Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex permezz ta' Transport Malta jitneħħa periklu li hemm fit-tarf ta' ħdejn Triq ta' Ħal Mann ma' Triq Durumblat, eżatt fil-bidu ta' Ħ'Attard fis-sens li bir (ġiebja) li għandha l-bokka tagħha miftuħa (wara l-ħajt tat-triq) tiġi mgħottija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-periklu in kwistjoni qiegħed fi proprjetà privata u għalhekk ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tad-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li b'riżultat tar-riforma li mistennija sseħħ fit-trasport pubbliku, hux mistenni li jiġu ntrodotti rotot ġodda? Jekk iva, fejn hu mistenni li jkun hemm dawn ir-rotot ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Iva u nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal ktieb dettaljat li kien ġie pubblikat.
Jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' bajjiet li fihom ingħataw konċessjonijiet għal berthing facilities temporanji matul is-sajf li għadda? Fejn kienu dawn il-bajjiet li ngħataw għal dan il-għan? X'tip ta' kontroll żammet Transport Malta fuq dawk li ngħataw dawn il-konċessjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sal-lum ingħatat konċessjoni waħda għall-marina temporanja fil-Kalkara, liema kuntratt ġie ffirmat f’Lulju li għadda.
L-operaturi għadhom qed jistennew il-permessi neċessarji mill-MEPA għal
pontoons.
Sadanittant, numru limitat ta’
yachts
ġew akkomodati fuq irmiġġi
stern to quay
. Madanakollu, meta l-
marina
tibda topera kif stabbilit, il-kuntratt jistabbilixxi diversi obbligi li l-operatur irid josserva, u Transport Malta se tassigura li tul il-kuntratt l-operatur jaderixxi ma’ dawn l-obbligi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk intlaħaqx xi ftehim dwar ir-rotta tal-karozza tal-linja li sservi l-Mellieħa biex din ir-rotta tinbidel, bil-għan li tal-ilnja tibda tgħaddi mill-bypass f'ħafna każi minflok mit-Triq Ġorġ Borg Olivier?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qiegħda attwalment tiddiskuti dan it-tibdil fir-rotta mal-offerent preferut (preferred bidder).
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet f'Xatt ir-Risq? X'kienet ir-raġuni għaliex il-bidu tax-xogħlijiet ittardjaw daqshekk? Min hu responsabbli mix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawn x-xogħlijiet ittardjaw għax kien hemm appell fl-aġġudikazzjoni. Ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jinbdew meta jispiċċa l-proċess kollu, u dan ma jiddependix mill-Ministeru tiegħi.
Ix-xogħlijiet jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretajat Permanenti fil-Ministeru tiegħi mgħejun mill-GHRC.
Issa li sar b'suċċess għal sena oħra l-Valletta Boat Show f'Dock One, jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-istess boat show hemmx il-ħsieb li jerġa' jsir is-sena d-dieħla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Valletta Boat Show hija organizzata minn kumpanija privata li torganizza esebizzjonijiet. Għaldaqstant, il-post fejn tinżamm din l-esebizzjoni huwa determinat mill-organizzatur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-organizzaturi tal-Valletta Boat Show ħallsux lil Awtorità Marittima ta' Malta jew lill-gvern sabiex għamlu użu minn Dock 1 u l-area tal-madwar sabiex sar dan l-avveniment? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma nżammu l-ebda ħlasijiet mill-Gvern jew mill-awtorità sabiex isir dan l-avveniment.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet fl-area bejn Xatt ir-Risq u Dock One, liema xogħol suppost beda skont risposti parlamentari li saru matul din is-sena?
Bormla — Triq ix-Xatt - Pelican lights - flood lights
Question
Jista' l-Ministru jara li jerġa' jibda jixgħel il-flood lights li hemm mal-pelican lights fi Triq ix-Xatt ta' Bormla, ma' ġenb il-Knisja ta' Santa Tereża? X'inhi r-raġuni għaliex rapporti fuq l-istess każ li sar anke minni lil Transport Malta ma ġewx mismugħa u baqa' ma sar xejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li saru l-ispezzjonijiet fuq il-pelican lights imsemmija u x-xogħlijiet se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art li hemm inti u dieħel lejn il-Mosta, kif taqbeż il-Knisja ta' San Silvestru fuq in-naħa tax-xellug, li kienet qisha tagħmel parti mill-housing estate tal-Blata l-Għolja imma hija parti maqtugħa minnu u ma ġietx mibnija, hijiex proprjetà privata jew tal-gvern? Jekk din l-informazzjoni ma tistax tingħata, minn fejn tista' tiġi miksuba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji sussegwenti dwar l-operat tal-ispetturi tas-sewqan responsabbli mit-testijiet tal-prattika tal-licenzja għas-sewqan:
1. Kemm hemm uffiċjali fid-dipartiment li huma responsabbli mit-testijiet tal-prattika tas-sewqan?
2. Min huma dawn l-ufficjali?
3. Jista’ jgħid kemm irċeviet ilmenti Transport Malta minn persuni li għamlu t-test tal-prattika tas-sewqan fuq l-imġieba tal-uffiċjali
f’dawn l-aħħar tliet snin?
4. X’kienu n-natura tal-ilmenti?
5. Jista’ jagħti rendikont tal-għadd ta’ ilmenti li kien hemm għal kull uffiċjal imsemmi?
6. Jista’ jgħid x’passi ħadet Transport Malta fuq dawn l-ilmenti?
7. Jista’ jgħid jekk f’dawn l-aħħar tliet snin Transport Malta ċċensuratx jew ħaditx passi dixxiplinarji kontra xi uffiċjal għal imġieba mhux korretta?
8. F’dawn l-aħħar tliet snin kemm kien hemm persuni li għamlu l-eżami tal-prattika għall-ewwel darba u kemm minnhom għaddew mill-ewwel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kemm-il darba jinsisti fuq l-ismijiet kif talab fit-tieni parti tad-domanda, ikolli nikseb il-kunsens ta’ kull wieħed minnhom, proċess li jaf jieħu ż-żmien.
Waqt illi qed tinġabar l-informazzjoni dwar domandi 1 u 8, ir-risposti għad-domandi 3 sa 7 jieħdu ħafna u ħafna ħin biex jinġabru u ma naħsibx li x-xogħol involut jiġġustifika l-ispiża.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx anjanzi mir-residenti Żwieten li għandhom il-proprjetà tagħhom ħdejn il-Vjal 25 ta' Novembru li tinsab kollha ħofor, żrar u trab fl-istess pjazza? Meta se jsir ix-xogħol ta' titjib ta' dan il-Vjal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor Interpellant mhix triq arterjali u l-anqas distributorja u b'hekk ma taqax taħt ir-responsabilta tal-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2009 sal-lum kemm-il darba tlaqqa' is-Supervisory Committee tad-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura ta' l-Awtorita' tat-Trasport ta' Malta mic-Chairman tiegħu filwaqt li jgħid x'remunerazzjoni kellu mill-istess Awtorita' ic-Chairman ta' dan l-istess kumitat fil-perjodu msemmi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-Supervisory Committee tad-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura ġie mwaqqaf permezz tal-Att XV dwar l-Awtorità għat-Trasport f’Malta u għaldaqstant dan il-kumitat beda jiffunzjona mill-1 ta’ Jannar 2010. Infurmat li dan il-kumitat tlaqqa’ sitt darbiet matul din is-sena, sa Settembru 2010.
Ir-remunerazzjoni annwali taċ-
Chairman
ta' dan l-istess kumitat hija ta’ € 13,976.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — parental leave
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave fl-aħħar sitt xhur f'kull dipartiment li jaqa` taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn nisa u kemm minn irġiel? Jista' jgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata? Fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi f'dawn l-aħħar 6 xhur kien hemm talba waħda biss għall-parental leave minn impjegata mara fl-Uffiċċju tal-Liċenzji tat-Televiżjoni. Din it-talba intlaqgħat u ġiet proċessata b'mod immedjat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu karozzi second hand minn barra minn Malta? Minn liema pajjiż ġew importati? Kemm tħallsu f’taxxi/registration fees u spejjeż oħra lill-gvern ta’ Malta b’kollox fis-sena 2010 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni li tinżamm minn Transport Malta dwar vetturi second hand minn barra hija dwar dawk li attwalment ikunu reiġistrati.
L-ammont ta' vetturi użati minn barra minn Malta li ġew reġistrati bejn Jannar u Awwissu ta' din is-sena, kien ta` 6,617.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-pajjiżi flimkien mal-ammonti minn fejn ġew importati l-imsemmija vetturi.
L-ammont ta' taxxa tar-reġistrazzjoni miġbura bejn Jannar u Awwissu 2010 huwa ta’ €25,590,604.41 u l-ammont ta` liċenzji tal-vetturi tat-triq miġbura huwa ta’ € 31,850,342.55.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Kuntratt ta' pubbliċità
Question
Jista' l-Ministru jgħid u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li nġabret.
(Ara dokument numru 6445 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta numru 311 tat-8 ta' Frar 2011)
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq il-Qiegħa, Żurrieq hix waħda minn dawk it-toroq pjanati li jinbnew stante li f'din l-area hemm ippjanata area ta' rikreazzjoni li fin-nuqqas tat-triq ma tistax tinbena?
miżati uffiċjali għal-liċenzja tas-sewqan tal-karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-miżati uffiċjali għal-liċenzja tas-sewqan tal-karozzi ta' Transport Malta kemm għal min japplika l-ewwel darba, kif ukoll għal dawk li jerġgħu japplikaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-miżati uffiċjali għall-liċenzja tas-sewqan tal-karozzi ta' Transport Malta kemm għal min japplika u jgħaddi mal-ewwel darba huma:
· € 23.25 Permess sabiex tkun tista’ toħroġ titgħallem fit-triq
· € 30.25 Applikazzjoni għal test tat-teorija
· € 23.25 Applikazzjoni għal test prattiku
· € 19.95 Ħlas għall-ewwel liċenzja valida għal 3 snin
Il-miżati uffiċjali għall-liċenzja tas-sewqan tal-karozzi ta' Transport Malta għal dawk li jerġgħu japplikaw għal test prattiku huwa ta’ € 23.25.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-wiċċ tal-moll (breakwater) ta' Buġibba, li f'ħafna partijiet tiegħu hu maqlugħ, fil-fatt jiġi mogħti wiċċ ġdid, minħabba l-periklu li dan il-wiċċ qed jikkawża?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' tiswijja ta' dan il-breakwater qiegħed jiġi evalwat.
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx pontoons vojta fil-Marina tal-Imsida? Jekk iva, x'inhi s-sistema ta' allokazzjoni? Jekk le, hemm waiting list? Kemm hemm fil-waiting list?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta għandha 41 irmiġġ fuq il-pontoons fil-marina tal-Imsida kif ukoll 50 irmiġġ mal-moll tal-Pietà li mhumiex allokati, iżda li jintużaw bħala irmiġġi temporanji jew għal dgħajjes li ma joqogħdux fl-irmiġġ li jkun ġie allokat lilhom.
Irmiġġi annwali jiġu allokati skont il-
waiting list
li bħalissa tinkludi 464 applikazzjonijiet.