Legislature:
Category:
Reset
Active:

Stokk ta’ basktijiet tal-plastic

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex sejjer jħalli lil dawk is-sidien tal-ħwienet li għandhom stokk ta’ basktijiet tal-plastic sabiex jagħmlu użu minnhom matul is-sena 2009 kollha? Jekk persuna għandha maħżen basktijiet tal-plastic għal sena, dan jista’ jibqa’ juża dawn il-basktijiet jew se jkunu marbutin bl-użu ta’ dawn il-basktijiet sa xi data? X’jiġri mill-basktijiet żejda li jkun fadallu fl-istokk tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li kif digà ħabbart fil-pubbliku, mill-1 ta’ Mejju li ġej, il-basktijiet tal-plastik li se jinbiegħu irid ikollhom fuqhom il-marka ta’ kontroll skond il-ligi ta’ l-eko-kontribuzzjoni, rrispettivament mill-fatt jekk il-basket li qed jinbiegħ kienx stokk qadim jew le. Min jifdallu basktijiet mhux użati li ma jkunx jista’ jużahom se jkun jista jitlob rifużjoni ta’ l-eko-kontribuzzjoni li jkun ħallas fuqhom. Din it-talba għandha ssir sal-15 ta’ Mejju 2009. Sadanittant, il-GRTU, li kontinwament qed nikkonsultaw magħha fuq dan is-suġġett, qed tagħmel stħarriġ ħalli tara x’implikazzjonijiet ser iħallu dawn il-miżuri fuq il-bejjiegħa li l-iktar ser jintlaqtu u x’rimedji oħra jkun hemm forsi jittieħdu biex jittaffa l-effett tagħhom.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — vot finanzjarju u nefqa attwali - refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm (a) kien il-vot finanzjarju allokat u (b) in-nefqa attwali biex isir refurbishment fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali f'Beltissebħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità Maltija għar-Riżorsi — feed-in tariffs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6953, 6832 u 6569 u jgħid meta ser tiġi deċiża l-policy tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi dwar feed-in tariffs? Dawn se jkunu preferenzjali jew 1 : 1? Hemm xi ħsieb li 'l quddiem titfassal feed-in tariff anke għall-intraprendituri barranin jew Maltin li jistgħu jitħajru jipproduċu enerġija alternattiva għas-suq lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Stormwater master plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6906, 6738 u 6548 u jgħid fiex wasal l-istormwater master plan? Jista' jgħid jekk dan il-pjan hux ser jindirizza l-aspett tal-flood relief u hux ser jipprovdi ammont sostanzjali ta’ storm water għal re-use fix-xhur tas-sajf meta l-aktar ikun meħtieġ? X’inhu l-istorage capacity ppjanat tal-istorm water infrastructure? Meta ser jigi ppubblikat il-pjan nazzjonali dwar l-ilma? Kemm implimentajna s’issa mill-European Union Water Framework Directive?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6951, 6830, 6570 u cioè: Billi l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, bħal kull Ministeru ieħor, huwa ffinanzjat minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jagħtina dan it-tagħrif marbut mal-abbozz tad-dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu: a) Kemm ġew jiswew individwalment ir-rapporti kkummissjonati in konnessjoni ma' dan id-dokument strategiku i.e. breakdown dettaljat? b) L-ismijiet tal-persuni li għamlu dan ix-xogħol ta’ konsulenza fil-kompilazzjoni ta’ dawn ir-rapporti c) Il-kompetenzi tekniċi tal-persuni konċernati involuti fir-rapporti individwali li jissemmew fid-dokument innifsu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor interpellant illi l-abbozz għall-konsultazzjoni dwar l-aġġornament ta’ l-istrateġija għall-immaniġġar għall-iskart solidu ġie abbozzat minn kumitat appuntat apposta għal dan il-għan. L-ismijiet tal-persuni involuti huma il-Perit Kevin Gatt bħala Chairperson kif ukoll l-Profs. Alfred Vella, is-Sur Kevin Mercieca u Dr Chris Ciantar bħala membri. Kumitat relatat mal-abbozzar ta’ din l-istrateġija huwa l- Waste to Energy Working Group . Dan kien kien magħmul mill-Perit Kevin Gatt bħala Chairperson, l-Inġ. Alex Tranter, Inġ. Paul Cardona, Dr. Chris Ciantar, Dr. Natalino Fenech u l-Inġ. John Pace. Kumitat ieħor relatat ma l-istrateġija huwa l- Clinical Waste Waste Working Group . Dan kien magħmul mill-Perit Kevin Gatt bħala Chairperson u l-membri kienu Dr Michael Borg, u s-Sur Dennis Grech, Dr Chris Ciantar u s-Sur Colin Calleja. Ma kien hemm l-ebda ħlas għax-xogħol imwettaq minn dawn it-tliet kumitati imsemmija. Rigward l- Agricultural Waste Management Plan imħejji mill-Kumpanija Sustech Consulting, sar ħlas ta’ €148,850.45 Il-kompetenzi tan-nies involuti jvarjaw minn periti, inġinieri, xjentisti u ambjentalisti sa dawk relatati mas-servizz tas-saħħa.

Għawdex — użu ta' sorsi alternattivi għall-enerġija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6745 u jgħid jekk sarx xi studju ta’ cost-benefit biex jiġi stabbilit jekk jaqbilx li Għawdex jiġġenera l-enerġija kollha tiegħu bl-użu ta’ sorsi alternattivi? Jekk ma sarx, hemm il-ħsieb li jsir? Jekk fl-affermattiv, meta mistenni jsir? Jekk fin-negattiv għaliex il-Gvern ma jħossx li għandu jsir dan l-istudju?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Siġar tal-palm reġistrati

Question

Wara li seħħet ir-reġistrazzjoni tas-siġar tal-palm f'Malta u f'Għawdex, jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk hux ser issir xi programm ta' informazzjoni partikolari għas-sidien ta' dawn is-siġar li ġew reġistrati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Plant health division — reġistrazzjoni tas-siġar tal-palm

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' siġar tal-palm li ġew reġistrati mal-plant health division sad-data tal-għeluq tar-reġistrazzjoni, lokal b'lokal? Kemm minn dawn is-siġar ġew reġistrati mill-privat u kemm minn xi dipartiment tal-gvern jew kunsill lokali? Jekk hemm min għal xi raġuni ma rreġistrax il-palm li kellu, jista' jiġi u jirreġistra dan il-palm issa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

WasteServ — Kunsulenti legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5350 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid minn huma l-konsulenti legali tal-WasteServ Malta? Meta rebħu l-offerta? Kemm hu twil f'ammont ta' żmien il-kuntratt li sar magħhom? Kemm hi r-rata li jitħallsu biha? Il-Gvern huwa marbut magħhom b'xi mod? Huma kif inhuma marbutin mal-Gvern? Xi jsir jekk jinkiser dan il-ftehim? Hemm penali min-naħa tal-Gvern jew tagħhom li jridu jħallsu jew jitħallsu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Impjant ta' Sant' Antnin — impatt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5251 u jgħid meta l-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin se jkun komplut u jibda jiffunzzjona in toto? Jista' jgħid ukoll: a) Jekk huwiex beħsiebu jagħmel studju dwar l-impatt li l-Impjant jista' jkollu fuq is-saħħa tar-residenti qabel ma jgħaddi għat-tieni fażi? b) Jekk jaqbilx li l-espert tal-WasteServ Dr. Monks kien iddikjara pubblikament fit-22 ta' Settembru 2005 waqt il-laqgħa pubblika għall-approvazzjoni tal-Outline Development li dan l-istudju ma kienx sar għax iqum ħafna flus? ċ) Jekk jistax ippoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju, rapport li l-Ministru għandu dwar il-potenzjal ta' impatt tal-Impjant fuq is-saħħa tar-residenti? Jaħseb li l-parti tal-EIA/S tas-soċjetà SLR li tittratta dwar dan hijiex assolutament inkonklussiva, rudimentali u mhux tad-depth li dan is-suġġett jimmerita?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li sa ftit ġimgħat oħra hu maħsub li l-impjant jkun komplut u jibda jiġi kkumissjonat. L-istudji kollha neċessarji saru qabel ma nħarġu l-permessi għall-bini skond kif rikjest mill-awtoritajiet konċernati, u dawn ġew approvati mill-istess awtoritajiet. Ma hemmx ħsieb li jkun hemm tkabbir ta’ dan l-impjant u għaldaqstant mhux maħsub li jkun hemm it-tieni fażi. Għat-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lil Onor interpellant li kwalunkwe studju mitlub minn kwalunkwe awtorità ġie kkummisjonat u approvat u ma hemm l-ebda studju li ma sarx minħabba spejjeż relatati. Id-dokumenti kollha kienu għad-disposizzjoni tal-pubbliku waqt il-proċess wiesa` ta’ konsultazzjoni marbut ma’ l-istess applikazzjoni u permess. Nirrepeti li l-istudji li saru kollha inkluż il-parti tal-EIA/S tas-soċjetà SLR ġew approvati mill-awtoritajiet konċernati wara li ħarġu għall-konsultazzjoni.

Marsa — Inċineratur

Question

B'referenza għall-inċineratur li nbena fil-Marsa, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6691 u jgħid: i) meta nħarġet it- tender għal dan l-inċineratur ii) min rebaħ din it-tender u b'liema prezz iii) meta beda jaħdem dan l-inċineratur u kemm ġie jiswa finalment meta tlesta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fl-2003 kien ġie deċiż li l-proġett tal-inċineratur ikun wieħed mill-proġetti ffinanzjati mill-Hames(5) Protokoll Taljan skond il-kriterji ta’ dan il-programm finanzjarju. Il-kuntratt, li kien ipproġettat li jiswa 10.8 miljun ewro ingħata lil Barbieri & Tarozzi Group fid-19 ta Frar tal-2004. Meta wieħed iżid l-ispiża li saret biex ġie nstallat l-upgrade, is-somma finali kienet ta’ madwar 13-il miljun ewro. L-inċineratur beda jaħdem f’Diċembru 2007 u għadu taħt perjodu ta’ commissioning .

Agriculture Waste Management Plan — persuni involuti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6588, jista' l-Ministru jgħid min ikkontribwixxi fl-istess rapport u jindika min hu/hi/huma l-firmatarji tal-istess rapport?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Park tal-Majjistral — chairman

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma meta inħatar chairman tal-Park tal-Majjistral l-persuna li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament? Meta issottometta r-riżenja tiegħu? Meta irriżenja, kemm kien ilu ma jattendi board meeting tad-diriġenti tal-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Policy fuq żbir

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi policy dwar iż-żbir tas-siġar kemm fir-rigward l-operat tiegħu nnifsu kif ukoll bħala gwida għall-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex, billi spiss jaslu rapporti u jkun hemm min anke kkritika u kkummenta fil-media indipendenti li ħafna drabi iż-żbir isir b'nuqqas t'għaqal?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Użu għall-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jilqa' l-ilma tax-xita u b’hekk ikun jista' jerġa' jużah u ma jħallix li dan jintilef fil-baħar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Riabilitazzjoni tal-Kottonera — Kumitat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6563 u jgħid min huma l-membri tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera? Kemm-il darba ltaqgħu matul is-sena 2008? Kemm kellhom flus ivvutati? Liema proġetti saru matul is-sena 2008 u f'liema lokalità? Kemm kienet l-ispiża f'kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Nefqa kapitali f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa kapitali f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2008 tal-entitajiet Governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa totali tal-istess entitajiet? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar in-nefqa rikorrenti? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skond l-entità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ma narax il-ħtieġa li nuza r-risorżi umani limitati li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant peress li din trid ammont kbir ta` ħin sabiex tinġabar. Jekk l-onoroevoli membru jixtieq informazzjoni dwar xi proġett partikolari, m'għandix diffikulta li niġborlu d-dettalji.

Pitkalija — Pagament dwar sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir il-pagament rigward is-sussidju dovut lil tal-pitkalija għas-sena 2008, stante illi sal-lum dawn għadhom ma rċevew xejn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Żebbuġ — Produzzjoni taż-żejt

Question

Filwaqt li ninforma lill-Ministru li l-perijodu li qed nitlob it-tagħrif dwaru huwa bejn Diċembru 2007 u Diċembru 2008, jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5566, 4687, 4197, 3430 u 2637 u jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi prodott f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemmx xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar? X'targets irid jilħaq il-gvern f'dan s-settur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Żwejra — Engineered Landfill - site plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6633 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' site plan li juri il-konfini preċiżi tal-Engineered Landfill taż-Żwejra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.