Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #4119 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija Identità Malta – direttivi tas-Segretarju Permanenti Ewlieni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'direttivi ħareġ is-Segretarju Permanenti Ewlieni lill-Aġenzija Identità Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari skont dak li jipprovdi l-artikolu 38 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn id-direttivi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li ma’ kien hemm ebda direttiva speċifikament lill-Agenzija Identitá Malta.
Leg 13 PQ #4120 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija Identità Malta – linji gwida mis-Segretarju Permanenti Ewlieni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'linji gwida ħareġ is-Segretarju Permanenti Ewlieni lill-Aġenzija Identità Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari skont dak li jipprovdi l-artikolu 38 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-linji gwida?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li ma kien hemm ebda linja gwida speċifikament lill-Agenzija Identitá Malta.
Leg 13 PQ #4369 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Negozju tar-riċiklaġġ – involviment ta’ Chief of Staff

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispeċifika x’inhu l-involviment, kemm dirett kif ukoll indirett, taċ-Chief of Staff tiegħu fin-negozju tar-riċiklaġġ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba hija disponibbli pubblikament.
Leg 13 PQ #4370 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Negozju tal-gaming – involviment ta’ Chief of Staff

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispeċifika x’inhu l-involviment, kemm dirett kif ukoll indirett, taċ-Chief of Staff tiegħu fin-negozju tal-gaming?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba hija disponibbli pubblikament.
Leg 13 PQ #4371 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Negozju tal-business management – involviment ta’ Chief of Staff

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispeċifika x’inhu l-involviment, kemm dirett kif ukoll indirett, taċ-Chief of Staff tiegħu fin-negozju tal-business management?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba hija disponibbli pubblikament.
Leg 13 PQ #4372 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Negozju tal-brokerage – involviment ta’ Chief of Staff

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispeċifika x’inhu l-involviment, kemm dirett kif ukoll indirett, taċ-Chief of Staff tiegħu fin-negozju tal-brokerage?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba hija disponibbli pubblikament.
Leg 13 PQ #4401 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk dawn ingħatawx b’directorder jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Jista’ jaqsam il-ħlasijiet sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat li ma sar l-ebda ħlas mid-dekasteru tiegħi lill-persuna u /jew il- kumpanija, li d-dettalji dwarhom ngħataw separatament .
Leg 13 PQ #4431 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika fuq Cryptocurrencies

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4300 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern fuq cryptocurrencies? Jista’ jgħid jekk hemmx kumpaniji barranin jew lokali li diġà huma jaħdmu minn Malta, f’dan il-qasam?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-politika tal-Gvern hija fuq it-teknolojiga Distributed Ledger. Fuq dan il-ħsieb il-Gvern ippublika dokument għal-konsultazzjoni li qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan id-dokument jinsab ukoll online fuq http://opm.gov.mt/en/Documents/FSDEI%20-%20DLT%20Regulation%20Document.pdf Ilum dan il-qasam mhux regolat u għaldaqstant klassifikazzjoni statistika ta’ dawn il-kumpaniji ma tistax tinġabar.
Leg 13 PQ #4433 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Post ta’ Officer-in-charge Minor Staff — ingaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru ġentilment iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4031 u jgħid kemm kienu l-uffiċjali pubbliċi li għaddew mill-eżami għall-post ta’ Officer-in-charge Minor Staff, li s-sejħa għalih ħarġet fis-27 ta’ Settembru 2016 u r-riżultat ġie ppubblikat fit-18 ta' Novembru 2016? Jista’ jgħid: a) kemm minn dawk li għaddew ġew appuntati f'dan il-grad; b) jekk fis-Servizz Pubbliku hemmx postijiet vakanti f'dan il-grad u jekk fl-affermattiv meta hu maħsub li se jingħataw dawn l- appointments lil dawk il-persuni li għaddew u għadhom ma ġewx appuntati; c) id-data sa meta hu validu dan ir-riżultat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat illi ghall-post ta’ Officer-in-charge Minor Staff għaddew 15-il kandidat u ġew appuntati l-ewwel 11 skont l-ordni tal-mertu u l-vakanzi prezentament.
Leg 13 PQ #3758 Sitting 85 2018-02-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korsijiet tal-Institute for Public Service – għajnuna monetarja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2694 u jgħid x'tip ta' għajnuna monetarja jew x’tip ta' għajnuna oħra qed jingħataw dawk l-uffiċjali pubbliċi li jkunu obbligati jagħmlu korsijiet fl-Institute for Public Service? Jista’ jgħid kemm-il kors organizza dan l-Istitut ġewwa Għawdex, kemm ilu mwaqqaf? Meta saru dawn il-korsijiet u kemm attendew għal kull kors kif ukoll min seta' japplika għal kull kors li sar f'Għawdex?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li uffiċjali pubbliċi li jattendu korsijiet fl-Institute for the Public Services (IPS) ma jingħatawx għajnuna monitarja jew xi tip ta’ għajnuna oħra. F’kas li l-korsijiet organizzati mill-IPS ikunu mandatorji jsir kull sforz biex dawn isiru Għawdex għall-parteċipanti Għawdxin. Il-korsijiet tal-IPS huma miftuha għal kull uffiċjal pubbliku. Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm ilu mwaqqaf l-IPS, ġew organizzati hames korsijiet f’Għawdex kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-IPS ġie mwaqqaf f’Ottubru tal-2016 u għandu bħala msieħba strategiċi l-Universitá ta’ Malta u l-MCAST
Leg 13 PQ #4109 Sitting 85 2018-02-21 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija Identità Malta – każijiet ta’ dixxiplina ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, xahar b'xahar, kemm kien hemm każijiet ta' dixxiplina fil-konfront ta' ħaddiema u uffiċjali tal-Aġenzija Identità Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti l-grad tal-persuni li fil-konfront tagħhom ittieħdu dawn il-passi dixxiplinari? Jista' jgħid x'kien l-eżitu tal-passi dixxiplinari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #4110 Sitting 85 2018-02-21 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Aġenzija Identità Malta — direct orders

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 516, jista' l-Prim Ministru jgħid lil liema persuni jew kumpaniji ngħataw id-direct orders mill-Aġenzija Identità Malta u li ġew indikati fl-istess tweġiba?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #4111 Sitting 85 2018-02-21 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija Identità Malta – direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija Identità Malta, inkluż id-data, il-valur u l-isem tal-persuna u tal-kumpaniji li lilha ngħatat, mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #4112 Sitting 85 2018-02-21 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija Identità Malta — impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellha jew għandha impjegati magħha l-Aġenzija Identità Malta sena b'sena mit-twaqqif tagħha fis-sena 2013? Jista' jagħti l-kariga ta' kull impjegat u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu mal-Aġenzija Identità Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn meta Identity Malta ġiet uffiċjalment fis-seħħ fl-Lulju2013, kien hemm perjodu ta’ tranżizzjoni sal-aħħar tal-2014. F’Jannar 2015 sar id-detailing tal-ħaddiema u Identity Malta setgħet taħdem waħedha bħala Aġenzija. L-informazzjoni li qiegħda tingħata tirrigwardja l-perjodu 2015-2018 (sad-data tal-lum). In-numru ta’ impjegati mal-Agenzija Identity Malta mill-2015 sal-lum huwa kif ġej: · 2015 331 · 2016 331 · 2017 Jan – Jun: 281 Jul – Dec: 275 · 2018 266 Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif bil-karigi kollha u d-data tal-impjieg. Nixtieq niġbed l-attenzjoni għal żewġ punti: 1. Dawk imniżżla li ġew ingaġġati fl-1 ta’ Jannar 2015 huma dawk l-impjegati li kienu jaħdmu f’dipartimenti differenti qabel ma ġew amalgamati taħt aġenzija waħda. L-informazzjoni marbuta mal-2017 hija maqsuma fi tnejn, għaliex minn Lulju 2017 id-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet ma baqax jagħmel parti minn Identity Malta u l-ħaddiema f’dak id-dipartiment ma baqgħux jirrapurtaw lill-istess Aġenzija.
Leg 13 PQ #4113 Sitting 85 2018-02-21 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija Identità Malta – persons of trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il person of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija Identità Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti l-kariga ta' kull person of trust u d-data ta' meta beda jaħdem mal-Aġenzija Identità Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt nformat li ma hemm l-ebda persuna fi ħdan Identity Malta li ġiet ngaġġata bħala person of trust.
Leg 13 PQ #4114 Sitting 85 2018-02-21 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija Identità Malta – position of trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il position of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija Identità Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti deskrizzjoni ta' kull position of trust u d-data ta' meta l-persuni li jokkupawhom bdew jaħdmu mal-Aġenzija Identità Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li fl-Agenzija Identita Malta hemm position of trust wieħed bil-kariga ta’ driver/security li beda jaħdem mal-Agenzija Identita Malta fil-21 ta’April 2014.
Leg 13 PQ #3694 Sitting 84 2018-02-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta – ħaddiema li ġew trasferiti f’dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ħaddiema tal-Enemalta jew xi sussidjarja tagħha li ġew trasferiti f'dipartimenti jew entitajiet oħra tal-Gvern? Jista’ jgħid kull wieħed minn dawn xi grad kellu mal-Enemalta u x’tip ta’ xogħol kien jagħmel mal-Enemalta u issa xi grad għandu mal-Gvern jew entità fejn intbagħat u x’tip ta’ xogħol qed jagħmel mal-Gvern jew mal-entità li qed magħha? Kemm minn dawn il-ħaddiema li kienu mal-Enemalta u issa marru ma’ dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern huma persuni residenti f'Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-Għawdxin li kienu jaħdmu l-Enemalta, issa qed jaħdmu Għawdex u xi grad kellhom mal-Enemalta u issa xi grad għandhom fid-Dipartiment jew entità li qed jaħdmu magħha f'Għawdex illum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #4266 Sitting 84 2018-02-20 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħasil ta’ flus – rapporti investigattivi mill-Awtorità

Question

Ninnota b’sodisfazzjon li bis-saħħa tar-raba’ direttiva dwar il-ħasil ta’ flus, il-Malta Gaming Authority issa obbligata li tissorvelja l-online gaming b’aktar kontabilità u għalhekk waqqfet team tekniku ta’ monitoraġġ f’dan ir-rigward. Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan ifissirx li r-rapporti investigattivi tal-Awtorità, bħalma hu prassi fl-Ewropa, ser jiġu ppubblikati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-Awtorità Maltija dwar il-Loghob li taħt ir-Raba’ Direttiva dwar il-Ħasil ta’ flus, ir-rwol tal-istess Awtorità huwa li tkun l-awtorità supervisorja fuq is-settur tar-remote gaming għan-nom tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzioni Finanzjarja. L-obbligi tal-Awtorità skont il-liġi huma li r-rapporti li jsiru minn-naħa tagħha jingħaddu lill-Korp għall-Analizi ta’ Informazzioni Finanzjarja u hija prerogattiva tal-istess Korp li jieħu deċiżjoni dwar liema azzjonijiet jittieħdu abbażi ta’ dawn ir-rapporti u skont dak li tippermetti l-liġi. Ninsab informat mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob li l-prassi hija li jiġu ppubblikati s-sanzjonijiet jew multi li jingħataw.
Leg 13 PQ #4267 Sitting 84 2018-02-20 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Monitoraġġ ta’ kumpaniji

Question

Nirreferi għall-inċident li ġie rrapportat fil-gazzetti u s-sitt taħrikiet li kienu nħarġu mill-Italja f’Lulju tas-sena 2015. Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ttieħdu biex dak li ġara dakinhar ma jerġax iseħħ u jissaħħaħ kemm il-moniteraġġ ta’ kumpaniji u liċenzjati ġodda u eżistenti in line mar-riskju li dan is-settur iġib miegħu? X’kienet ir-raġuni li min kien skorett reġa’ nħarġitlu l-liċenzja fis-sena 2016? X’falla? X’inhuma l-monitoring policies attwali? Minn dak l-inċident ‘l hawn, il-proċeduri nbiddlu? Jekk iva, b’liema mod?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Awtorita’ kontinwament taġġorna l-proċeduri ta’ moniteraġġ u supervizjoni tagħha kemm għal operaturi ġodda kif ukoll għal operaturi ezistenti sabiex dawn iżommu l-pass mal-iżviluppi regalotarji u teknologiċi ta’ din l-industrija daqstant dinamika. Fost l-inizjattivi mehuda mill-Awtorita’ hemm it-tishih tad-dipartiment ta’ "due diligence" billi żdiedu r-rizorsi umani u tekniċi, inbidlu l-proċessi ta kif isir id-"due diligence", qed jintuzaw agenziji internazzjonali fi ġbir ta’ intelligenza dwar individwi u kumpaniji u ngħata taħriġ speċjalizzat. L-Awtorita’ qiegħda tindaga aktar fil-fond dwar is-sorsi tal-fondi u l-ġid tal-applikanti. L-Awtorita’ tinvesti wkoll fil-moniteraġġ kontinwu tal-operaturi permezz ta’ audits indipendenti li jsiru fuq l-operaturi minn zmien ghal zmien kif ukoll spezzjonijiet speċifiċi kontra l-Hasil ta’ Flus u l-Finanzjar tat-Terrorizmu. Dan il-moniteraġġ aktar rigoruż wassal f’ żieda fl-infurzar mill-awtorita’ u għal numru akbar ta’ licenzji sospizi u cancellati minhabba ragunijiet ta’ Infurzar. 2015 2016 2017 (Jan – June) Numru ta’ Liċenzji Sospizi 23 2 4 Numru ta’ Liċenzji Kanċellati 13 21 1 L-Awtorita’ ma għandha l-ebda persuni li nstabu li huma skoretti u reggħet inharġitlhom licenzja. Li gara kien totalment l-oppost. Persuni li mill-istharrig ta’ due diligence li sar fuqhom instabu li huma skoretti ma nħargitilhomx liċenzja, filwaqt li kien hemm persuni ohra li abbandunaw il-licenzja meta ntebhu bl-istharrig u tfittix wiesgħa li tagħmel l-Awtorita fuq l-applikanti. Breakdown of Suspended licences Suspended 2015 (23 in total) 3 issued in 2006 2 issued in 2010 1 issued in 2011 3 issued in 2012 6 issued in 2013 8 issued in 2014 Suspended 2016 (2 in total) 2 issued in 2012 Suspended (1st half 2017) (4 in total) 1 issued in 2011 1 issued in 2012 2 issued in 2015 Breakdown of Cancelled Licences Cancelled in 2015 (13 in total) 2 issued in 2010 5 issued in 2011 4 issued in 2012 2 issued in 2013 Cancelled in 2016 (21 in total) 2 issued in 2010 5 issued in 2012 3 issued in 2013 9 issued in 2014 1 issued in 2015 1 issued in 2016 Cancelled (1st half of 2017) (1 in total) 1 issued in 2011
Leg 13 PQ #4268 Sitting 84 2018-02-20 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Gaming Authority – spettur imkeċċi

Question

Ġie rraportat f’gazzetta ewlenija li Spettur tal-Malta Gaming Authority ġie mkeċċi fis-sena 2015 għax irrapporta skorrettezzi. Jista’ l-Ministru jgħarrafna dwar il-każ? X’inhi r-raġuni li qed tinżammlu t-talba tiegħu li jingħata l-protezzjoni ta’ whistleblower?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-Awtorità dwar il-Logħob ta’ Malta li: - Il-persuna li għalih jirreferi dan l-artiklu ma kienx jokkupa r-rwol ta’ Spettur iżda kien IT Administrator . - Dan il-ħaddiem fl-ebda mument ma tkeċċa minħabba li rraporta skorrettezzi. Dan il-ħaddiem tkeċċa wara li ġew eżawriti l-proċessi dixxiplinarji fil-konfront tiegħu wara numru sostanzjali ta’ rapporti ta’ inkompetenza u insubordinazzjoni min-naħa tal-istess ħaddiem – kien hemm istanzi ta’ abbuż ta’ sick leave u ksur ta’ kunfidenzjalità fost affarijiet oħrajn. - L-iskorrettezzi allegati fl-artiklu ġew investigati mill-Awditur Intern Indipendenti tal-Awtorità fl-2014 meta ġew rapportati, u rriżulta li dawn l-allegazzjonijiet ma kinux fondati. - Kien biss aktar minn sentejn wara li tkeċċa li l-impjegat talab il-protezzjoni ta’ whistleblower . Peress li diġà kien hemm proċeduri pendent quddiem il-Qorti dwar dan il-każ, hija l-Qorti li trid tikkonferma jew le l-istatus ta’ whistleblower u mhux l-Awtorità.