Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità San Vinċenz de Paul u fid-djar residenzjali tal-anzjani – Statistika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix statistika tan-numru ta’ anzjani li qegħdin fil-Faċilità San Vinċenz de Paul u fid-djar residenzjali tal-anzjani li ma jżurhom ħadd? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hemm anzjani li ma jżurhom ħadd fil-Faċilità San Vinċenz de Paul u f’kull dar tal-anzjani separatament minn xulxin?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-djar residenzjali tal-anzjani li jaqgħu taħt l-iskema tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ma tinżammx din l-istatistika. Ninsab infurmat li ġewwa San Vinċenz de Paul hemm 35 resident li ma jżurhom ħadd.

Mater Dei — Emerġenza - Saħħa mentali u psikjatriċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15106 u jgħid kemm kienu l-pazjenti li marru fl-Emerġenza ta’ Mater Dei għal għajnuna fuq każijiet ta’ saħħa mentali u psikjatriċi fl-2022 u 2023 maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu ‘new cases’?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura mis-sistema administrattiva CPAS, in-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza li marru minħabba problemi ta’ saħħa mentali jew psikjatriċi fl-2022 u 2023 jinsab fit-tabella hawn taħt xahar b’xahar. L-informazzjoni rigward ‘new cases’ ma tistax tinġabar u b’hekk ma tistax tingħata. Month20222023 Jan83149 Feb104143 Mar122178 Apr133127 May137194 Jun131153 Jul141188 Aug137159 Sep118173 Oct121195 Nov142191 Dec127170

GU Clinic

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15236 u jgħid kemm min-nies li marru l-GU clinic ġew diagnosed pożittivi? Kemm minn dawn ġew pożittivi għall-HIV, Herpes, chlamydia, gonorrhoea, syphilis, trichomoniasis u HPV? Jista’ jagħti l-informazzjoni marda b’marda?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ nies li marru l-GU clinic u li ġew diagnosed pożittivi għall-Sexually Transmitted Diseases fl-2023 huwa ta’ 2184. 476 oħra ġew diagnosed non-Sexually Transmitted Diseases. DIAGNOSIS Number of cases Sexually transmitted enterocolitis (Shigella, Campylobacter, E. Coli) 17 Mycoplasma genitalium 80 Syphilis 134 Gonorrhoea 522 Lympho Granuloma Venerilum 7 Chlamydia 473 Trichomoniasis 22 Herpes Simplex Virus 122 Genital warts 490 Monkey pox 2 Molluscum Contagiosum 64 Viral hepatitis B and C 13 HIV new diagnosis 19 DERMATOPHYTOSIS sexually transmitted 10 CANDIDIASIS 173 SCABIES AND PEDICULOSIS 36 Total 2184

Sptar Mater Dei — Miżuri favur saħħa mentali ta’ impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu għas-saħħa mentali ta’ kull min jaħdem fil-qasam tal-A&E fl-Isptar Mater Dei u s-sewwieqa tal-ambulanzi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sena l-oħra l-Ministeru tas-Saħħa nieda d-dokument Health Workforce Strategy 2022-2030. Kopja ta’ din l-istrateġija qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei u Ċentri tas-Saħħa – Użu ta’ servizzi minn persuni barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni barranin jużaw is-servizzi tal-Isptar Mater Dei u taċ-ċentri tas-saħħa? Kemm huma minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u kemm minn pajjiżi terzi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika l-perjodu li matulu jrid din l-informazzjoni.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working requests relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhemmx tali talbiet rigward l-impjegat mal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva.

Professjonisti Mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiggradwaw biżżejjed professjonisti mediċi mill-Università ta’ Malta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir kull sforz biex aktar żgħażagħ jagħżlu l-karriera fil-qasam tas-saħħa u tal-anzjanità attiva. Dan jinkludi fl-għotjiet tal-istipendji fl-Università ta’ Malta, ftehimiet fis-settur tas-saħħa meqjusa bħala storiċi u llum, aktar minn qatt qabel, dawn iż-żewġ setturi joffru karriera u speċjalizzazzjoni.

Professjonisti Mediċi — Barranin

Question

Jista’ jgħid kif jistgħu jkunu attiratti aktar professjonisti fil-qasam tas-saħħa minn barra xtutna? Jekk le, x'inċentivi hemm bżonn?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma ta’ dan il-Ministeru għandha tkompli tkun iffukata mhux biss fuq reklutaġġ imma wkoll fuq ‘retention’ ta’ dawk kollha li jaħdmu f’dan is-settur. Għalhekk irridu nkomplu noħolqu aktar korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzat u progression fil-karriera li huma jkollhom meta jaħdmu f’dan is-settur. Dan hu kkumplimentat bl-ftehmiet storiċi li saru dan l-aħħar bejn il-unions rispettivi fil-qasam tas-saħħa u l-Gvern.

Professjonisti Mediċi — Ħlas

Question

Jista’ jgħid ukoll jekk il-professjonisti mediċi tagħna humiex imħallsin sew u jekk le, x’qed jiġi propost u fuq liema medda ta' żmien?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar xhur ingħalqu numru ta’ ftehimiet settorali liema ftehimiet ġew ikkunsidrati bħala storiċi. Madankollu, il-Gvern jibqa’ l-ħin kollu miftuħ biex tinżamm relazzjoni tajba mal-partijiet fl-interess tal-ħaddiema u l-pazjenti.

Pandemija tal-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tgħallimna (preparadness) mill-pandemija tal-COVID-19? Jista’ l-Ministru jgħid jekk aħniex attrezzati (għandniex apparat mediku) biżżejjed?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta kienet imfaħħra mill-WHO u organizzazzjonijiet oħra internazzjonali għall-mod kif aġixxejna fil-pandemija. Fost l-inizjattivi li ttieħdu, kien hemm li t-tilqim b’mod organizzat lil kull min xtaq jieħu t-tilqima. Minkejja li kien hemm diffikultà biex numru kbir ta’ pajjiżi ikollhom il-konsinji adegwati ta’ tilqim, Malta ħadet l-inizjattiva biex flimkien mal-UE, isir ix-xiri għall-pajjiżi kollha membri u b’hekk pajjiżi żgħar bħal Malta ma jkunux żvantaġjati. B’hekk, f’kull mument, kull Malti u Għawdxi seta’ jieħu t-tilqim li kien hemm bżonn, bl-aktar mod organizzat u l-aħjar mod effiċjenti li ġie mfaħħar mill-WHO. Barra minn hekk, inxtara l-apparat kollu neċessarju biex l-isptarijiet tagħna jkunu jistgħu jilqgħu għal din l-emerġenzi. Ittieħdu wkoll inizjattivi fid-djar tal-anzjani sabiex in-numru ta’ anzjani bil-covid ma jkunx mifrux safejn kien possibbli. Tant hu hekk li r-rata ta’ mwiet kien l-anqas waħda fl-Ewropa. Ma’ dawn kien hemm kampanja kbir ta’ tagħrif x’għandu jsir biex il- covid ikun ikkontrollat mill-pubbliku nġenerali. Minn din l-esperjenza u t-tagħlimiet li ħadna minnha, ninsabu aktar ippreparati.

Pandemija tal-COVID – 19 — investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’Malta sarux investigazzjonijiet dwar kif il-vaċċin tal-Covid 19 ġie żviluppat, mixtri, amministrat u kostrett fuq in-nies b'mod indiskriminat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 15101.

Dijabete — Screening nazzjonali tas-saqajn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux pjan li jagħmel screening nazzjonali tas-saqajn għall-persuni bid-Dijabete?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li kull pazjent li jagħmel użu mis-servizz tal-Kliniċi tad-Dijabete fil-Primary HealthCare jiġi offrut screening tas-saqajn tal-anqas darba fis-sena. Dan il-kunċett ser jiġi msaħħaħ bil-ftuħ taċ-Ċentru tad-Dijabete fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal-Qormi fejn dan l-iscreening ser isir fl-istess appuntament li l-pazjent ikollu mal-Konsulent. Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi mistenni jerġa’ jinfetaħ fl-ewwel kwart ta’ din is-sena. Fil-futur qrib għandha titħabbar l-istrateġija dwar id-dijabete.

Dijabete — Minor amputations

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena, mill-2013 sal-2023, kemm kienet in-nefqa fuq minor amputations f’pajjiżna u kemm kien in-numru totali ta’ minor amputations kull sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu fuq persuni bid-Dijabete?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Dijabete — Minor amputations

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena mill-2013 sal-2023, kemm kienet in-nefqa fuq major amputations f’pajjiżna u kemm kien in-numru totali ta’ major amputations kull sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu fuq persuni bid-Dijabete?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Sptar Mount Carmel – Riżenji jew trasferimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il riżenja ġiet sottomessa minn ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Mount Carmel jew li talbu trasferiment f’dipartimenti oħra taċ-Ċivil matul dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 17-il riżenja u 9 li talbu għal transfer.

San Ġiljan — Community clinic

Question

B’referenza għall-proġett tal-community clinic ġewwa San Ġiljan, jista’ l-Ministru jagħti update fejn wasal dan il-proġett u meta huwa fil-ħsieb li din il-clinic tinfetaħ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14646. Inżid ngħid lill-Onor. Interpellant li l-indirizz fejn ser ikun hemm din il-klinika hu 13, Triq Mikiel Ann Borg, San Ġiljan.

Bormla — Dar tal-Anzjani - Tender

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħariġx it-tender għat-twaqqigħ, id-disinn, il-bini, iż-żamma u l-ġestjoni tad-Dar tal-Anzjani f’Bormla? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din it-tender? Jekk le, jista’ jgħid għaliex għadu ma nħariġx u meta ser joħroġ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender għat-twaqqigħ, id-disinn, il-bini, iż-żamma u l-ġestjoni tad-Dar tal-Anzjani f’Bormla jinsab fil-proċess biex jiġi ppubblikat u ser jinħareġ aktar tard din is-sena.