Sit elettroniku tal-eCourts – sentenzi ta’ vjolenza domestika mneħħija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn sentenza rigward vjolenza domestika (sew fejn l-imputat instab ħati u sew fejn ġie lliberat) tneħħiet mis-sit elettroniku tal-eCourts b'tali mod li l-pubbliku inġenerali m'għandux aċċess għas-sentenza?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minn Jannar 2022 sal-15 ta’ Diċembru 2022 ma kien hemm l-ebda talba sabiex sentenza relatata ma’ vjolenza domestika titneħħa mis-sit elettroniku tal-eCourts u għalhekk ma tneħħiet ebda sentenza f’dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-'Preliminary Market Consultation' li ħarġet l-Aġenzija tal-Qrati 'Proposal for Available Property or Land for Outright Acquisition in Victoria (Rabat) Gozo or in the Vicinity of Victoria (Rabat) Gozo to be Converted into Gozo Court' li għalqet fis-6 ta' Jannar 2023? Jista’ jgħid kemm kien hemm u min kienu l-persuni jew kumpaniji li wrew interess? Jista’ jgħid issa xi jmiss isir?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li kien hemm 8 offerenti li bejniethom tefgħu numru ta’ proposti għal propjetà jew art li tista’ tiġi żviluppata f'Qorti għal Għawdex. Il-pass li jmiss issa hu li l-proposti mitfugħa jiġu evalwati u jitħejja rapport fuq dawn il-proposti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm rikorsi fil-Qorti f'Malta u fil-Qorti f'Għawdex għall-ħatra ta' kuraturi pendenti għax qed jistennew il-pubblikazzjoni fil-gazzetti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed nelenka r-rikorsi pendenti għall-ħatra ta’ kuraturi li qed jistennew il-pubblikazzjoni fil-gazzetta tal-Gvern:-
Fil-Prim’Awla tal-Qorti Civili (Malta):-
· Fl-atti ta’ ċedoli hemm 40 pendenti
· Fl-atti ta' kawżi ġuramentati hemm 3 pendenti, li wieħed minnhom ser jiġi pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ din il-ġimgħa.
Fil-Qorti tal-Maġistrati (Ċivili) Malta:-
· Fl-atti ta’ ċedoli hemm 4 pendenti
· Fl-atti ta' kawżi hemm 2 pendenti, li t-tnejn ser jiġu pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ din il-ġimgħa.
Fil-Qorti tal-Familja (Malta):
· Fl-atti ta' kawżi ġuramentati hemm 1 pendenti
Filwaqt illi fil-Qrati ta’ Għawdex hemm 29 ħatriet għall-kuraturi li qed jistennew il-publikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern.
Ministru għall-Ġustizzja — laqgħat in konnessjoni max-xogħol Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5177 u jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti u kemm hu n-numru ta' persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri? Jista' jgħid, għal kull wieħed mill-ġurijiet li jinsabu pendenti, id-data meta ġie ppreżentat l-att tal-akkuża?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-lum hemm 102 ġuri pendenti (119 akkużati b'kollox). Hemm 13-il ġuri appuntat (16-il persuna akkużata b'kollox). Hemm 7 ġurijiet (b' 7 akkużati) li mmaturaw riċentament u qed jistennew id-data tal-appuntament. It-82 ġuri pendenti l-oħra (96 akkużat b'kollox) għalissa ma jistgħux isiru għal diversi raġunijiet varji, fosthom: minħabba proċeduri Kostituzzjonali, għax qegħdin jistennew kawżi oħra, għax għadom fi stadju ta' eċċezzjonijiet preliminarji jew jistennew rapport minn esperti psikjatriku.
Id-data meta ġiet ppreżentata l-Att ta' Akkuża hija ndikata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni misjuba ħatja ta' ksur ta’ liġi ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna mill-2018 sal-2022 instabet ħatja fuq ksur ta’ liġi ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżomx statistika ta’ min ġie misjub ħati. L-istatistika li tinżamm hija ibbażata fuq kemm ġew deċiżi kawżi waqt is-seduta li titratta is-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol. Din l-istatistika qed tiġi elenkata hawn taħt:
SenaNumru Ta’ Kawżi Deċiżi
2018211
2019132
20206
2021161
2022241
Qrati – Magisterial Inquiries dwar inċidenti fuq il-postijiet ta’ kostruzzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3954, jista’ l-Ministru jgħid x’qed iwassal għal dan id-dewmien? Jista’ jagħti data meta dawn ser jingħalqu biex b’hekk issir ġustizzja? Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ min huma dawn il-każijiet pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid minn liema nazzjonalità kienu l-vittmi ta’ dawn l-inċidenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li ai termini tal-artikolu 518 tal-Kodiċi Kriminali, ‘l-atti u d-dokumenti tal-Qorti ta’ Ġustizzja Kriminal ma jistgħu jintwerew lil ħadd’, mgħadud ma dan, l-inkjesta maġisterjali hija minnha nnifisha investigazzjoni u għaldaqstant, l-kontenut tagħha jkun disponibbili biss għall-Maġistrat Inkwirenti u l-Avukat Ġenerali. Għall-dawn ir-raġunijiet, l-informazzjoni rikjesta’ ma tistax tiġi prodotta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi ġuramentati ta’ separazzjoni fil-Qrati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew deċiżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena li għaddiet fil-Qrati ta’ Malta ġew ippreżentati 106 kawżi ta’ separazzjoni li minnhom 99 għadhom pendenti u 7 ġew deċiżi. Filwaqt li fil-Qrati ta’ Għawdex ġew ippreżentati 39 kawża ta’ separazzjoni li 25 minnhom għadhom pendenti u 14 ġew deċiżi.
Apparti dawn, ġew ippreżentati 327 kawża bonarja f'Malta, li minnhom 309 ġew itterminati u 18 għadom pendenti, filwaqt li f'Għawdex ġew ippreżentati 15 -il kawża bonarja, li minnhom 8 ġew itterminati u 7 għadom pendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati mandati kawtelatorji u eżekuttivi fil-Qrati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena li għaddiet ġew ippreżentati 1399 Mandati Kawtelatorji u 1526 Mandanti Eżekuttivi, kif elenkat fit-tabella hawn taħt:
Mandati Kawtelatorji
Mandati
Eżekuttivi
Qorti Ċivili Prim Awla
672 - 224 minnhom Mandat ta' Inibizzjoni
316
Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja)
13
19
Bord Li Jirregola l-Kera
46 - 6 minnhom Mandat ta' Inibizzjoni
30
Bord Dwar il-Kontroll tar-Raba
nil
2
Qorti Ċivili (Sezzjoni Kummerċ)
4 - 2 minnhom Mandat ta' Inibizzjoni
nil
Qorti tal-Maġistrati (Ċivili)
652 - 2 minnhom Mandat ta' Inibizzjoni
1148
Total (Malta)
1387
1515
Mandati Kawtelatorji
Mandati Eżekuttivi
Qorti Ċivili Prim Awla
6
1
Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja)
2
nil
Bord li Jirregola l-Kera
nil
1
Qorti tal-Maġistrati (Ċivili)
4
9
Total (Għawdex)
12
11
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi ta’ divorzju fil-Qrati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew deċiżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena li għaddiet fil-Qrati ta' Malta ġew preżentati 524 kawżi ta' divorzju illi minnhom 161 għadom pendenti u 363 ġew deċiżi. Fil-Qrati ta' Għawdex ġew ippreżentati 20 kawża ta' divorzju li 6 minnhom għadhom pendenti u 14 ġew deċiżi.
Ministru għall-Ġustizzja — laqgħat in konnessjoni max-xogħol Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għat-teleworking jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tiegħu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx karozzi tal-elettriku leased fil-Ministeru tiegħi. Madanakollu, ta' min wieħed jinnota li kif għadu kemm tħabbar, ġie ppubblikat tender b’valur ta’ €10 miljun, li se jipprovdi lis-Servizz Pubbliku b’250 vettura elettrika. Dan l-investiment se jħalli impatt qawwi u pożittiv, waqt li l-flotta fis-Servizz Pubbliku se titla’ minn 7% fl-2021 għal kważi 40%.
Inċidenti stradali u teħid ta' xorb jew sustanzi oħra
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4336 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u issa ġiet referuta lilu u jgħid jekk hemmx relazzjoni bejn inċidenti stradali speċjalment dawk li jinvolvu persuni li jinqatlu jew iweġġgħu u t-teħid ta' xorb jew sustanzi oħra? Hemm xi studju dwar dan u x’qed jikkaġuna sewqan ħażin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull meta Maġistrat Inkwerenti jirrakkomanda li jittieħdu passi kontra xi persuna involuta f’inċident stradali, il-konklużjonijiet tal-Inkjesti Maġisterjali jiġu trasmessi mill-Maġistrat direttament lill-Pulizija li hija l-awtorità li tmexxi l-Prosekuzzjonijiet f’dawn il-każijiet. Ninforma wkoll lill-Onor. Membru Interpellant li l-parti tal-mistoqsija li tirrigwarda l-istudju għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru kkonċernat.
Ċentru tal-Arbitraġġ – reġistrazzjoni ta’ arbitraġġi volontarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid ġew reġistrati arbitraġġi volontarji u ai termini tal-liġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ matul din is-sena u kemm minnhom għadhom pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena sat-28 ta’ Novembru 2022, fiċ-Ċentru ġew ippreżentati 23 każ ta’ arbitraġġ volontarju, li minnhom 21 għadhom pendenti. Fl-istess perjodu, ġew ippreżentati 189 każ ta’ arbitraġġ mandatorju, li minnhom 132 għadhom pendenti.
Ċentru tal-Arbitraġġ – reġistrazzjoni ta’ arbitraġġi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ mill-bidu tiegħu u jindika kemm minnhom għadhom pendenti, kemm ġew deċiżi u kemm irtirati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li minn Marzu tas-sena 2000, meta beda jopera ċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ, sat-28 ta’ Novembru 2022, 6,567 każ ġie pprezentat fiċ-Ċentru. Minn dawn il-kazijiet, 557 għadhom pendenti, 1,392 ġew irtirati u 4,618 ġew deċiżi.
Ċentru tal-Arbitraġġ – reġistrazzjoni ta’ arbitraġġi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-arbitraġġi li ġew reġistrati fl-aħħar għaxar snin fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ għadhom pendenti, kemm ġew deċiżi u kemm irtirati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li minn Jannar 2013 sat-28 ta’ Novembru 2022, ġew prezentati 3,138 każ fiċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ. Minn dawn il-kazijiet, 495 għadhom pendenti, 773 ġew irtirati u 1,870 ġew deċiżi.
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – ittri uffiċjali eżekuttivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali eżekuttivi matul din is-sena taħt l-artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u jindika kemm kienu fil-Qrati Superjuri?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li n-numru ta’ ittri uffiċjali eżekuttivi ppreżentati matul is-sena 2022 sad-29 ta’ Novembru, huwa kif ġej:
Qorti 166A Qrati Inferjuri 166A Qrati Superjuri
Malta 2710 129
Għawdex 105 19