Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25272 u jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 ‘l hawn:
a) Il-labour supply; nisa għalihom u rġiel għalihom;
b) In-numru ta’ nies jaħdmu
full-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attivia’ ekonomika;
ċ) In-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol
part-time
bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attivita’ ekonomika;
d) in-numru ta’ nies jaħdmu
part-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni maħruġa għal din il-PQ hi bbażata fuq il-medja ta' kull sena billi mhux possibbli li nipprovdu informazzjoni skond l-aħħar ta' kull sena mil-Labour Force Survey.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25664 u r-risposta relattiva, jista' l-Ministru jindika s-somma preċiza ta' imgħax li tħallas? Jista' jispjega kemm attwalment tħallas imgħax mid-Dipartiment tal-VAT matul dawn l-aħħar erba' snin? Jista' jgħid min huma l-avukati tad-Dipartiment tal-VAT u tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jista' jsemmi kemm tħallsu minn dawn id-dipartimenti drittijiet legali fis-snin 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT ma jistax jiżvela l-ammont imħallas lill-kumpanija indikata minħabba li jekk jagħmel dan, peress li hija kumpannija waħda, jkun qiegħed jipperikola s-segretezza uffiċċjali kif provdut f’artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.
F’dawn l-aħħar erba’ snin l-imgħaxxijiet globali li tħallsu mid-Dipartiment tal-VAT kienu kif ġej:
2008 € 463,031
2009 € 732,573
2010 €1,895,799
2011 € 756,827
L-avukati mqabbda mid-Dipartiment tal-VAT kienu:
DR. DOMNIC CASSAR
DR. CARMEL GRIMA
DR. VERONICA AQUILINA
DR. KRIS BALZAN
GANADO & SAMMUT ADVOCATES
DR. REUBEN FARRUGIA
DR. IAN VELLA GALEA
DR. JOHN BONELLO
DR. SARAH SCICLUNA
Id-Drittijiet Legali li jinkludu wkoll spejjeż legali f’kawżi mitlufa mid-Dipartiment qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm l-Arms Ltd biex jibgħat il-meter reader fil-fond, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament? Meta mistenni jsir ir-reading?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratt ta' pubbliċità
Question
Jista' l-Ministru jgħid u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jissottometti lista tal-proprjetajiet kollha mikrija mingħand il-privat li qed juża:
il-gvern innifsu?
id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern?
il-kunsilli lokali?
F'kull każ, x'inhu l-ammont tal-kirja?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi informazzjoni mitluba għar-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, qed titpoġġa fuq il-Medja tal-Kamra.
Fir-rigward ta’ proprjetà mikrija minn Ministeri oħra nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri rispettivi.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25333.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24232, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-medja tan-nefqa fuq il-lubricant kull sena bejn is-sena 2000 u s-sena 2010? Kemm hu stmat li se tkun in-nefqa bl-impjant il-ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25052.
Bir-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 24859, l-Ministru qiegħed jassumi r-responsabilta’ ta’azzjonijiet futuri li l-Unjoni Ewropea tista’ tieħu fir-rigward ta’ “particulate emissions” eċċessivi mill-boilers ta’ Delimara? Jista’ l-Ministru jikkonferma illi :
(a) m’hemmx periklu ta’ tali azzjoni mill-Unjoni Ewropea ;
(b) ma jkunx hemm il-ħtieġa li l-boilers jitħaddmu fuq fuel iżjed nadif u għali ħalli jintlaħqu l-istandards li tesiġi l-Unjoni Ewropea?
Finalment u indipendentement minn dak li titlob l-Unjoni Ewropea , il-Gvern huwa konvint li s-saħħa tal-pubbliku ħa tkun imħarsa fin-nuqqas ta’
equipment ta’ prevenzjoni ta’ tniġġis li madwar id-dinja llum huwa standard fuq dan it-tip u daqs ta’ boilers?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalma diġà ġie spjegat f’risposti parlamentari preċedenti, il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda konformi ma’ dust emission limits kif stipulat mad-Direttiva Ewropea Large Combustion Plant Directive. Il-modifiki tekniċi li saru, wasslu biex l-emissjonijiet mill-boilers jitnaqqsu. Dan propju għaliex il-gvern impenjat li jtejjeb il-kwalità tal-arja fl-aħjar interess tal-poplu in ġenerali.
Delimara Power Station — tender dwar l-electrostatic precipitators
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24859, wara li kien hemm rapporti fil-ġurnali li kien hemm oġġezzjoni għall-funding mill-Unjoni Ewropea fuq dan il-proġett, fir-risposta tiegħu l-Ministru ma jirreferix għal din l-oġġezzjoni u ma jgħidx x’kienet id-deċiżjoni finali tal-Unjoni Ewropea, għalhekk jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-Parlament għandux jifhem li l-kanċellament ta’ din it-tender ma kellux x'jaqsam man-nuqqas ta’ funding mill-Unjoni Ewropea u mal-falliment tal-Gvern li jassigura aċċess għall-fondi Ewropej li tant jiftaħar bihom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 25211.
ippubblikar fid-dettall tal-emissjonijiet li joħorġu mill-Power Station ta’ Delimara
Question
Jista’ l-Ministru jordna lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tippubblika fid-dettall l-emissjonijiet li joħorġu mill-Power Station ta’ Delimara komparati ma’ dak li titlob u dak li se titlob fis-snin li ġejjin l-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-livelli tal-emissjonijiet mill-impjant ta’ Delimara huma ppubblikati fuq il-website tal-Korporazzjoni Enemalta fuq www.enemalta.com.mt. Dawn jinkludu wkoll il-limiti tal-emissjonijiet kif stipulat fl-IPPC permit għall-istallazzjoni. Il-limiti stabbiliti mill-Unjoni Ewropea se jkunu ntegrati mal-IPPC permit meta dawn ikunu effettivi. Dawn il-limiti tal-emissjonijiet se jiddependu kemm fuq l-operating regime tal-impjant kif ukoll fuq il-livelli tal-emissjonijiet tal-BAT. Peress li dawn se jkunu effettivi fil-2020 u r-referenza tad-dokument tal-BAT (BREF) qed jiġi rivedut, dawn il-limiti mhux specifikament magħrufa bħalissa u għalhekk għadhom ma ġewx rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.
In vista tar-rapport li deher fit-Torċa tal-10 ta' April 2011 fejn ġiet riprodotta korrispondenza bejn esponenti tal-Moviment kontra d-Divorzju, u fejn deher li Dr. Arthur Galea Salomone uża l-email uffiċjali tiegħu bħala uffiċjal pubbliku fil-Borża ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' ċensura saret fuq Dr. Galea Salomone, meta saret u b'liema mod saret?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru ġibed l-attenzjoni tal-persuna involuta.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' koppja anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li qed jaraw li l-kont tad-dawl u l-ilma ġie għoli ħafna paragunat ma' snin oħra u l-qabża hija ferm għolja? Tista' l-Arms Ltd tikkuntatja lil din il-koppja anzjana u tara jekk hemmx xi problemi fil-meter tad-dawl u ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lil-Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi partikolari dwar dawk li huma proposti fuq Forti Campbell f'Selmun, limiti tal-Mellieħa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-uniku żvilupp ġdid li kien hemm dwar Forti Campbell f’Selmun kien l-interess li ntwera mill-Kunsill Lokali Mellieħa, sabiex din il-fortizza tiġi devoluta lilu biex tkun parti mill-proġett ta’ riġenerazzjoni taż-żoni magħrufa bħala l-Imġiebaħ u Selmun, liema proġett se jkun iffinanzjat minn fondi speċjali tal-Unjoni Ewropea. Madanakollu, d-dipartiment għad m’għandux talba uffiċjali mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali għad-devoluzzjoni ta’ din il-fortizza skont kif titlob il-prassi dwar Devoluzzjoni Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' dejn garantit mill-gvern u fuq liema entitajiet jew proġetti qiegħed dan id-dejn? Peress li fil-Quaterly Accounts tas-26 ta' April 2011 dan id-dejn garantit mill-gvern tela' bi €86 miljun fl-aħħar tliet xhur tal-2010, jista' l-Ministru jinforma lil min ingħatat din jew dawn il-garanziji ta' €86 miljun u għaliex qed jintuża dan id-dejn? Jista' jgħid jekk hemmx xi ħsieb ta' żieda ta' iktar garanzija ta' dejn għal din is-sena? Jekk iva, jista' jindika fejn u fuqiex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji dwar l-ammont ta’ dejn garantit mill-gvern qegħdin jingħataw fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi ukoll iż-żieda imsemmija, li hija relatata ma’ investimenti kapitali. Talbiet għal garanziji li jista’ jkun hemm bżonn ikomplu jiġu evalwati fil-qafas tal-parametri finanzjarji tal-gvern.
La Valette Sicav Plc Multi Manager Property Fund — investigazzjoni
Question
Peress li investigazzjoni dwar il-La Valette Sicav Plc Multi Manager Property Fund tlestiet mill-Malta Financial Services Authority u l-perjodu għar-risposta mill-BOV Sicav skada ukoll, jista' l-Ministru jispjega għaliex ir-rapport tal-investigazzjoni ma ġiex ippubblikat?
Jifhem il-Ministru li l-Malta Financial Services Authority għandha obbligu legali li tippubblika tkun xi tkun ir-reazzjoni tal-entità investigata? Jaf il-Ministru li dan huwa ta' importanza prijoritarja fl-interess tal-investituri u tal-istituzzjoni biex tissaħħaħ il-fiduċja f'istituzzjoni regolatorja?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsijiet Parlamantari numru 22665, 22434, 24427 u 25610.
Malta Financial Standards Authority — investigazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie investigat s'issa mill-Malta Financial Standards Authority dwar abbuż jew ksur ta' liġijiet li jirregolaw investimenti finanzjarji u l-qasam finanzjarju u kemm hemm pendenti quddiem l-istess awtorità llum? Kemm-il rapport ġie konkluż u kemm minnhom ġew ippubblikati ? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tal-investigazzjoni li ġew effettivament pubblikati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mir-Rapport Annwali tal MFSA għas sena 2010, li għadu kif tpoġġa fuq il-Mejda tal Kamra, speċifikament pagni 84-85, in-numru ta’ ilmenti solvuti jew li ingħalqu fis-setturi kollha, inkluz settur tas-servizzi ta’ investiment, matul is sena 2009 kien ta’ 263, filwaqt li matul l-2010 kien ta’ 153.
Ilmenti pendenti fl-aħħar tal-2009 kienu ta’ 123, filwaqt li fl-aħħar tal-2010 kienu ta’ 145.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-komunikazzjonjiet bejn il-persuni li jresqu ilment, l-opertaur konċernat u l-MFSA huma normalment ta’ natura konfidenzjali u privat, u normalment ma jkunux jikkonsisitux f’rapporti formali imma fi skjambju ta’ korrispondenza.
Aktar informazzjoni jinsab pubblikat fil website tal Consumer Complaints Unit tal MFSA fuq
http://mymoneybox.mfsa.com.mt
u fir-rapport annwali ta’ dan il-Unit li ser jiġi pubblikat u anke imqiegħed fuq l-imsemmija
website
fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jara li permezz tal-Arms Ltd isir arranġament fuq il-ħlas tad-dawl u tal-ilma tal-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tinsab bla ebda dħul finanzjarju, minħabba li fuq il-kont hemm miktub li l-kont irid jitħallas sa għaxart ijiem wara?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ngħatat lill-Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.