Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Ħaddiema full-time u part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu full-time u part-time ma’ kull dipartiment u/jew entità li taqa’ taħtu matul is-snin 2012, 2013, 2016, 2018, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30776.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati applikazzjonijiet li għamlu użu mir-Reviżjoni/Sostituzzjoni tal-iskema fl-2023 permezz ta’ L.N. 96 ta’ 2023 li ssostitwixxa S.L. 552.26 (April 2023) u wessgħet l-iskema, maqsuma sena b’sena u lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu parzjalment f’ODZ u x’kien l-eżitu ta’ dawn l-applikazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-tabella mitluba.
Regularisation of Existing Development (Amendment) Regulations, 2020 - Applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati applikazzjonijiet li għamlu użu mir-Regularisation of Existing Development (Amendment) Regulations, 2020 (L.N. 375 ta’ 2020), emendi ulterjuri mal-qafas ta’ S.L. 552.26, maqsuma sena b’sena u lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-eżitu ta’ dawn l-applikazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-provedimenti tal-Avviż Legali 375 tal-2020 daħlu fis-seħħ qabel inħadem kwalunkwe kont li seta’ kien se jiġi affetwat bir-Regolament 7 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 552,26 (li dan l-Avviż Legali ħassar). Għaldaqstant l-Awtorità ma kellha tirrevedi l-ebda kont minħabba l-Avviż Legali 375 tal-2020.
Regularisation of Existing Development (Amendment) Regulations, 2018 - Applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati applikazzjonijiet li għamlu użu mir-Regularisation of Existing Development (Amendment) Regulations, 2018 (L.N. 282 ta’ 2018), maqsuma sena b’sena u lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-eżitu ta’ dawn l-applikazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-provedimenti tal-Avviż Legali 282 tal-2018 tħassru permezz tal-Avviż Legali 375 tal-2020, u għalhekk l-Awtorità ma imponiet l-ebda spejjeż addizzjonali fuq l-ebda applikazzjoni ta’ Regolarizzazjoni.
Regularisation of Existing Development Regulations, 2016 - Applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati applikazzjonijiet li għamlu użu mir-Regularisation of Existing Development Regulations, 2016 - L.N. 285 ta’ 2016, konsolidati bħala S.L. 552.26 li daħlu fis-seħħ fid-19 ta’ Awwissu 2016 u stabbilixxew l-iskema ta’ regularisation għall-irregolaritajiet eżistenti ġod-Development Zone (pre-2016), inkluż każijiet b’Category B concession, maqsuma sena b’sena u lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-eżitu ta’ dawn l-applikazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra it-tabella mitluba.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi fejn hemm il-ħsieb li jitpoġġew il-kontenituri tal-iskart li jintużaw mill-istabbilimenti tal-ikel u xorb kummerċjali meta jitlesta l-embellishment tal-promenade mill-Freeport sal-Bajja s-Sabiħa, f’Birżebbuġa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tpoġġija tal-kontenituri tal-iskart ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ tal-Awtorita’ tal-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi fejn hemm il-ħsieb li jitpoġġew il-kontenituri tal-iskart li jintużaw mill-istabbilimenti tal-ikel u xorb kummerċjali meta jitlesta l-embellishment tal-promenade mill-Qajjenza sal-Bajja s-Sabiħa, f’Birżebbuġa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tpoġġija tal-kontenituri tal-iskart ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ tal-Awtorita’ tal-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ser tiġi operata u mmaniġġjata l-pixxina l-kbira ġewwa Għawdex issa li nfetħet uffiċjalment u qed tintuża wkoll mill-pubbliku? Jista’ jispeċifika x’kienu l-arranġamenti meħtieġa biex din il-pixxina tibda topera, inkluż l-obbligi ta’ garanziji u maintenance? F’liema xahar u sena għandha tiġi ppubblikata sejħa għall-offerti għall-operat u l-immaniġġjar tagħha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġetti ta’ rinnovazzjoni sħiħa għall-iskejjel primarji taż-Żebbuġ u ta’ Kerċem? Jista’ jgħid ukoll meta x-xogħlijiet fuq dawn iż-żewġt iskejjel nbdew, x’sar s’issa, x’fadal isir u meta hu maħsub li x-xogħlijiet kollha jitlestew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa Għawdex sar resurfacing fuqhom mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien fiha tul kull triq u kemm ġiet tiswa? Jista’ jgħid ukoll liema toroq hemm ippjanati li jsir resurfacing tagħhom minn issa sal-aħħar ta’ din is-sena, kemm fihom tul u kemm hi stmata li ser tkun l-ispiża fuq kull triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Upgrading and Retrofitting of the Administration Centre, Victoria, Gozo - Proġett
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29280, 29499 u 30519 u jaġġorna l-Kamra dwar il-proġett tal-Upgrading and Retrofitting of the Administration Centre, Victoria, Gozo? Jista’ jgħid ukoll meta nbeda dan il-proġett, x’sar s'issa, x’fadal isir u meta huwa ppjanat (xahar u sena) li jitlesta dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlestew diversi xogħlijiet fl-Administration Center. Xogħlijiet oħrajn mistennija li jsiru fiż-żmien li ġej biex l-Administration Center ikun modernizzat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-persentaġġ ta’ permessi li ġew ippubblikati:
f’anqas minn ħamest ijiem ta’ xogħol;
bejn sitta u għaxart ijiem ta’ xogħol;
bejn ħdax u ħmistax-il ġurnata ta’ xogħol;
bejn sittax u għoxrin ġurnata ta’ xogħol; u
f’aktar minn għoxrin ġurnata ta’ xogħol,
mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella mitluba. Meta wieħed jiġi biex jinterpreta dawn il-figuri, jrid iżomm f’moħħu li dawn il-figuri jinkludu dawk il-ġranet fejn l-Awtorità tal-Ippjanar, leġiżlattivament, tkun inattivà. Dawn il-ġranet jinkludu l-ġimgħa tal-Għid, il-ħmistax fi żmien il-Festi ta’ Santa Marija u għaxart tijiem fi żmien il-Milied.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi referenza ta’ kull każ fejn kien hemm claim ta’ frodi mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f’kull każ jgħid kemm għaddew ġranet mid-data tad-deċiżjoni sad-data ta’ meta nfetħet il-claim?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex ikun aktar speċifiku u ċar fil-mistoqsija tiegħu, u jispjega xi jrid ifisser meta jgħid każijiet ta’ “claim ta’ frodi.”
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm inħarġu enforcement notices mill-Awtorità tal-Ippjanar f’żoni ta’ żvilupp u f’żoni barra miż-żoni ta’ żvilupp, mill-2013 sal-2024 maqsuma separatament u sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ingħalqu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma Onorevoli interpellant li qed inpoġġi fuq din il-mejda tal-kamra l-lista ta’ avviżi ta’ infurzar maħruġa mill-Awtorita tal-Ippjanar f’żoni ta’ żvilupp, kif ukoll barra miz-żoni ta’ żvilupp bejn l-2013 u Settembru 2025 kif mitlub. Din l-informazzjoni inġabret minn fuq is-sistema elettronika tal-Awtorita.
Fid-dawl ta’ ilmenti dwar residenzi li fihom qed jkun hemm aktar persuni joqogħdu milli permess, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru spezzjonijiet dwar dawn l-abbużi fil-kera?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26589 dwar tindif ta’ widien, fejn ġie mwieġeb li “din is-sejħa ser isir it-tindif ta’ dawn il-widien:
· Wied il-Kbir, Wied il-Kbir, San Lawrenz, Gozo;
· Wied il-Kbir, Triq ta’ Spiteri, San Lawrenz, Gozo;
· Wied ta’ Mġarr ix-Xini;
· Wied tal-Imġarr;
· Wied l-Infern”,
jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi widien oħra li kienu f’din is-sejħa iżda ma ssemmewx fl-istess tweġiba? Jista’ jgħid ukoll jekk hix ser titnaddaf parti ta’ dawn l-imsemmija widien jew jekk humiex ser jitnaddfu kollha kemm huma? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site-plan tal-area ta’ fejn dawn il-widien ser jiġu mnaddfa?
Wara li dawn l-imsemmija widien jitnaddfu, x’inhu l-perjodu ta’ żmien (skont is-sejħa) li għalih il-kuntrattur li rebaħ is-sejħa se jkun responsabbli għat-tindif u manutenzjoni tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ma dawn il-widien imsemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26589 jistgħu jiżdiedu widien oħra skont l-assorbiment tal-kwantitajiet tal-materjal li jinġabar mill-widien.
Widien oħra li jistgħu jitnaddfu permezz ta’ l-istess sejħa għall-offerti huma il-Wied ta’ Xħajma fin-Nadur, u il-Wied ta’ Marġa fil-Qala. Apparti dawn il-widien, is-sejħa għall-offerti tagħti d-dritt lill-Awtorita’ Kuntrattwali li tnaddaf widien oħra li mhumiex imsemmija b’mod espliċitu, dment li jkun hemm il-permessi meħtieġa minn qabel.
Is-siteplans approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar jistgħu jinkisbu kollha minn fuq is-sit tal-istess Awtorità. Il-manutenzjoni ta’ dawn il-widien wara li jkunu tnaddfu ser tkun f’idejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-Site Plan ta’ fejn qed isir ix-xogħol ta’ tindif f’Wied tas-Salve Regina fir-Rabat, Għawdex u ta’ dak li hemm ippjanat li jsir fl-istess wied? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Commencement Notice u s-Summary Responsibility Form relatati ma’ dawn ix-xogħlijiet ukoll?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tgħarif qed jinġabar.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Impjegati sospiżi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30472 u jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar għadu każ wieħed ta’ persuna li tinsab fuq sospensjoni prekawzjonarja.
CT3007/2025 TENDER FOR THE UPGRADING OF RURAL ROADS IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER – WIED JUNU, GHAJN ABDUN AND TRIQ TA’ SPITERI, L/O KERCEM AND SAN LAWRENZ, GOZO’
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar is-sejħa ‘CT3007/2025 TENDER FOR THE UPGRADING OF RURAL ROADS IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER – WIED JUNU, GHAJN ABDUN AND TRIQ TA’ SPITERI, L/O KERCEM AND SAN LAWRENZ, GOZO’?
Jista’ jgħid ukoll:
i. jekk ix-xogħol inbedix;
ii. x’sar sa issa u x’inhu jsir fil-preżent; u
iii. meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol kollu relatat ma’ din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq din it-triq inbeda. Ix-xogħlijiet sa issa jinvolvu t-tindif tal-wiċċ tat-triq biex ikunu jistgħu jittieħdu s-
surveys
u jiġu stabbiliti l-livelli. Il-perjodu ta’ implimentazzjoni huwa ta’ sitt xhur.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-proġett tal-immodernizzar tal-faċilitajiet tal-Heliport kif ukoll il-Helipad u r-Runway fix-Xewkija, u fiex waslu t-tħejjijiet biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol meħtieġ? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar u sena hu maħsub li toħroġ is-sejħa u meta hu maħsub li jinbdew ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li nħareġ l-permess mill-Awtorita’ tal-Ippjanar, sar xogħol preparatorju fuq l-abbozzar tas-sejħa għall-offerti tax-xogħolijiet.