Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-VAT Refund totali mogħti lill-kumpaniji/individwi fin-non-member states matul is-sena 2010 u dan skont it-Thirteen Council Directive tas-17 ta’ Novembru, 1986?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-VAT refund totali mogħti lill-kumpaniji/individwi stabbiliti fin-non member states skont it-Thirteen Council Directive tas-17 ta’ Novembru 1986 matul is-sena 2010 kien €264,793,15.
Stqarrija tas-Sotto Segretarju tal-Iżvilupp Ekonomiku Taljan fuq l-interconnector
Question
Fid-dawl tal-istqarrija tas-Sotto Segretarju tal-Iżvilupp Ekonomiku Taljan, Stefano Saglia, li l-Italja tista' ma tħallix l-interconnector jiġi magħqud ma' Sqallija, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ftehim li ġie ffirmat bejn iż-żewġ pajjiżi u li jżomm lill-Italja milli tieħu deċiżjoni unilaterali ta' dan it-tip?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta għandha ftehim ma’ Terna, li hija ukoll konsulenta f’dan il-proġett. Dan il-proġett ġie appoġġjat kemm mill-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku Taljan kif ukoll mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni f’Malta f’din l-applikazzjoni għall-fondi Ewropej.
Dan barra l-fatt li l-Ministru Frattini ftit wara stqarr li l-pożizzjoni tas-Sig. Scalia mhix il-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern Taljan.
Permessi għall-connection tal-interconnector minn awtoritajiet taljani
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-awtoritajiet Taljani ħarġux jew le, il-permessi għall-connection tal-interconnector fi Sqallija? Jekk le, jaħseb il-Ministru li huwa għaqli li ngħataw il-kuntratti u nbdew ix-xogħlijiet fuq dawn il-kuntratti mingħajr ma għadhom ħarġu l-permessi kollha neċessarji?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proċess għall-ħruġ ta’ permessi neċessarji għadu għaddej. Il-Korporazzjoni Enemalta għamlet numru ta’ laqgħat mal-Awtoritajiet ġewwa Sqallija, biex flimkien jidentifikaw l-aħjar soluzjonijiet sabiex dan il-proċess jiġi implimentat kif stipulat. Dan anke wara l-impenn li wrew kemm l-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-istess Gvern Taljan lejn dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24953 u ċioe: Ġaladarba l-gvern ħass li m'għandux jagħti dettalji dwar l-assi Libjani ffriżati f'Malta, jista' l-Ministru almenu jagħti figura indikattiva?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ġew iffriżati numru ta’ assi b’valur ta’ miljuni ta’ ewro. Twaqqaf unit apposta biex jimmonitorja u jieħu l-azzjoni approprjata biex jiġu friżati dawn l-assi.
Minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, mhux se tingħata l-ebda figura marbuta ma’ dawn l-assi.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-porġett tal-interconnector bejn Malta u Sqallija għall-provvista tal-enerġija elettrika f'pajjiżna? Minn liema sistema u impjant ta' enerġija f'Sqallija se jkun qed jittieħed dawl għal Malta mill-interconnector skont dan il-proġett? Meta hemm il-ħsieb li jibda b'mod konkret ix-xogħol fuq dan l-interconnector?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qed isir xogħol ta’:
· tħejjijiet ta’ applikkazzjonijiet għal permessi f’ Malta u fi Sqallija.
·
surveys
tar-rottot fuq l-art fi Sqallija u f’ Malta.
·
Survey
tar-rotta ta’ taħt il-baħar.
· Disinn idettaljat tas-sistemi kollha tal-interconnector li
jinkludu s-substations
fi Sqallija u f’Malta, l-
cables
ta’ taħt l-art f’Malta u fi Sqallija u l-cable ta’ taħt il-baħar bejn Sqallija u Malta.
Il-provvista tal-elettriku se tittieħed mis-
substation
ta’ Ragusa, li tifforma parti mill-230 kV
transmission grid
ta’ Sqallija/Italja.
Ix-xogħolijiet diġà bdew kif huwa spjegat fl-ewwel parti tal-mistoqsija. L-ewwel xogħolijiet fuq is-sit se jidhru fis-sena 2012 meta xogħolijiet fuq id
-distribution centre
li se jinbena fil-Magħtab jibdew f'April 2012. Il-Proġett huwa mistenni li jitlesta f’Ottubru 2013, meta l-Interconnector ikun operattiv.
Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm tħallset flus il-BWSC għall-estensjoni tal-power station f'Delimara? Jista' jagħti breakdown għalxiex tħallsu dawn il-flus lill-BWSC? X'persentaġġ huma dawn il-ħlasijiet tal-valur kollu tal-kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Papers Laid 1 & 2 - PQ 25716.xlsPapers Laid 3 - PQ 25716.doc
Kuntratt tal-ftehim għall-manutenzjoni tal-impjant
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat il-ftehim mal-BWSC tal-kuntratt għall-manutenzjoni tal-impjant li bih qed tiġi estiża l-power station ta' Delimara? Meta ġie ffirmat? X'inhu l-valur tiegħu u għal kemm snin se jkun validu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ebda kuntratt ma ġie ffirmat mal-BWSC għall-manutenzjoni tal-impjant għall-estenzjoni tal-power station ġewwa Delimara.
Fil-kuntratt għall-bini tal-estenzjoni, il-Kuntrattur ippreżenta stima ta’ €18-il miljun għall-manutenzjoni tal-impjant għal perjodu ta’ ħames snin. Din l-istima qed tiġi negozjata bejn l-Enemalta u l-kuntrattur, bil-għan li jingħata l-aħjar servizz ta’ manutenzjoni għall-impjant bl-aħjar prezz.
Kumpanija Medavia — għajnuna finanzjarja mill-gvern Malti
Question
Jista' l-Ministru jgħid, minħabba l-gwerra tal-Libja, x'inhuma l-problemi li bħalissa tinsab fihom il-kumpanija Medavia? Il-gvern ġie mitlub għal xi għajnuna finanzjarja?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba l-kriżi fil-Libja l-operat ta’ MEDAVIA, li tiddependi kważi esklussivament fuq xogħol mil-Libja, huwa prattikament wieqaf. Il-kumpanija ma talbet l-ebda għajnuna finanzjarja mill-Malta Enterprise, għalkemm il-Gvern qiegħed isegwi mill-viċin l-iżviluppi tal-kumpanija konċernata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim mas-sidien tal-pompi tal-petrol biex jingħataw żieda fil-commission? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiex kien jikkonsisti dan il-ftehim u kemm tammonta din iż-żieda? Jista' jgħid x'inhuma eżatt il-commitments illi s-sidien intrabtu bihom? Jista' l-ftehim imsemmi jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi.
PricewaterhouseCoopers — studju fuq żieda fil-commission tas-sidien tal-pompi tal-petrol
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-PricewaterhouseCoopers tqabbdu jagħmlu studju bil-għan li jkun stabbilit jekk is-sidien tal-pompi tal-petrol għandhomx jingħataw żieda fil-commission? Jekk fl-affermattiv, kemm sewa dan ir-rapport u x'kienet il-konklużjoni tal-istess rapport? Jista' dan ir-rapport jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni Enemalta, f’Jannar 2011, giet mitluba tevalwa t-talba li saret mis-sidien tal-pompi tal-petrol, u tqabbdu PricewaterhouseCoopers biex jagħmlu dan l-istudju.
Dan ir-rapport ikkonkluda li t-talba ta’ €0.032c kull litru ma kienetx qed taqbel maż-żieda ta’ €0.0045c kull litru li kienet tista tagħti l-Korporazzjoni Enemalta sabiex tkopri l-inflazzjoni.
Il-fee għal dan l-istudju kien ta’ €8,700, eskluż il-VAT. Kopja ta’ dan ir-rapport qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min stabbilixxa ċ-ċifra ta' €25 miljun bħala spiża li trid tintnefaq fuq upgrading ta' pompi tal-petrol? Jista' jgħid kif ġiet stabbilità din iċ-ċifra u jekk din ġietx korroborata ma' stimi oħra? Jista' jgħid x'ġara mill-fond li kien twaqqaf mill-Korporazzjoni Enemalta biex suppost jagħmel tajjeb għal din l-ispiża?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi.
Taqsima Propjetà tal-Gvern — Għawdex - Għajnsielem - Triq il-Ħamri
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar x'irriżulta lit-Taqsima Proprjetà tal-gvern dwar abbużi li twettqu fi proprjetà pubblika li tinsab fi Triq il-Ħamri fl-inħawi tal-Belveder f'Għajnsielem f'Għawdex? Jista' jgħid min huma l-persuni li jidhru bħala l-iżviluppaturi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapporti li setgħu saru dwar dan il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tar-Rikors magħmul mill-Kummissarju tal-Artijiet kontra l-iżviluppatur Silvio Rapa, dwar l-abbużi li twettqu fi proprjetà pubblika li tinsab fi Triq il-Ħamri fl-inħawi tal-Belvedere f’Għajnsielem, Għawdex. Dwar l-aħħar mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku dwar liema rapporti qed jirreferi.
Qorti tal-Maġistrati ta' Għawdex — żvilupp abbuż fuq proprjetà pubblika f'Triq Ħamri - Għansielem
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23716, jista' l-Ministru jgħid x'sar fid-dawl tal-protest ġudizzjarju intavolat fil-Qorti tal-Maġistrati t'Għawdex fl-4 ta' Jannar 2011 dwar l-iżvilupp abbużiv fuq proprjetà pubblika li tinsab fi Triq il-Ħamri fl-inħawi tal-Belveder f'Għajnsielem, fejn l-intimat ingħata tmien ġimgħat żmien, li kienu jiskadu fl-4 ta' Marzu 2011 biex jippristina l-Belvedere lura għall-istat oriġinali, kif ukoll biex jagħmel tajjeb għad-danni kkaġunati fuq art pubblika? Jista' jgħid kif żvilppaw l-affarijiet mill-4 ta' Marzu sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-terminu ta’ żmien li ngħata lill-iżviluppatur tal-art f’Għajnsielem u li fih kellhom isiru t-tiswijiet neċessarji ma ġiex osservat, u kien għalhekk li l-Kummissarju tal-Artijiet kellu jiftaħ kawża kontra l-iżviluppatur sabiex jassigura li d-drittijiet tiegħu jiġu salvagwardjati.
Il-kawża ġiet appuntata għas-smigħ quddiem il-Qorti tal-Maġistrati t’Għawdex għall- 24 ta’ Mejju 2011.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema mhux Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mhux Maltin matul is-sena 2010, mad-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma, kif ukoll x'inhu l-grad?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara kif l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, qed iħallas il-kont tad-dawl u ilma tiegħu fuq three-phase meta dan għandu single phase? Tista' l-Arms Ltd tara l-problema u tagħtih id-differenza tal-flus li ħallas?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ngħatat lill-Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex il-ħsieb li twettaq programm ta' xogħol li permezz tiegħu l-mains tal-ilma fil-bliet u rħula tagħna jibdew jitqiegħdu fuq iż-żewġ naħat tat-triq, biex jiġu ffrankati ħafna spejjeż żejda ta' manutenzjoni kemm fil-mainsinfushom, kif ukoll fit-toroq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tqiegħed il-mains tal-ilma fuq iż-żewġ naħat tat-triq meta l-wesgħa tat-triq tippermetti u meta ma jkunx hemm ħafna iktar servizzi mqiegħda diġà.
B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsijiet parlamentari 24333, 25140 u 25464 dwar struzzjonijiet lid-Direttur tal-Kuntratti biex jieħu l-parir tal-Avukat Ġenerali dwar it-tqegħid ta’ kopja ta’ kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru issa jgħid jekk l-Avukat Ġenerali tax il-parir tiegħu lid-Direttur tal-Kuntratti? Jekk fl-affermattiv, x’inhu l-parir li ta? Jekk fin-negattiv, għaliex dan id-dewmien? X’inhi l-problema tal-Ministru biex jagħti tagħrif daqhekk sempliċi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25140.