Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola Nazzjonali tal-Isport – studenti li applikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li applikaw biex jissieħbu fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport (sena b'sena) għal dawn l-aħħar ħames snin u liema kienu d-dixxiplini sportivi li għażlu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ICT Summer Traneeship Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema "ICT Summer Traineeship” hijiex disponibbli għas-settur privat kif ukoll għas-settur pubbliku kif kienet fis-snin ta' qabel? Jekk le, jista’ jgħid għaliex kien hemm tibdil u xi studji u raġunamenti wasslu għal dan it-tibdil?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Skola Hand in Hand – studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu fl-Iskola Hand in Hand li ġejjin minn skejjel Indipendenti, Statali u tal-Knisja? Jista' jgħid ukoll jekk dawn humiex sussidjati mill-Gvern?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Rivista s-Sagħtar – spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rivista Sagħtar tinxtarax mill-Ministeru direttament mingħand il-Fondazzjoni Sagħtar? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hi n-nefqa u jekk tinxtarax b’direct order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MFHEA – reviżjoni tal-operat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8332 u 8706 u jgħid jekk matul dawn l-aħħar snin saritx reviżjoni indipendenti tal-operat tal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) u jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn ir-rakkomandazzjonijiet, minn min saru u jqiegħed kopja ta’ dan fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ombudsman għall-Edukazzjoni – każ kontra l-MFHEA

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8327 u 8707 u jgħid jekk huwiex minnu li matul is-sena li għaddiet l-Ombudsman għall-Edukazzjoni rrakkomanda każ kontra l-Malta Further & Higher Education Authority, (MFHEA), u jekk dan huwa minnu, kemm kienet l-ispiża inkorsa, x’kienet in-natura tal-każ u min approva l-pagamenti relattivi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MFHEA – konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8328 u 8708 u jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati mal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) u kemm minnhom ġew hekk ingaġġati fl-aħħar sentejn? Jista’ wkoll jgħid jekk dawn sarux bl-approvazzjoni tal-Bord relattiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MFHEA — infiq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8330 u 8709 u jikkonferma li fl-aħħar erba’ snin l-infiq fil-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) qabeż in-€0.5 miljun ta’ dak li kien approvat mill-estimi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel primarji – LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel u kapijiet ta' skejjel fil-livell primarju li rriżenjaw mill-impieg tagħhom matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Kulleġġ Santa Tereża – Skola Sekondarja – Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs li talbu għal deployment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs talbu għal deployment biex ma jibqgħux fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Santa Tereża?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9038.

Kulleġġ San Ġorġ Preca – Skola Sekondarja – Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs li talbu għal deployment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs talbu għal deployment biex ma jibqgħux fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9038.

Kulleġġ Santa Margerita – Skola Sekondarja – Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs li talbu għal deployment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs talbu għal deployment biex ma jibqgħux fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Santa Margerita?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9038.

Kulleġġ San Benedittu – Skola Sekondarja – Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs li talbu għal deployment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs talbu għal deployment biex ma jibqgħux fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9038.

Kulleġġ Santa Klara – Skola Sekondarja – Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs li talbu għal deployment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs talbu għal deployment biex ma jibqgħux fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Santa Klara?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9038.

Kulleġġ Maria Reġina – Skola Sekondarja – Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs li talbu għal deployment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs talbu għal deployment biex ma jibqgħux fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Maria Reġina?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9038.

Ċentri S.T.E.A.M.

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8248, 8511 u 8701 u jgħid kemm hawn ċentri S.T.E.A.M. madwar Malta u Għawdex? Fejn jinsabu dawn iċ-ċentri? Kif titħaddem din is-sistema f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'dawn iċ-ċentri u kemm sar investiment f'kull ċentru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hawn 6 ċentri ta’ S.T.E.A.M u l-għalliema jistgħu jgħamlu użu mir-riżorsi skont il-pjan ta’ tagħlim.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8544 u 8757 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Promotion from associate to full Professor and extension of appointment beyond statutory retirement age” datat 6 ta’ Ottubru 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8545 u 8758 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not fully accepted: unfair treatment during a scholarship interview” datat 24 ta’ Jannar 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet (jew parti minnhom) ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8546 u 8759 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Primary school teacher on a career break not allowed to work temporarily in the private sector” datat 9 ta’ Mejju 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel Sekondarji – LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel, u kapijiet ta' skejjel fil-livell sekondarju li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom, matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.