B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13788 dwar is-sit arkeoloġiku f’Tas-Silġ, jista’ l-Ministru jara jekk il-passi minnu indikati jistgħux jiġu inklużi fil-programm ta’ ħidma tal-Ministeru għas-sena li ġejja?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li hemm programm ta’ ħidma sħiħa li jibda is-Sajf ta’ din is-sena stess.
Il-Mellieħa – Triq Salvu Camilleri – sistema ta’ one way
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat ta' konsultazzjoni mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa mar-residenti li joqogħdu fl-akkwati ta' Triq Salvu Camilleri kif ukoll mal-Grupp tal-Iscouts tal-Mellieħa, li dawn joperaw fl-istess żona, sabiex ittieħdet id-deċiżjoni li jkun hemm sistema ta' one way fl-istess triq (bl-effetti kollha li tali deċiżjoni ser tkun qed tħalli fit-toroq tal-madwar)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li laqgħat mar-residenti li joqgħodu fl-akkwati ta' Triq Salvu Camilleri kif ukoll mal-Grupp tal-Iscouts tal-Mellieħa per sè ma sarux.
Minkejja dan, ġie kkonferat ukoll li ma kien hemm ebda rispons negattiv mill-istess residenti u li l-uniku lment li sar kien mill-Grupp tal-Iscouts tal-Mellieħa. Dan wara li l-Kunsill unanimament qabel li għandu jaddotta s-sistema ta’ one-way bejn Triq San Mikiel u Triq iz-Znuber sabiex tissolva l-problema ta’ kongestjoni fi Triq Salvu Camilleri.
Il-Kunsill ikkonferma li l-ilment imqajjem mill-Grupp tal-Iscouts tal-Mellieħa hu wieħed validu u ser issir laqgħa magħhom bil-għan li jiġu identifikati rimedji fattibbli.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13043, 11806 u 11968 u jindika liema kienu l-Iskemi ta' Fondi Speċjali għall-kunsilli lokali li ġew imnedija fis-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019? Kemm kien l-ammont fi flus ta' kull skema f'kull sena indikata u kemm mill-iskemi indikati tħallsu lill-kunsilli lokali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Kunsilli lokali – applikazzjonijiet għall-permess ta’ bini
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14104, jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament id-dettalji tal-ftehim imsemmi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relattiva?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li b’referenza għall-ftehim mal-Awtorità dwar l-Ippjanar, nikkjarifika li dan jirreferi għal ‘policy’ tal-istess Awtorita’, fejn f’kull applikazzjoni għal żvilupp, il-Kunsill Lokali konċernat jiġi nfurmat b’mod individwali dwar tali żvilupp, għal kull kumment min-naħa tiegħu. Dwar dan ma jeżisti ebda ftehim bil-miktub bejn l-Awtorita’ u l-Kunsill Lokali. Ninforma ukoll li permezz tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (KAP 552) li daħal fis-seħħ fl-4 ta’ April 2016, speċifikament f’artiklu 63(2)(h) tiegħu, il-Kunsill Lokali għandu ukoll rapreżentant fuq il-bord tal-Awtorita’ dwar l-Ippjanar.
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14134, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li tingħalaq il-kumpilazzjoni tal-fixed asset register tal-Manoel Theatre kif operat mill-Manoel Theatre Management Committee?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess sabiex jiġi kkompilat dan ir-reġistru qed jingħalaq u mistenni li jiġi konkluż sal-aħħar ta’ Ġunju 2020.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi extra dawk il-lokalitajiet li huma meqjusa bħala żoni turistiċi jew għandhom żoni turistiċi fihom għal dan il-għan, lokalità b'lokalità għas-sena 2019? Jista' jgħid għas-sena 2020 kull lokalità kemm ser tingħata fondi extra għal dan l-iskop?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li:
1. Għas-sena finanzjarja 2019, ingħatat is-somma ta’ € 140,000 lil-lokalitajiet illi għandhom influss partikolari fil-lokalità tagħhom minħabba li:
a. ġew ikkunsidrati bħala ¿oni kummerċjali jew turistiċi; u
b. hemm inqas minn 5% tkabbir fl-allokazzjoni finanzjarja.
2. Għas-sena finanzjarja 2020, ingħatat is-somma ta’ € 133,000 lil-lokalitajiet li għandhom influss partikolari fil-lokalità tagħhom minħabba li:
a. ġew ikkunsidrati bħala ¿oni turistiċi; u
b. ma għandhomx għajnuniet ta’ fondi ulterjuri.
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' investiment infrastrutturali u xogħol ta' restawr sar u kemm kienet in-nefqa għal kull xogħol li sar fit-tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Peress li t-triq prinċipali (Sannat Road) ġewwa r-raħal ta’ Sannat Għawdex f’dawn l-aħħar ġranet ingħalqet kompletament għat-traffiku, biex ikun jista’ jitkompla x-xogħol fuqha, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kuntrattur responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet, attwax it-traffic management fl-entratura tat-triq kif ukoll madwar il-lokalità u dan kif rikjest minnu fit-tender? Jekk iva, x’kienu dawn il-miżuri li attwa l-kuntrattur fl-entratura tat-triq kif ukoll madwar il-lokalità ta’ Sannat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li kemm fid-daħla tat-triq kif ukoll fiċ-ċentru tar-raħal hemm sinjali tat-traffiku u diversion lejn il-Munxar.
Saru wkoll double yellow lines temporanji fi Triq il-Kbira sabiex it-traffiku jkun aktar mexxej.
Masġar bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar — rijabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex jiġi riabilitat il-masġar li hemm bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar li qiegħed fuq ix-xellug li jibda minn Triq Kottoner fil-Fgura u jieħu għall-Triq il-Kunsill tal-Ewropa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal teleworking minn ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u fi ħdan l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu min-nhar l-20 ta' Frar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jindika l-grad u l-kariga li jokkupa kull wieħed mill-imsemmija ħaddiema? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Direttiva 13 tisħaq li, f’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ COVID-19, xogħol li jista’ jsir remotament isir hekk. Din mhix kwistjoni ta’ talbiet formali, imma ta’ arranġament biex titrażżan l-imxija msemmija.
Raħal Ġdid – Ġnien Pawlu Boffa – sistema ta’ drip irrigation
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11879, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk is-sistema ta’ drip irrigation ġietx jew hiex ser tiġi installata f’Ġnien Pawlu Boffa Raħal Ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li x-xogħol sabiex tiġi nstallata s-sistema ta’ drip irrigation fi Ġnien Pawlu Boffa mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dati ta’ kull darba li ltaqa’ l-Manoel Theatre Management Committee sa mis-sena 2013?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella tad-dati tal-laqgħat kollha li saru mill-Manoel Theatre Management Committee sa mis-sena 2013.
Manoel Theatre Management Committee – direct contract
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct contract ingħata f’dawn l-aħħar ħames snin mill-Manoel Theatre operat mill-Manoel Theatre Management Committee, u jgħid il-valur u l-iskop ta’ kull kuntratt?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Manoel Theatre Management Committee – talbiet għal quotations
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba għal quotation f’dawn l-aħħar ħames snin li saret mill-Manoel Theatre operat mill-Manoel Theatre Management Committee ġiet ippubblikata fuq l-procurement platform tal-Gvern?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Manoel Theatre li f’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm talba waħda għal quotation li ġiet ippubblikata fuq l-procurement platform tal-Gvern.
Manoel Theatre Management Committee – service providers ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il service provider kien ingaġġat sa mis-sena 2013 mill-Manoel Theatre operat mill-Manoel Theatre Management Committee u jindika kemm-il wieħed minn dawn kien kopert b’kuntratt?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx kontroll fuq l-inventarju tal-assi li jinsabu fil-pussess tal-Manoel Theatre operat mill-Manoel Theatre Management Committee u jekk ġiex maħluq u kkumpilat database għall-istess inventarju?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari numru 14134.
Manoel Theatre Management Committee – fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid il-Manoel Theatre operat mill-Manoel Theatre Management Committee x’ammont ta’ fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropea rnexxielu jġib sa mis-sena 2013 u jindika għal xiex intu¿aw dawn il-fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-Manoel Theatre mhuwiex legal entity, l-applikazzjonijiet għall-fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropea dejjem saru taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
It-fondi li bbenifika minnhom il-Manoel Theatre intu¿aw għal dawn i¿-¿ewġ proġetti:
· ERDF.05.025 –
Upgrading of Manoel Theatre Project
b’valur ta’ €1,867,762.38. Dawn il-fondi ġew approvati fl-2016.
· ESF 4.258 -
Lifelong Learning Initiatives for the Teatru Manoel Employees
b’ valur ta’ €73,449.60. Dawn il-fondi ġew approvati fl-2015.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa – devoluzzjoni ta’ bini
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk bejn April 2013 u April 2020 il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa talabx għal xi forma ta' devoluzzjoni ta' xi bini li jinsabu fil-konfini tal-istess lokalità?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li ma kien hemm l-ebda devoluzzjoni ta’ bini pubbliku fil-perjodu ndikat. Wara l-2013 il-policy tal-Kunsill kienet li jikkonsolida devoluzzjonijiet oħra li seħħew fis-snin preċedenti.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa – pjanijiet u proġetti kapitali
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għandux pjanijiet li jwettaq proġetti kapitali fil-konfini tal-lokalità u jekk iva liema huma dawn il-proġetti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li skont l-Estimi Finanzjarji għas-sena 2020, il-proġetti kapitali li qed jaħdem fuqhom il-Kunsill huma s-segwenti:
· Sistemi ta’ dwal ġodda fiż-żoni Ta’ Pennellu, Tas-Sellum, u f’Santa Marija Estate;
· Restawr tal-Batterija ta’ Westreme minn barra u titjib fil-Mużew tat-Tunnara;
· ¯vilupp ta’ faċilità għan-
neutering
tal-qtates fil-Park tal-Familja;
· Pavimentar ta’ Triq l-Inkurunazzjoni;
· Tisbiħ ta’ Triq San Publiju bejn Triq il-Kappillan Magri u Triq il-Parroċċa;
· Żvilupp ta’ spazju pubbliku konfinanti minn Triq l-Etna, Triq l-Għasel u Triq Mons. F. Xuereb;
·
Panoramic lift
bejn Triq l-Inkurunazzjoni u Misraħ il-Parroċċa; u
Introduzzjoni ta’ green infrastructure fil-Park tal-Familja