Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu kawżi quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni Kummerċjali) minn meta twaqqfet din is-sezzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kawżi quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni Kummerċjali) mill-2024 sad-19 ta’ Settembru 2025, daħlu 122 fl-2024 u 82 fl-2025
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kirjiet kummerċjali ‘protetti’ li ser jintlaqtu minn dak dispost fl-artikolu 1531I tal-Kodiċi Ċivili u ċjoè li jintemmu fl-1 ta’ Ġunju, 2028? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-kirjiet is-sid tagħhom huwa l-Gvern ta’ Malta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma tinżammx din l-istatistika.
Aġenzija tal-Għajnuna Legali — Servizzi għal persuni bi dħul baxx
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28854 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid jekk jikkunsidrax li l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali tibda wkoll toffri servizzi ta’ nutar bla ħlas għal persuni bi dħul baxx?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-professjoni ta’ Nutar f’Malta hija minnha innifisha dik ta’ uffiċċjal pubbliku, għalkemm ġeneralment tali professjonist jopera fil-kapaċita tiegħu privata. Nonostante dan kollu, l-Gvern jista’ u għandu ingaġġati miegħu professjonisti Notarili li jipprovdu servizzi lill-pubbliku in ġenerali, iżda tali professjonisti jistgħu jagħmlu dan limitatament sabiex jwettqu tali xogħol fl-interess pubbliku jew dak l-iskemi amministrati mill-Istat. Dan ifisser illi Nutar ingaġġat mal-Istat iħares l-interessss tal-Istat; sabiex professjonist Notarili joffri l-aħjar servizz bl-aktar mod liberu, indipendenti u inparzjali għaldaqstant jeħtieġ illi ma jkunx ingaġġat direttament mill-Istat.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2025?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29600, 29751 u 29857 u jgħid kemm kien hemm kumpilazzjonijiet pendenti fil-Qrati ta’ pajjiżna sal-aħħar ta’ Ġunju 2025 u kemm minnhom ġew deċiżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’ referenza għal mistoqsija parlamentari numru 30216, sal-aħħar tas-sena 2024 kien hemm l-ammont ta’ 2,711 il-kumpilazzjoni pendenti fil-Qrati ta’ Malta u l-ammont ta’ 103 kumpilazzjoni fil-Qrati ta’ Għawdex, mentri sal-aħħar ta’ Ġunju, 2025 kien hemm it-total ta’ 2,392 kumpilazzjoni pendenti fil-Qrati ta’ Malta u l-ammont ta’ 147 kumpilazzjoni fil-Qrati ta’ Għawdex. Bejn l-1 ta’ Jannar, 2025 u l-aħħar ta’ Ġunju, 2025 ġew deċiżi 206 kumpilazzjoni fil-Qrati ta’ Malta u 47 kumpilazzjoni fil-Qrati ta’ Għawdex. Dan l-ammont barra li jinkludi kumpilazzjonjiet deċiżi minn dawk preżentati bejn Jannar u Ġunju, 2025, jinkludi ukoll ammont minn dawk li ġew preżentati qabel is-sena 2025.
Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant illi t-tnaqqis fin-numru ta’ kumpilazzjonijiet pendenti huwa riżultat tal-investiment kontinwu li qed jitwettaq fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Fl-istess waqt, fil-ġimgħat li ġejjin, il-Gvern ser ikun qed iressaq quddiem il-Parlament riforma importanti oħra fil-proċeduri Kriminali, dik tal-Kumpilazzjonijiet, li għandha l-għan tkompli itbni fuq riformi oħra, inkluż tal-inkjesti maġisterjali, li saru fil-kamp kriminali u li ntroduċew termini proċedurali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29609, 29748 u 29855 u jgħid kemm kien hemm kumpilazzjonijiet pendenti fil-Qrati ta’ pajjiżna sal-aħħar tas-sena 2024 u kemm minnhom ġew deċiżi
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 30217.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Sindki u Kunsilliera
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29976 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjegati fid-dekasteru li jien responsabbli minnu u li ġew eletti f’ Kunsill Lokali, kienu eletti fil-lokalitajiet ta’ Bormla, Nadur (Għawdex), Mtarfa, Żurrieq, Birkirkara, San Ġiljan, Fgura u Tarxien.
Community Service Orders, Probation u sentenzi sospiżi — Sentenzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29601 u 29752 u jgħid kemm kien hemm sentenzi fejn il-piena inflitta kienet dik ta’ Community Service Orders, Probation u sentenzi sospiżi sal-aħħar ta’ Ġunju 2025?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 29856.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Chief Executive Officers
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23774, jista’ l-Ministru jgħid:
(a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(ċ) X’kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f’liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f’liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta’ ħatra u l-kuntratt ta’ dawn iċ-Chief Executive Officers?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 23774, il-perjodu li għalih ikun maħtur Kap Eżekuttiv huwa stabbilit fil-kuntratt li jistipula l-kundizzjonijiet tal-impieg.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2025?
Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13629, 18994, 21842, 25604, 28030, 28768 u 29168 u jgħid għala l-Gvern għadu m’għamilx traspożizzjoni tal-Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (li tipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni)? Jista’ jgħid jekk huwiex konxju li l-Avukat tal-Istat qiegħed f’diversi kawżi jgħid li la l-Gvern Malti għadu m’għamilx tali Protokoll bħala parti mil-Liġi Maltija, ħadd ma jista’ jinvokaha u allura qiegħed iċaħħad liċ-ċittadini minn tali protezzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Protokoll Nru. 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ġie ffirmat u rratifikat minn Malta fit-8 ta’ Diċembru 2015. Madankollu, kif jipprovdi b’mod ċar l-Att dwar ir-Ratifika tat-Trattati (Kap. 304 tal-Liġijiet ta’ Malta), ebda dispożizzjoni ta’ trattat ma tista’ ssir, jew tiġi infurzata bħala, parti mil-liġi ta’ Malta ħlief permezz ta’ Att jew taħt Att tal-Parlament.
F’dan il-kuntest, wieħed jinnota li l-projbizzjoni kontra d-diskriminazzjoni hija diġà protetta b’mod robust u komprensiv fil-liġi nazzjonali, permezz ta’ diversi strumenti legali, inkluż, inter alia, il-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Kapitolu 319 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġi kkonfermat li l-Avukat tal-Istat għandu mhux biss id-dritt, iżda wkoll l-obbligu li jinvoka kull difiża opportuna b’konformità mal-prinċipji fundamentali tas-Saltna tad-Dritt.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar tas-sena 2025 ser jiġu trasposti s-segwenti Direttivi:
• Direttiva (UE) 2023/2123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 t’Ottubru 2023 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali; u
• Direttiva (UE) 2023/2668 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Direttiva 2009/148/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29609 u 29748 u jgħid kemm kien hemm kumpilazzjonijiet pendenti fil-Qrati ta’ pajjiżna sal-aħħar tas-sena 2024 u kemm minnhom ġew deċiżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Community Service Orders, Probation, u sentenzi sospiżi — Sentenzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29610 u 29749 u jgħid kemm kien hemm sentenzi fejn il-piena inflitta kienet dik ta’ Community Service Orders, Probation, u sentenzi sospiżi matul is-sena 2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Filwaqt illi nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 23381 fir-rigward ta’ Community Service Orders u Probation kif ukoll għall-mistoqsija parlamentari 23382 fir-rigward ta’ sentenzi sospiżi, ninfurmah bis-segwenti:-
Bejn l-1 ta’ Diċembru u t-31 ta’ Diċembru, 2024:-
Community Service
Probation
Sentenzi Sospiżi
Qrati ta’ Malta
1
10
9
Qrati ta’ Għawdex
0
2
0
Bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u t-30 ta’ Ġunju, 2025:-
Community Service
Probation
Sentenzi Sospiżi
Qrati ta’ Malta
17
138
242
Qrati ta’ Għawdex
0
7
10
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29600 u 29751 u jgħid kemm kien hemm kumpilazzjonijiet pendenti fil-Qrati ta’ pajjiżna sal-aħħar ta’ Ġunju 2025 u kemm minnhom ġew deċiżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li l-Gvern idaħħal il-Building Codes?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont kif imħabbar fit-28 ta’ Frar 2025, hu ppjanat li l-Gvern idaħħal il-Building Codes b’mod gradwali fi żmien tliet snin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29023 u jgħid kemm, u x’valur ta’ assi, inġabru mill-Asset Recovery Bureau minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29024 u jgħid l-ammont ta’ assi, bħala assi, li nbiegħu mill-Asset Recovery Bureau minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm minuri li nħarġilhom correctional order mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’ sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2020 sal-24 ta’ Lulju, 2025, kien hemm tliet minuri li nħarġilhom correctional order fl-2025.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jien infurmat li hemm tmien impjegati fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.