Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Sejħiet għal Allied Health Professional (Occupational Therapy)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, matul l-aħħar sitt xhur ħariġx sejħiet għal Allied Health Professional (Occupational Therapy)? Jekk iva, jista’ jgħid jekk wieħed mill-kriterji sabiex tikkwalifika għal dan ix-xogħol kinitx li trid tkun Third Country National? Jekk iva, kemm kien hemm Maltin li applikaw, iżda minħabba li kienu Maltin ma kkwalifikawx għal dan ix-xogħol?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab informat li f’dawn l-aħħar sitt (6) xhur, il-Ministeru (Saħħa) ħareġ żewġ sejħiet għall-Allied Health Professional (Occupational Therapy). Waħda mis-sejħiet kienet miftuħa għall-applikanti Maltin kif ukoll Ewropej u l-oħra kienet għall-applikanti li huma Third Country Nationals. Din ta’ l-aħħar inħarget għax ma kienx hemm biżżejjed applikanti fl-ewwel sejħa. Qed jiġi kkjarifikat li skont ir-regolamenti l-applikanti tal-ewwel sejħa jiġu ngaġġati b’mod indefinit. Filwaqt li l-applikanti għall-sejħiet għal Third Country Nationals jiġu ingaġġatti b’mod definit. Iż-żewġ applikanti Maltin li applikaw fit-tieni sejħa ma’kienux eliġibli skont il-kriterji tas-sejħa. Ninsab infurmat ukoll li dalwaqt ser tinħarreġ sejħa oħra li jkunu jistgħu japplikaw għaliha.

Mediċina Blinatumomab

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċina bl-isem ‘Blinatumomab’ li tintuża għall-kura tal-kanċer hix liċenzjata biex tingħata ġewwa pajjiżna? Jekk iva, jista' jgħid liema pazjenti qegħdin jingħataw din il-mediċina? Jekk le, jista' jgħid hemmx ħsieb li din il-mediċina tiġi liċenzjata biex tingħata ġewwa pajjiżna?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li il-mediċina bl-ingredjent attiv ‘Blinatumomab’ hija lliċenzjata b’mod iċċentraliżat mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini. B’dan il-mod hija aċċessibli minn kull pajjiż Ewropew.

L-Imġarr, Malta – Ċimiterju — Manutenzjoni

Question

Fid-dawl li għal numru ta' drabi tlabt biex isiru l-manutenzjonijiet meħtieġa fiċ-ċimiterju tal-Imġarr (Malta), dan wara li ilu f'din il-qagħda prekarja għal aktar minn tliet snin, jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-qagħda ta’ dan iċ-ċimiterju?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi wara li saru diversi sejħiet, l-offerta ġiet aġġudikata u sar il-ftehim tal-kuntratt mal-kuntrattur magħżul. Ix-xogħol ser ikun jista’ jibda meta joħorġu il-permessi mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni u jingħata l-permess mis-sid tal-għalqa ta’ biswit iċ-Ċimiterju għax xi xogħlijiet iridu jsiru minn hemm. Imbgħad il-kuntrattur ikollu perjodu ta' għaxar ġimgħat biex ilesti tax-xogħlijiet.

Każ ta’ Individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11338, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi hemm fuq il-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid ukoll meta ser issir din l-operazzjoni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħtina iktar tagħrif dwar l-individwu u dwar il-każ tiegħu.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll ir-raġunijiet għal dawn l-approvals?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14726.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Settur tas-Saħħa — sptarijiet

Question

Wara l-iżviluppi li kien hemm fil-każ li jinvolvi l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatement, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux ser iżomm l-isptarijiet f’idejh?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jemmen li għandu jkun hu fil-kontroll tas-servizz tas-saħħa pubblika.

Sptarijiet – Spare bed capacity

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispare bed capacity ġewwa l-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-Isptar Mount Carmel u l-Isptar Sir Anthony Mamo kull bidu tax-xahar matul l-2022 u l-2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interperlant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Residenzi San Vincenz De Paul, Karin Grech u Zammit Clapp — Spare bed capacity

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispare bed capacity ġewwa r-Residenzi San Vincenz De Paul, Karin Grech u Zammit Clapp kull bidu tax-xahar matul is-snin 2022 u 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: Spare Bed Capacity 2022 2023 San Vincenz De Paul 643 293 Karin Grech 926 482 Zammit Clapp 0 0 Qed niġi infurmat li ġewwa Żammit Clapp kif sodda tiġi available din terġa' tiġi okkupata immedjatament.

Sptar Mater Dei — Pazjenti rikoverati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rikoverati pazjenti xahar b’xahar matul l-2022 u l-2023 ġewwa l-Isptar Mater Dei? Kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija, kemm minnhom huma barranin u minn liema pajjiżi huma dawk ta’ nazzjonalità barranija? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ħallsu għall-kura li ngħatatilhom u x’kien l-ammont totali mħallas matul is-sena 2022 u s-sena 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li rrikorrew għal kull ċentru tas-saħħa f’Malta u Għawdex xahar b’xahar matul l-2022 u l-2023? Jista’ jgħid ukoll: a. ⁠kemm minnhom żaru ċ-ċentru tas-saħħa b’appuntament ta’ outpatients; b. kemm minnhom kienu bħala emerġenza għat-tabib; ċ. kemm minnhom huma ta’ nazzjonalità Maltija; d. kemm huma ta’ nazzjonalità barranija u x’nazzjonalità huma?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – Pazjenti riferuti miċ-ċentri tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ pazjenti li ġew riferuti lejn l-Isptar Mater Dei miċ-ċentri tas-saħħa individwalment matul l-2022 u l-2023 u kemm minnhom ġew rikoverati għal aktar kura?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Bormla — Klinika lokali medika - Rinovazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar darba li ġiet rinovata l-klinika lokali medika ġewwa Bormla?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla huwa kopert minn programm ta’ manutenzjoni ta’ rutina. Il-Programm ta’ Manutenzjoni huwa proċess kontinwu li jassigura liċ-Ċentru tas-Saħħa jinżamm fl-aħjar kondizzjoni possibbli l-ħin kollu.

Għawdex — Sptar Ġenerali - Helipad

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li tinbena helipad ġewwa l-Isptar Ġenerali t'Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess ta’ analiżi ta’ proġetti meħtieġa għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li jwassal għal “Medical Brief”. Fost dawn il-proġetti jkun diskuss il-possibbiltà ta’ helipad fl-istess impronta tal-isptar.

Bormla — Dar tal-Anzjani – Rendikont tal-ispejjeż u l-ħlasijiet kollha

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż u l-ħlasijiet kollha li saru sa issa, relatati mad-Dar tal-Anzjani f’Bormla minn meta ingħalqet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż li saru sa issa, relatati mad-Dar tal-Anzjani f’Bormla minn meta ngħalqet, huma relatati mas-sigurtà tal-post li jammontaw għal €6,195, biex jiġi evitat vandaliżmu jew xi attività kriminali oħra.

L-Imsida — Dar tal-Anzjani - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew ix-xogħlijiet fuq id-Dar tal-Anzjani tal-Imsida li issa ilha mwaqqa’ għal kważi aktar minn sentejn? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender marbut ma’ din id-dar, jekk jeżisti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti għal Disinjar, Bini, Żamma, Ġestjoni, u Operat tad-Dar tal-Anzjani tal-Imsida ser tiġi ppubblikata aktar tard din is-sena.

L-Imsida — Dar tal-Anzjani - Rendikont tal-ispejjeż u l-ħlasijiet kollha

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż u l-ħlasijiet kollha li saru sa issa relatati mad-Dar tal-Anzjani fl-Imsida minn meta ġiet imwaqqa’ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret l-ebda spiża u ħlas relatata mad-Dar tal-Anzjani fl-Imsida minn meta ġiet imwaqqa’ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.

Birkirkara – Dar tal-Anzjani — Proġett

Question

Peress illi l-Gvern kien ħabbar proġett ta’ €12 miljun għal dar tal-anzjani f’Birkirkara ftit jiem biss qabel l-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett huwiex ser isir? Jekk iva, jista’ jgħid meta ser jibda dan il-proġett? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ma hu qed isir l-ebda proġett ta’ din ix-xorta fil-lokalità ta’ Birkirkara?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.