agrikultura organika — għan li jittaffa t-tniġġis mill-ambjent
Question
Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod il-Gvern qiegħed jinkoraggixxi u/jew jinċentiva l-agrikultura organika u dan bil-għan li jittaffa t-tniġġis mill-ambjent u biex jonqsu l-konsegwenzi fuq is-saħħa tan-nies?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Ministru għamel sejħa għall-Environment Experts li joqogħdu barra il-pajjiż qabel m'għamel sejħa oħra lokali miftuħa għal dawk kollha li għandhom il-kwalifiċi meħtieġa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex ikun iktar speċifiku dwar liema sejħa qiegħed jirreferi għaliha.
Sezzjoni tal-Vitikultura u l-Onologija — Persuni trasferiti
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ser jiġri mis-sezzjoni tal-Vitikultura u l-Onoloġija li tinsab fl-Għammieri? Kemm hemm persuni f'din is-sezzjoni u x'se jkun il-futur tagħhom u tal-istess sezzjoni minħabba li xi persuni diġà ġew trasferiti?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn reġistrati:
a) Full time farmers
b) Part-time farmers
ċ) Full time fishermen
d) Part-time fishermen?
Jista' jikklassifika l-istess informazzjoni skond:
a) Age group
b) Lokalità
ċ) Income?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6832 u 6569 u jgħid meta ser tiġi deċiża l-policy tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi dwar feed-in tariffs? Dawn se jkunu preferenzjali jew 1 : 1?
Hemm xi ħsieb li 'l quddiem titfassal feed-in tariff anke għall-intraprendituri barranin jew Maltin li jistgħu jitħajru jipproduċu enerġija alternattiva għas-suq lokali?
impjant ta' Sant'Antnin — laqgħa ta' konsultazzjoni pubblika
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta saret il-laqgħa ta' konsultazzjoni pubblika dwar l-istrateġija tal-iskart solidu ġewwa il-premises tal-impjant ta' Sant'Antnin? Fejn u meta ġiet irriklamata speċifikament? Kemm attendew nies bejn wieħed u ieħor għal din il-laqgħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-laqgħa fl-impjant ta’ Sant’Antnin saret fil-5 ta’ Marzu 2009 fis-6.30 ta’ filgħaxija. L-avviż tal-laqgħa deher f’diversi ġurnali (23 ta’ Frar; 3 ta’ Marzu; 4 ta’ Marzu; 5 ta’ Marzu). Fit-2 ta’ Marzu 2009, permezz tad-DOI, kien inħareġ ukoll avviż għal din il-laqgħa. Kienu preżenti madwar ħamsa u għoxrin persuna.
Barra hekk dehru u għadhom qed jidhru riklami b’informazzjoni fuq l-iStrateġija fejn jidher ukoll l-indirizz tas-sit elettroniku fejn il-pubbliku jista jara u jagħti l-kummenti tiegħu fuq l-istess Strateġija.
Ta’ min jgħid ukoll, li laqgħat oħra ta’ konsultazzjoni saru ma’ kull min talabhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinvestiga l-każ tat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt ta' servizz tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma' l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi? Ma jidhirlux il-Gvern li dan ma kienx jammonta għal ksur ta' sigriet professjonali? Jekk iva, għandu l-ħsieb li jagħti lura mill-ġdid il-kuntratt li kellha din il-persuna qabel ma ntemmilha l-impjieg?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6494 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li ftit tas-snin ilu kien ġie mwiegħed li kellu jsir restawr fuq l-istatwa ta' San Duminku li hemm fid-daħla lejn il-Birgu, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol tant bżonnjuż fuq din l-istatwa artistika jekk hux se jsir? Jekk fl-affermattiv, allura jista' jagħti indikazzjoni meta se jsir dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li r-restawr ta’ din l-istatwa huwa nkluż fit-tenders għar-restawr tas-swar tal-Birgu. Dawn it-tenders ġew ippublikati u s-sejħa għall-offerti tagħlaq fl-ewwel t’April li ġej. Ix-xogħol huwa mistenni li jibda aktar tard din is-sena.
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — skema ta' rebate
Question
Minn mindu tħabbret l-iskema ta' rebates fuq sistemi ta' solar water heaters u sistemi fotovoltajici skond kif oriġinarjament mħabbar fil-budget, jista' l-Ministru jgħid seperatament bejn solar water heaters u photovoltaic panels kemm kien hemm applikazzjonijiet minn mindu ġiet fis-seħħ is-sejħa għall-applikazzjonijiet għar-rebate kif wkoll kemm minnhom ġew approvati digà mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi?
Jista' l-Ministru jgħid x'għandu jagħmel xi ħadd (persuna jew organizzazzjoni) biex juża l-inħawi tat-teatru f'Ta' Qali għall-attività rekreattiva jew kummerċjali? Sal-lum kemm kienu n-numru ta' persuni li fil-fatt talbu u ngħataw permess biex jużaw dawn l-inħawi, kull sena matul l-2006, 2007, 2008, 2009? X'tip ta' ħlasijiet jintalbu għal dawn l-attivitajiet?
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera? Kemm-il darba ltaqgħu matul is-sena 2008? Kemm kellhom flus ivvutati? Liema proġetti saru matul is-sena 2008 u f'liema lokalità? Kemm kienet l-ispiża f'kull każ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6738 u 6548 u jgħid fiex wasal l-istormwater master plan? Jista' jgħid jekk dan il-pjan hux ser jindirizza l-aspett tal-flood relief u hux ser jipprovdi ammont sostanzjali ta’ storm water għal re-use fix-xhur tas-sajf meta l-aktar ikun meħtieġ?
X’inhu l-istorage capacity ppjanat tal-istorm water infrastructure? Meta ser jigi ppubblikat il-pjan nazzjonali dwar l-ilma? Kemm implimentajna s’issa mill-European Union Water Framework Directive?
dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6830, 6570 u ċioè: Billi l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, bħal kull Ministeru ieħor, huwa ffinanzjat minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jagħtina dan it-tagħrif marbut mal-abbozz tad-dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu:
a) Kemm ġew jiswew individwalment ir-rapporti kkummissjonati in konnessjoni ma' dan id-dokument
strategiku i.e. breakdown dettaljat?
b) L-ismijiet tal-persuni li għamlu dan ix-xogħol ta’ konsulenza fil-kompilazzjoni ta’ dawn ir-rapporti
c) Il-kompetenzi tekniċi tal-persuni konċernati involuti fir-rapporti individwali li jissemmew fid-dokument innifsu?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġett maħsub dwar l-użu aħjar tal-ġibjuni ta' Santa Liena, Bormla? Hemm xi ħsieb li jkunu msewwija biex jilqgħu fihom il-kapaċità oriġinali tal-ilma li għalihom kienu maħsuba?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li il-ġibjuni msemmija huma propjetà tal-Water Services Corporation u għalhekk nitlob l-Onor membru biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-inċineratur li nbena fil-Marsa, jista' l-Ministru jgħid:
i) meta nħarġet it-
tender
għal dan l-inċineratur
ii) min rebaħ din it-tender u b'liema prezz
iii) meta beda jaħdem dan l-inċineratur u kemm ġie jiswa finalment meta tlesta?
San Ġwann — Kunsill Lokali - Sliema Road - Bankina
Question
Billi riċertament, skond dak li nkiteb fil-gazzetti, l-Kunsill Lokali ta' San Ġwann ipportesta minħabba l-fatt li l-gvern wettaq xi xogħol fuq il-bankini fi Sliema Road, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn ir-riżorsi jintużaw f'kollaborazzjoni ma' kunsilli li għandhom il-volontà li jikkoperaw għal dan it-tip ta' xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lit-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru, tikkolabora ma’ numru ta’ Kunsilli Lokali fuq diversi xogħlijiet f’inħawi differenti ta’ Malta. Fil-preżent id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni għandu skema ta’ xogħol , magħrufa bħala joint venture scheme, li permess tagħha, dejjem fejn ikun possibli, jsiru xogħlijiet mitluba minn Kunsilli Lokali rispettivi. Il-Kunsill jipprovdi l-materjal għal dan ix-xogħol u jħallas parti mill-ispejjeż tal-pagi tal-ħaddiema nvoluti fl-eżekuzzjoni tax-xogħol
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? U jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?