Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji - tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f' seduta oħra.

Kunsill Lokali Marsaskala – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala jaqbilx sabiex jiġu installati speed cameras fit-toroq prinċipali ta’ Marsaskala biex jiġu evitati ħafna inċidenti? Jekk iva, x’inizjattivi wettaq biex ikun hemm installati dawn il-cameras?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala illi l-Kunsill huwa tal-fehma li ma tiġix installata speed camera fi Triq il-Qaliet minħabba li hi triq residenzjali. Tajjeb jingħad ukoll li f’din it-triq diġa’ hemm sett traffic lights, ¿ewġ zebra crossings u oħra li ser issir dalwaqt. Il-Kunsill were x-xewqa ma’ Transport Malta dwar l-installazjoni ta’ speed cameras fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas pero’ minflok ġew installati speed humps.

Kunsilli Lokali – promozzjoni għall-anzjanità attiva

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’qegħdin jagħmlu l-Kunsilli Lokali sabiex jippromwovu l-anzjanità attiva fil-komunità?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali ħarġet l-iskemi msemmija hawn taħt fejn il-Kunsilli Lokali kellhom l-opportunità li jippromwovu l-anzjanità attiva. Isem ta’ l-Iskema Data tal-Ħruġ L-għan ta’ l-Iskema Skema Finanzjarja favur il-Komunità - Ħajja aħjar permezz ta’ Eżerċizzju Fiżiku u Sports 2 ta’ Novembru 2018 L-għan ta’ din l-Iskema kien li kull ċittadin, inkluż l-anzjani fil-Lokalita', jiġi mħeġġeġ jagħmel eżerċizzju fiżiku permezz ta’ diversi programmi speċifiċi, sports u attivitajiet oħra. Waħda mill-kritejri kienet speċifikament programmi ta’ eżerċizzju fiżiku għall-anzjani. Skema Finanzjarja – ¯vilupp ta’ Libreriji Lokali / Reġjonali f’Ċentri tal-Komunita' 20 ta’ Mejju 2019 L-għan ta’ din l-Iskema kien li l-libreriji lokali u reġjonali jiġu żviluppati f’ċentri tal-komunita’ inklussivi fejn iċ-ċittadini jkollhom l-opportunita’ jattendu u jipparteċipaw f’attivitajiet inovattivi sabiex ikomplu jsaħħu l-għarfien tagħhom f’diversi oqsma f’ambjent soċjali. Waħda mill-kriterji kienet tesiġi li jiġu organizzati attivitajiet li jinvolvu persuni vulnerabbli u anzjani. Għajnuna Finanzjarja għall-Korsijiet ta’ Tagħlim tul il-Ħajja (Lifelong Learning) 28 ta’ Ġunju 2019 Din l-iskema kienet tkopri finanzjament għal kull tip ta' kors li seta' jipprovdi koeżjoni soċjali, d-diversità kulturali u tas-sessi, l-opportunitajiet indaqs, il-mobilità soċjali u l-benessere taċ-ċittadin. Dan kien jinkludi wkoll l-anzjanita attiva’ . Waħda mill-kriterji kienet speċifikatament tinkludi il-finanzjament ta' trasport għar-residenti kollha inkluż l-anzjani li jsibu diffikulta ta' mobilita'. Finanzjament ta' Programmi - Għaqal id-dar - Ħajja Aħjar 2019 sa 2021 Dan huwa ftehim li jkoppri tlett snin imtella b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali fejn il-Kunsilli joffru programmi biex iċ-ċittadini inkluż l-anzjani jkollhom l-opportunita' li jsaħħu l-għerf, il-valuri u l-ħiliet fl-immaniġġjar tar-riżorsi personali u l-għarfien tad-drittijiet u obbligi fid-diversi oqsma tal-ħajja. Fil-fatt dawn il-programmi attiraw ħafna anzjani.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — servizzi pubbliċi offruti b’mezzi elettroniċi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-servizzi pubbliċi li l-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet fid-dekasteru tiegħu joffru b’mezzi elettroniċi u jindika liema minnhom l-utent jista’ jinqeda kompletament b’mezzi elettroniċi (ie ma jkollux għalfejn jimla formoli manwalment jew imur fiżikament f’xi uffiċċju ta’ min qed jipprovdi s-servizz)?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W27 li ngħatat f’din is-seduta stess.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħaddiema li jaħdmu bit-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq bażi ta’ teleworking fl-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu u jaqsam l-informazzjoni skont il-grad li għandhom il-persuni rispettivi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li diġà tajt għall-PQ 13974.

Kunsilli Lokali f’Għawdex – tipping fees

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13538, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-allokazzjoni tal-kunsilli lokali f’Għawdex għas-sena 2020, hemm indikat li jrid jintuża bilfors għat-tipping fees, u dan kunsill b’kunsill? Jista’ jgħid matul is-sena 2019, kemm kull kunsill lokali f’Għawdex ġie mitlub iħallas f’tipping fees?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif ġej: a) Allokazzjoni għall-Kunsilli Lokali għal Għawdex biex jintefqu fuq tipping fees għas-sena 2020: Allokazzjoni għall-Waste Tipping Fees Kunsilli Lokali f’Għawdex għas-sena 2020 Kunsill Lokali € Ir-Rabat 67,381 Il-Fontana 10,288 Għajnsielem 35,501 L-Għarb 16,792 L-Għasri 6,143 Ta’ Kerċem 16,579 Il-Munxar 24,524 In-Nadur 47,198 Il-Qala 25,540 San Lawrenz 8,650 Ta’ Sannat 18,545 Ix-Xagħra 50,671 Ix-Xewkija 31,962 Iż-Żebbuġ 69,936 TOTAL 431,730 b) Fl-2019, kull Kunsill Lokali ġie mitlub iħallas bħala tipping fees sa mhux aktar mill-ammont mogħti lill-Kunsill fl-allokazzjoni. Allokazzjoni għall-Waste Tipping Fees Kunsilli Lokali f’Għawdex għas-sena 2019 Kunsill Lokali€ Ir-Rabat42,764 Il-Fontana6,529 Għajnsielem22,531 L-Għarb10,657 L-Għasri3,899 Ta’ Kerċem10,522 Il-Munxar15,565 In-Nadur29,954 Il-Qala16,209 San Lawrenz5,490 Ta’ Sannat11,770 Ix-Xagħra32,159 Ix-Xewkija20,285 Iż-Żebbuġ44,386 TOTAL247,738

Kunsilli Lokali – ħlas bil-card u laqgħat “on demand”

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li jaċċettaw ħlas bil-card? Liema wkoll huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom il-laqgħat tagħhom on demand?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f' seduta oħra

Ħal Qormi – Triq id-Deheb Fin – ħmieġ fejn skips

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li fi Triq id-Deheb Fin f’Ħal Qormi u fl-inħawi fejn hemm l-iskips isir aktar infurzar mill-gwardjani lokali kontra min iħammeġ barra għaliex qed ikun hemm ħafna ħmieġ madwar l-iskips b’inkonvenjent għar-residenti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi huwa konxju ta’ din il-problema u għaddejjin diskussjonijiet biex ikun hemm aktar infurzar mill-gwardjani lokali. L-istess Kunsill qed jinsisti mal-Kumpanija GreenPak biex dawn il-bring-in site bins jitneħħew.

Ħal Luqa – Triq Dun Pawl – spiża tat-tender għal-latrina

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma kemm kienet l-ispiża għat-tender mogħti għal-latrina fi Triq Dun Pawl Ħal Luqa, u jinkludi break down tal-istess spiża?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ispi¿a fuq ix-xogħol għal-latrina fi Triq Dun Pawl, Ħal Luqa hija kif murija fit-tabella hawn taħt: Tip ta’ Xogħol Spiża – VAT eskluż (€) Construction Works Demolition and Site Clearance 2,964 Waterproofing and roof works 1,183 Rendering works 9,164 Additional Works 750 Finishing Works Pipework 2,350 Apertures 5,250 Partitions 600 Miscellaneous Works 2,320 Tile Works 4,545 Sanitary Fixtures 5,150 Rendering 300 Additional Works 2,205 10% Contingency 3,959 Professional Fees 1,201 Total (excl. VAT) 44,751

Ħal Luqa – Triq id-Disgħa ta’ April — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu wieqaf ix-xogħol fi Triq id-Disgħa ta’ April f’Ħal Luqa u meta beħsiebu jiġi fi tmiemu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa li x-xogħol ilu wieqaf mit-tieni ġimgħa ta’ Marzu. Ix-xogħol twaqqaf minħabba l-pandemija ta’ COVID-19 u hemm ħsieb li jitkompla ladarba s-sitwazzjoni terġa tiġi lura għan-normal.

Lokalitajiet b'żoni turistiċi – fondi extra

Question

B'referenza għar-risposta mistoqsija parlamentari 14004, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji jiġu segwiti biex lokalità tikkwalifika bħala waħda li għandha fi ħdanha żoni turistiċi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ll-kriterji li jiġu segwiti sabiex lokalità tikkwalifika bħala waħda li għandha fi ħdanha żoni turistiċi taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Il-lokalitajiet li jikkwalifikaw bħala żoni turistiċi huma msemmija fit-Tieni Skeda tar-Regolamenti Dwar Drittijiet għat-Turiżmu (L.S. 409.05). Ma dawn ġew miżjuda t-tlett ibliet tal-Kottonera li huma l-Birgu, Bormla u l-Isla bi qbil mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.

Mużew Marittimu – dħul minn entrance fees u gift shop sales

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13388 dwar il-Mużew Marittimu, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm dħul finanzjarju minn entrance fees u kemm minn gift shop sales fis-sena 2019?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul finanzjarju ta’ €63,335.66 għas-sena 2019 kien relatat ma’ gift shop sales ta’ €2,800.19 u entrance fees ta’ €60,535.47.

Injorata Mejju 2020

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-infjorata Mejju 2020 li saret quddiem il-Palazz?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Infjorata Mejju saret b’nefqa tammonta għal €50,000 (VAT eskluż) u x-xogħol kien jinkludi armar u żarmar tal-infjorita, kif ukoll għotja tal-fjuri għal użu fi spazji pubbliċi madwar il-pajjiż u mill-Kunsilli Lokali wara li tiżżarma l-installazzjoni.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – xiri/donazzjonijiet ta’ kotba fil-librerija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13779, jista’ l-Ministru jara li d-Dipartiment tal-Liberiji jibgħat fuq bażi regolari kotba fil-librerija tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u jgħid jekk hemmx is-servizz li jiġu mislufa l-kotba mil-Libreriji Pubbliċi għad-dispożizzjoni tar-residenti fl-istess faċilità?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li bħalissa qed isiru diskussjonijiet ma’ uffiċjali mill-Education Unit tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin sabiex jigi diskuss l-proċess ta’ xiri/donazzjonijiet ta’ kotba fil-librerija. Il-Malta Libraries diga toffri s-servizz ta’ self ta’ kotba lir-residenti tal-CORRS u se tkun qed taħdem sabiex dan is-servizz jiġi esti¿ f’Kordin għan-nisa u għal-irġiel ukoll.

Ħal Tarxien – Triq l-Isqajjaq — xogħlijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13377, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol f’Triq l-Isqajjaq Tarxien u jekk huwiex possibbli li jittieħdu passi temporanji sakemm dan effettivament jsir?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li għalkemm il-Kunsill jixtieq jipproċedi bix-xogħol f’Triq l-Isqajjaq Tarxien, għalissa ma tistax issir.

Palazz tal-Inkwiżitur – dħul finanzjarju minn entrance fees u gift shop sales

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13382 dwar il-Palazz tal-Inkwiżitur jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm dħul finanzjarju minn entrance fees u kemm minn gift shop sales fis-sena 2019?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul finanzjarju ta’ €178,019.67għas-sena 2019 kien relatat ma’ gift shop sales ta’ € 10,662.75 u entrance fees ta’ €167,356.92.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid: a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva? b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar — skeda tal-ġranet meta jsir knis u tindif ta' toroq

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda tal-ġranet ta’ meta suppost isir it-tindif/knis tat-toroq fil-lokalitajiet tal-Mellieħa (Manikata /Selmun) u San Pawl il-Baħar (Buġibba/Qawra/Xemxija)?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji dwar l-iskeda tal-ġranet ta’ meta jsir it-tindif/knis tat-toroq fil-lokalitajiet tal-Mellieħa (Manikata /Selmun) u San Pawl il-Baħar (Buġibba/Qawra/Xemxija) jinsabu fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Manoel Theatre Management Committee – audited accounts

Question

B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14133, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-Manoel Theatre kif operat mill-Manoel Theatre Management Committee jkollu l-audited accounts tal-aħħar sitt snin lesti, sabiex jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess sabiex jiġu kkumpilati l-audited accounts kollha tal-aħħar sitt snin hu mistenni li jitlestew sal-aħħar ta’ Novembru 2020.

COVID-19 Art Council Malta Funding Scheme – fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikant irċieva fondi mill-COVID-19 Arts Council Malta Funding scheme, min kienu l-applikanti li ħadu fondi, kemm ħadu kull applikant magħżul u x’kien il-proġett li ġie ffinanzjat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.