Jista’ l-Ministru jgħid jekk kumpaniji tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival ikunux jistgħu jibbenefikaw minn xi sussidji biex ikopru parti mill-ispejjeż tagħhom fil-konfront tal-kirja ta’ maħżen fejn jintramaw il-karrijiet u spejjeż oħra relatati mal-Karnival?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival qegħdin jużaw imħażen tal-Gvern biex jaħdmu x-xogħol tagħhom relatat mal-Karnival? F’każ li hemm minn dawn il-każijiet, jista’ jindika l-kundizzjonijiet li taħthom qegħdin jintużaw dawn l-imħażen?
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li joperaw sistemi ta’ CCTV fil-lokalità tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li hawn 51 Kunsill Lokali li joperaw sistemi ta’ CCTV fil-lokalità tagħhom.
Dawn huma skont t-tabella t’hawn taħt:
Sat-2 ta’ Mejju 2019
Il-Belt VallettaMarsaskala
L-ImdinaMarsaxlokk
Il-BirguIl-Mellieħa
L-IslaL-Imġarr
BormlaIl-Mosta
Ħal QormiIn-Nadur
Ħaż-ŻabbarPaola
Is-SiġġiewiPembroke
Iż-ŻejtunTal-Pietà
Ir-Rabat (G)Il-Qala
Ħ’AttardIl-Qrendi
Ħal BalzanSan Ġiljan
BirkirkaraSan Lawrenz
Ħad-DingliSan Pawl il-Baħar
FlorianaTa’ Sannat
Il-FontanaSanta Luċija
GħajnsielemTas-Sliema
L-GħarbIs-Swieqi
Ħal GħargħurTa’ Xbiex
L-GħasriĦal Tarxien
Ħal GħaxaqIx-Xagħra
Il-ĦamrunIx-Xewkija
Ta’ KerċemIx-Xgħajra
Ħal KirkopIż-Żurrieq
Ħal LuqaL-Imtarfa
Il-Marsa
Tneħħija ta’ sentenzi mogħtija mill-Qorti mis-sit online
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il talba saret minn persuni sabiex jitneħħew sentenzi mogħtija mill-Qrati ta' pajjiżna mis-sit fl-indirizz http://www.justiceservices.gov.mt u/jew mis-sit fl-indirizz http://www.ecourts.gov.mt? Jista' jagħti d-data ta' meta saret kull waħda minn dawn it-talbiet, jindika għal kull waħda mit-talbiet jekk ġietx aċċettata jew miċħuda, jindika d-data ta' meta t-talba ġiet aċċettata jew miċħuda u jagħti l-okkju u d-data tas-sentenza li dwarha saret it-talba?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mis-sena 2013 sal-lum kien hemm 176 (mija u sitta u sebgħin) talba biex sentenzi ma jibqgħux jidhru online u mhux biex jitneħħew minn fuq is-sistema tal-Qorti. Meta jkun hemm talba biex sentenza ma tibqax tidher online, dan ma jfissirx li kawża titneħħa mis-sistema tal-Qorti. Infatti, il-professjoni legali xorta jibqa jkollha aċċess għas-sentenzi minn fuq il-Lecam.
Saret talba waħda fit-2014. Kien hemm 21 (wieħed u għoxrin) talba fit-2017, 121 (mija u wieħed u għoxrin) talba fit-2018 u 33 (tlieta u tletin) talba fit-2019.
Mill-176 (mija u sitta u sebgħin) talba li saret:
· 112 (mija u tnax) sentenza ġew anonimizzati jew qegħdin fi stadju li jiġu anonimizzati, jiġifieri jitneħħew id-dettalji personali tal-individwi,
· kien hemm 41 (wieħed u erbgħin) talba fejn ġew miċħuda,
· talba waħda kienet invalida u
· 22 (tnejn u għoxrin) talbiet oħra li għadhom qed jiġu kkunsidrati.
Fir-rigward l-okkju tas-sentenzi li dwarhom saret talba biex jitneħħew minn fuq online, issir referenza għar-risposta mogħtija fis-seduta tal-14 ta’ Novembru 2018, għall-mistoqsija parlamentari 4802.
Qorti – persuni msijuba ħatja fuq traffikar ta’ droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew misjuba ħatja mill-Qorti fuq reati ta’ traffikar tad-droga u jgħid ukoll kemm minnhom ukoll (fl-istess proċess) instabu ħatja fuq reat ta’ ħasil ta’ flus?
Response (BONNICI, OWEN)
B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Membru, quddiem il-Qorti ta’ Malta ġew deċiżi s-segwenti kawżi ta’ traffikar ta’ droga (mis-sena 2016 sallum) skond kif indikat fit-tabella A ta’ hawn taħt. Intant, fil-Qorti ta’ Malta ma tinżammx statistika dwar jekk persuna tkunx ġiet misjuba ħatja jew liberata, u jew kienx hemm ħtija ta’ reat ta ħasil ta’ flus.
Tabella A
Sena
Superjuri
Qorti tal-Magistrati
2016
7
6
2017
19
5
2018
17
2
2019 (sallum)
6
1
Fir-rigward tal-Qorti ta’ Għawdex il-persuni li ġew misjuba ħatja mill-Qorti fuq reat ta’ traffikar tad-droga u kemm minnhom ukoll (fl-istess proċess) instabu ħatja fuq reat ta’ ħasil ta’ flus mis-sena 2016 sallum huwa kif muri fit-tabella B ta’ hawn taħt:
Tabella B
Sena
Ħatja dwar Traffikar ta’ Droga
Ħatja dwar Hasil ta’ Flus
2016
7
Nil
2017
5 (waħda minnhom fi stadju ta’ appell)
Nil
2018
2 (waħda minnhom fi stadju ta’ appell)
Nil
2019 (sal-lum)
2
Nil
Reġistru tal-Qorti Ċivili – rikors minn persuni li jeżerċitaw is-setgħat tal-ġenituri fuq minuri
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rikors ġie ppreżentat minn persuni li jeżerċitaw is-setgħat tal-ġenituri fuq minuri jew tutur ta' minuri fir-Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja) sabiex jitolbu l-Qorti tbiddel il-ġeneru reġistrat u l-ewwel isem ta' minorenni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn ir-rikors ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
In-numru ta’ rikorsi li ġew ippreżentati minn persuni li jeżerċitaw is-setgħat tal-ġenituri fuq minuri jew tutur ta' minuri fir-Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja) f’Malta sabiex jitolbu l-Qorti tbiddel il-ġeneru reġistrat u l-ewwel isem ta' minorenni huwa kif muri f’din it-tabella t’hawn taħt. L-istess tabella tindika kemm minn dawn ir-rikors ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti:
Sena
Rikorsi Preżentat
i
Rikorsi Milqugħa
Rikorsi Miċħuda
Rikorsi Pendenti
Rikorsi Dezerti
2015
-
-
-
-
-
2016
1
1
-
-
-
2017
2
-
-
-
2
2018
-
-
-
-
-
2019 (sa 03/05/2019)
3
2
-
1
-
Fil-Qorti t’Għawdex ġiet ippreżenta talba waħda fis-sena elfejn u sbatax (2017) liema talba ġiet milqugħa.
Kunsill Lokali Ħamrun – xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid:
a) fejn sar ix-xogħol;
b) fiex kienet tikkonsisti;
c) tlestiex ix-xogħol;
d) meta sar ix-xogħol;
e) kemm sewa x-xogħol;
f) min wettaq ix-xogħol; u
g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba kif komunikata lili.
fejn sar ix-xogħol
Tisbiħ ta' Pjazza Kappilan Muscat
fiex kienet tikkonsisti
Tibdil ta’ pavimentar, installar ta’ dwal ġodda, installar ta’ bankijiet u bins ġodda, installar ta’ funtana ġdida
tlestiex ix-xogħol
Iva
meta sar ix-xogħol
April – Diċembru 2018
kemm sewa x-xogħol
€ 34,890 (approx.)
min wettaq ix-xogħol
Christian Abela
il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol
Tender – EPPS
fejn sar ix-xogħol
Il-Kappella tad-Duluri / Triq Joe Abela Scolaro
fiex kienet tikkonsisti
Manutenzjoni ta’ bankini tat-triq u tisbiħ quddiem il-kappella
tlestiex ix-xogħol
Iva
meta sar ix-xogħol
Jannar – Diċembru 2018
kemm sewa x-xogħol
€106,427
min wettaq ix-xogħol
J&K Contractors Ltd
il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol
Tender – EPPS
fejn sar ix-xogħol
Tisbiħ ta’ roundabout Triq il-Ferrovija
fiex kienet tikkonsisti
Installar ta’ dawl ġdid
tlestiex ix-xogħol
Iva
meta sar ix-xogħol
Apr-18
kemm sewa x-xogħol
€6,172.00
min wettaq ix-xogħol
Christian Abela
il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol
Quotation
Awtorità tal-Mediċini – liċenzji għal kumpaniji għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8162, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ dawk il-kumpaniji li s’issa nħarġitilhom liċenzja mill-Awtorità tal-Mediċini għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali u f’kull każ jgħid fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Awtorità dwar il-Mediċini fasslet linji gwida għall-kumpaniji b’intenzjoni li joperaw f’Malta fil-qasam tal-kannabis għall-skopijiet mediċinali u ta’ riċerka. L-Awtorità ltaqgħet ma’ rappreżentanti ta’ din l-industrija minn diversi pajjiżi u saru konsultazjonijiet ma’ dawk kollha li rċevew Letter of Intent mill-Malta Enterprise.
Ir-rekwiżiti xjentifiċi u tekniċi ġew diskussi fid-dettall, hekk kif meħtieġa għas-sottomisjoni tal-applikazjoni li tinsab aċċesibbli onlajn.
Il-pass li jmiss huwa li dawn il-kumpaniji japplikaw mal-Awtorità, b’applikazzjoni kompleta kif jitolbu r-rekwiżiti, biex ikunu jistgħu isiru l-ispezzjonijiet u jinħarġu l-licenzji, kif applikabbli.
Proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom ser jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8163, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux lest li jikkommetti li l-assi kollha konfiskati mill-Istat b’rabta ma’ reati konnessi mat-traffikar tad-droga jgħaddihom lill-NGOs li jaħdmu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-prinċipju u fil-prattika, l-assi kkonfiskati, nkluż dawk relatati mat-traffikkar tad-droga, minn Awwissu 2018 u fdati lil Uffiċċju għal Rkupru ta’ l-Assi, jiġu ppreservati u msarrfa, permezz ta’ bejgħ b’subasti pubbliċi, bil-valur miġbur jiġi trasferit fil-fond konsolidat favur il-Gvern ta’ Malta.
Asset Management Unit / Asset Recovery Bureau – konfiski
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konfiski kollha li nħaddmu mill-Asset Management Unit tal-Qorti u/jew mill-Asset Recovery Bureau minn Novembru 2018 ‘il hawn u jagħti l-informazzjoni xahar b’xahar?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħargu freezing orders mill-2012 ‘il hawn, u jgħid kemm minn dawn għadhom fis-seħħ sal-lum, u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella li turi n-numru ta’ Freezing Orders li nħarġu mill-2012 'il hawn u kemm minnhom għadhom fis-seħħ sas-26 t’April 2019.
Qorti ta’ Malta
Sena
Freezing orders
Għadhom fis-seħħ
2012
67
48
2013
62
55
2014
90
87
2015
89
88
2016
62
56
2017
39
38
2018 (s’Awwissu, 2018)
*
70
70
Qorti t’Għawdex
Sena
Freezing orders
Għadhom fis-seħħ
2012
0
0
2013
4
4
2014
0
0
2015
2
2
2016
2
2
2017
0
0
2018 (s’Awwissu, 2018)
*
0
0
*Minn Awissu 2018 il-freezing orders bdew isiru mill-Asset Recovery Bureau hekk kif tkopri it-tabella t’hawn taħt.
Uffiċċju għall-Rkupru tal-Assi
Sena
Freezing orders
Għadhom fis-seħħ
Minn Awwissu 2018
19
19
2019
26
26
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm freezing orders mill-2012 ‘il hawn li llum m’għadomx fis-seħħ u jgħid kemm minn dawn kienu kkanċellati, kemm minnhom irriżultaw f’konfiski (u jindika l-ammont globali tal-konfiski), u kemm minnhom irriżultaw f’konfiski iżda ma’ rriżultaw li kien hemm assi x’jiġu kkonfiskati? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni mitluba sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif mitlub sas-26 t’April 2019.
Qorti ta’ Malta
Sena
Freezing Orders
li m’għadhomx fis-seħħ/kanċellati
Konfiski
Ma kienx hemm x’jiġi konfiskat
2012
19
Nil
17 ġew liberati u tnejn mejta
2013
7
Nil
Liberati
2014
3
€12,565 konfiskati
2 liberati
2015
1
Nil
Liberat
2016
6
Nil
Liberati
2017
1
Nil
Liberati
2018
0
Nil
Nil
Qorti ta’ Għawdex
Sena
Freezing Orders
li m’għadhomx fis-seħħ/kanċellati
Konfiski
2012-2018
0
0
Uffiċċju għall-Rkupru ta’ l-Assi
L-Uffiċċju għall-Rkupru tal-Assi ma rċieva l-ebda cancellation order minn Awissu 2018 sas-26 t’April 2019.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9781 u ċjoe: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 9908.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9782 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Renju tal-Belġju lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 9908.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9783 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Repubblika tal-Panama lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 9908.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9784 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mill-Emirati Għarab Magħquda lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 9908.