Zrinzo Azzopardi, flimkien mal- l-E.T. Ronald Micallef żaru postijiet relatati ma’ proġetti u investimenti sostanzjali fl-Afrika biex juru kif il-Gvern qed jaħdem id f’id mas-settur privat biex jiffaċilita investiment li jrendi u li jkun ta’ benefiċċju reċiproku għall-pajjiżna u għall-pajjiżi tal-Afrika. Minbarra l-impenn bilaterali, il-Ministeru kompla wkoll jaħdem mal-Unjoni Afrikana tramite l-Unjoni Ewropea. Fil-21-22 ta’ Jannar 2019, l-Onor. Carmelo Abela, (dak iż-żmien, Ministru għall-Afarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ), attenda laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin li seħħet f’Berlin bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana. Malta tħares il-quddiem lejn il-Laqgħa li jmiss tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin f'Kigali kif ukoll għas-Summit fi Brussell f'Ottubru 2020 għax huwa mportanti li l-Unjoni Ewreopa tibqa' involuta mal-Afrika. Malta tilqa' u tappoġġja l-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Lejn Strateġija Komprensiva mal-Afrika tad-9 ta’ Marzu 2020, li hija mibnija fuq il-prijoritajiet komuni stabbiliti mill-UE u l-UA fis-Summit li sar fl-2017 f’Abidjan, ghax l-għan tagħha jibqa li ġġib iż-żewġ kontinenti fi sħubija aktar mill-qrib f'diversi setturi. Malta tilqa’ wkoll is-sejħa għall-impenn mis-soċjetà ċivili tal-Istrateġija finali, billi nfittxu li naħdmu mas-sieħba tagħna fil-kontinent Afrikan fuq kwistjonijiet li jvarjaw mill-edukazzjoni, il-kummerċ u s-saħħa.