Ministeru għal Għawdex – membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista' jgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 10699 Ministeru għal Għawdex – membri ta’ bordijiet u entitajiet List.pdf
Ministeru għal Għawdex — rata ta’ pagi lill-ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata tal-paga fis-siegħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol imħallsa lill-ħaddiema kollha (elenkati skont ix-xogħol jew kif ġew ippubblikati l-offerti) li huma impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u jipprovdu servizz għall-Ministeru u l-awtoritajiet kollha, entitajiet tal-Gvern u kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 10188.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tintuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru jirċievi talbiet għal informazzjoni dwar xogħol u sigurtà soċjali, informazzjoni dwar skemi, għajnuniet u regoli ta' awtoritajiet differenti tal-Gvern u informazzjoni marbuta ma' bżonnijiet f'lokalitajiet differenti.
Rabat Għawdex — triq l-Ewropa - problema ta' drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser isolvi b'mod permanenti l-problema ta' drenaġġ jew ilma maħmuġ li qed jiskula u ilu jiskula għal xhur sħaħ lejl u nhar fi Triq l-Ewropa, quddiem il-Gozo Sports Complex, ġewwa r-Rabat Għawdex, b'inkonvenjent kbir għar-residenti u l-persuni li jgħaddu minn din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-ilma mhuwiex drenaġġ u ġej minn culvert minn Triq Fortunato Mizzi u ilu ġej għal snin twal. Dan il-culvert iwassal għal storm water culverts ħdejn is-sixth form.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u kemm kien l-ammont totali tal-valur tagħhom, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul l-2022, xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għal Għawdex – Awtorità tal-Ippjanar – laqgħat mad-Deputy Director
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proċedura wieħed jista’ juża biex ikun jista’ jkellem lid-Deputy Director tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Ministeru għal Għawdex, min jista' jkollu tali appuntament, jekk jinżammux minuti ta' kull laqgħa u jekk jeżistix reġistru tal-persuni li jkollhom dawn il-laqgħat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema Deputy Director qed jirreferi.
Ministeru għal Għawdex — persuni li għandhom car allowance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom car allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9592, ninformah li hemm 12-il persuna li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.
Għawdex – anzjani li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu f’dar tal-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm anzjani rġiel u nisa li jixtiequ jidħlu f'xi dar tal-anzjani ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid kemm hi l-waiting list (f’tul ta' żmien) biex ikollhom dan is-servizz mill-Gvern lill-anzjani f'Għawdex li jixtiequ jgħixu f’dar tal-anzjani?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 14 fuq il-waiting list, 5 irġiel u 9 nisa. Ilhom jistennew inqas minn sena.
Iż-żmien biex jidħlu jiddependi skont is-sodod vakanti. Peress li d-dar tinsab mimlija, irid jiġi nieqes resident biex jidħol ieħor. F’dak il-każ fi żmien ħmistax-il ġurnata, l-applikazzjoni tiġi proċessata, jsir l-assessment neċessarju u l-persuna tidħol fid-dar residenzjali.
F’każ ta’ respite f’inqas minn ġimgħa kull applikazzjoni tiġi proċessata u l-anzjan/a jista’/tista’ t/jqatta 9 ġimgħat respite fid-dar tal-anzjani.
Għawdex — anzjani li jibbenefikaw minn servizz ta’ hairdresser f’darhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm anzjani rġiel u nisa li qed jibbenefikaw minn hairdresser fid-djar tagħhom mill-Gvern u kemm ilu jingħata dan is-servizz? Kemm hi l-waiting list (f’tul ta' żmien) biex jingħataw dawn is-servizzi fid-djar mill-Gvern lill-anzjani f'Għawdex?
Jista’ jgħid ukoll fil-preżent kemm hemm ħaddiema impjegati mal-Ministeru li qed jagħtu s-servizz ta' hairdresser fid-djar mill-Gvern lill-anzjani f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm hemm anzjani rġiel u nisa fil-preżent li b' mod regolari jużaw dan is-servizz?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għal Għawdex hemm uffiċjal waħda impejgata bħala hairdresser. Permezz ta’ dan is-servizz, sa issa bbenefikaw 326 anzjan, u attwalment hemm 59 anzjan/a li qed jużaw dan is-servizz b’mod regolari. Waiting list ma hemmx.
Dan is servizzi ilu jingħata għal dawn l-aħħar seba’ snin lil dawk l-anzjani li huma home bound u hu parti mis-servizzi li l-Ministeru għal Għawdex joffri lill-anzjani.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema Master Plans u inizjattivi qed taħdem bħalissa l-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex (GRDA)? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom li nbdew dawn l-inizjattivi u l-Master Plans, kemm ilu jsir xogħol fuqhom, għal liema raġuni kienu meħtieġa u għal xiex se jintużaw? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew jiswew s’issa dawn l-inizjattivi u l-Master Plans u jekk ix-xogħol hux qiegħed isir kollu mill-ħaddiema tal-GRDA jew jekk tqabbdux nies oħrajn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ir-Rabat Għawdex — Triq Mro Giuseppe Giardini Vella - xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħlijiet inbdew f’dawn l-aħħar ġranet f'parti mit-Triq Mro Giuseppe Giardini Vella fir-Rabat Għawdex fid-daħla għall-foss taċ-Ċittadella, u fiex jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid x’fadal isir u meta hu ppjanat bejn wieħed u ieħor li jitlesta x-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ġranet beda xogħol ta’ emerġenza fid-daħla għall-foss taċ-Ċittadella. Dan ix-xogħol jikkonsisti fit-tneħħija tat-terrapien u knaten li kienu waqgħu wara maltempata li seħħet fil-bidu ta’ Frar 2023, u fl-istabbilizzazzjoni tal-bqija tal-ħajt u entratura għall-foss bi blokok tal-konkrit. Tneħħa wkoll il-pont li kien qed jaqsam minn parti għal oħra tal-covert-way biex jiġi evitat kull periklu. Ix-xogħol seta’ jibda wara konsultazzjoni sħiħa mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u nġab il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar. Ix-xogħol kollu qed isir taħt il-monitoraġġ ta’ arkeologu, li qed jinvestiga t-terrapien kollu mneħħi mis-sit. L-ewwel fażi tax-xogħol hu mistenni li jitlesta sal-aħħar ta’ Ġunju sabiex l-attivitajiet kulturali skedati fiż-żona tal-Foss taċ-Ċittadella għal dan is-sajf ikunu jistgħu jsiru kif ippjanat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individw,u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Ministru Interpellanta li dan l-individwi mhuwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7574 li ngħatat fl-1 ta' Novembru 2022 dwar meta se jitkompla x-xogħol fuq Triq Papa Piju XII fil-Qala, Għawdex, u dwar meta hu mistenni li x-xogħol f'din it-triq ikun lest għalkollox fejn kien ġie mwieġeb li “ix-xogħol fuq Triq Papa Piju XII fil-Qala tlesta, fil-ġimgħat li ġejjin mistenni li jingħata l-wearing course”, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wearing course ingħatax u jekk le, x'inhuma r-raġunijiet għala għaddew iktar minn seba’ xhur u nofs u għadu ma ngħatax il-wearing course?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 8739.
Għawdex — Triq li twassal għall-Bajja ta’ Ħondoq – xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3651 li ngħatat fl-14 ta' Novembru 2022 u t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7574 li ngħatat fis-17 ta' April 2023 dwar x'qed isir fil-parti tat-triq li twassal għall-Bajja ta' Ħondoq li bdiet tisfronda, peress li din it-triq kien sar xogħol fuqha fi żmien il-Ministru Refalo iżda ftit wara bdiet tisfronda, fejn ġie mwieġeb li x-xogħlijiet huma ppjanati li jsiru ladarba jiġi pproċessat it-tender, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender ġiex ipproċessat u jindika meta, bejn wieħed u ieħor, hu maħsub li jibda x-xogħol meħtieġ fuq l-imsemmija triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet neċessarji ser ikunu qed isiru ladarba jiġi deċiż l-appell fuq sejħa għall-offerti għal xogħlijiet fuq toroq li hemm quddiem il-PCRB u sabiex il-Ministeru ma jerġax jinqabad f’sitwazzjoni li ma jkollux tender/kuntratt biex jaħdem xogħol ta’ urġenża, fil-ġimgħat li ġejjin mistennija toħroġ DPS.
Jista’ l-Ministru jgħid x'għamel s'issa u x’beħsiebu jagħmel fil-futur qarib dwar parti minn Triq Taċ-Ċawl fil-Qala, Għawdex, peress li f’dawn l-aħħar xhur parti minn din it-triq kompliet iċċedi u tisfronda? Jista’ jgħid jekk fil-preżent hemmx periklu għan-nies/bdiewa u għall-vetturi li jgħaddu minn din l-imsemmija triq? Jista' jgħid ukoll jekk marx perit tal-Gvern fuq il-post u x'ġie deċiż?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 10131 tal-lum stess.
Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ alka nġabret, minn liema bajjiet ġewwa Għawdex u Kemmuna nġabret, minn min sar ix-xogħol ta’ ġbir tal-alka, jekk sarx bl-idejn jew inkella b’makkinarju apposta u fejn twaddbet l-alka wara li nġabret mill-bajjiet mill-1 ta’ Novembru 2021 sal-ġurnata meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid liema bajjiet oħra ġewwa Għawdex u Kemmuna hemm ippjanat li tinġabar alka minnhom fil-ġranet u ġimgħat li ġejjin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-alka f’ċertu każijiet jew tintradd lura l-baħar, jew tiġi xxiftjata għal post ieħor, jew tinġabar u tintbagħat il-facilità tal-Wasteserv f’tal-Kus. L-interventi fuq l-alka jsiru ġeneralment mill-bajjiet tar-Ramla, Marsalforn, Qbajjar, Xwejni, San Blas u Santa Marija f’Kemmuna.
Din is-sena r-Ramla u San Blas kien hemm ftit li xejn alka. Marsalforn, Qbajjar u Xwejni l-alka ntraddet lura l-baħar. L-ammont ta’ alka jiddependi ħafna mit-temp, ir-riħ, u mill-kurrent tal-ilma baħar li kapaċi f’ġurnata jieħu l-alka li tkun inġemgħet kollha lura l-baħar. L-interventi fuq l-alka jsiru kemm bl-idejn u kif ukoll bil-makkinarju meta l-ammont ikun qawwi.
Nadur, Għawdex – Triq it-Tiġrija – ftuħ ta’ dar tal-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7703, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva, u jgħid jekk id-dar tal-anzjani li kellha tinbena fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur, u li waħda mill-predeċessuri tiegħu kienet għamlet konferenza tal-aħbarijiet biex tħabbar il-bini u l-ftuħ ta' din id-dar, għadhiex taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu u jekk iva, fiex wasal il-proċess? Jekk le, taħt liema Ministeru għadda dan il-proġett wara li kien tħabbar b'tant pompa mill-Gvern Laburista fl-ewwel leġiżlatura tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li infurmat li din id-dar hija dar tal-knisja/kurja. Sa issa ma rċevejt ebda komunikat sabiex din id-dar tgħaddi mill-kurja għal għand il-Gvern għal imsemmi skop. Madanakollu fil-jiem li għaddew ġie diskuss ma' xi membri tal-paroċċa rigward possibbilita ta’ użu għal skop soċjali kemm-il darba jkun hemm ftehim bejn il-Gvern u l-Knisja.
Rabat, Għawdex – proġett ta’ konsolidazzjoni strutturali tal-pedamenti
Question
B’referenza għall-proġett ta’ konsolidazzjoni strutturali tal-pedamenti u l-konservazzjoni tal-akwadott fir-Rabat, Għawdex, li ilu jiġi mwiegħed f’diversi baġits f’dawn l-aħħar snin, jista’ l-Ministru jagħti breakdown tal-flus li ntefqu s’issa fuq dan il-proġett? Jista’ jgħid jekk inħarġitx is-sejħa u ġietx awarded għal xogħol ta' konsolidazzjoni strutturali tal-pedamenti u l-konservazzjoni tal-akwadott? Jista’ jgħid ukoll bejn wieħed u ieħor meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa issa ntefqu €63,480.29 bħala spejjeż. Bħalissa qegħdin fil-proċess li tinħareġ is-sejħa għall-offerti. Il-proġett mistenni li jitlesta fl-2027.