Aġenzija Identità Malta – ittri uffiċjali ppreżentati kontra l-Aġenzija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ittri uffiċjali ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija Identità Malta fil-qrati ta' Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid jekk l-Aġenzija Identità Malta ppreżentatx ittri uffiċjali bi tweġiba għal kull ittra uffiċjali li ġiet ippreżentata kontra l-istess Aġenzija? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-ittri uffiċjali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Aġenzija Identità Malta – American University of Malta — għoti ta’ viżi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il talba rċeviet l-Aġenzija Identità Malta mis-sena 2014 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari għall-għoti ta' viżi għall-istudenti minn persuni li indikaw li se jibdew jattendu l-American University of Malta? Jista' jgħid kemm-il waħda minn dawn it-talbiet ġew aċċettati mill-Aġenzija Identità Malta u minn liema pajjiżi kienu l-persuni li għamlu t-talbiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Identità Malta taċċetta talbiet biss mingħand l-istituzzjonijiet li joffru programmi ta’ studju u mhux mingħand l-individwi li jridu jiġu jistudjaw f’pajjiżna.
Kull student japplika direttament f’waħda mill-Ambaxxati Maltin barra minn xtutna jew dawk l-Ambaxxati li jirrapreżentaw lil pajiżna. L-Aġenzija ma tkunx involuta f’dan il-proċess sakemm ma tintalabx xi għajnuna speċifika dwar xi punt tekniku.
Aġenzija Identità Malta – reklamar fuq is-sit ta’ Facebook
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, xahar b'xahar, kemm kienet in-nefqa mill-Aġenzija Identità Malta, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
In-nefqa t’Aġenzija Identità Malta f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-lum tammonta għal €719.80.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 161 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 162 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2014, l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 172 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Aġenzija Identità Malta – Chairperson Eżekuttiv — bord konsultattiv
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk, ħatarx bord konsultattiv biex jgħin liċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Aġenzija Identità Malta skont dak li jipprovdi l-artikolu 42 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid min kienu u min huma l-membri tal-bord konsultattiv tal-Aġenzija Identità Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat mill-Aġenzija Identità Malta li sa issa ma inħatarx bord bhal dak li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant.
Aġenzija Identità Malta – kontijiet verifikati u rapporti dwar l-operat tal-Aġenzija
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kontijiet verifikati flimkien mar-rapport dwar l-operat tal-Aġenzija Identità Malta matul is-sena 2016? Jista' jgħid għalfejn il-kontijiet verifikati flimkien mar-rapport, għadhom ma ġewx imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra bi ksur ta' dak li jipprovdi l-artikolu 41 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta) u ċjoè li dawn kellhom jiġu ppreżentati lill-Ministru responsabbli mill-Aġenzija permezz tas-Segretarju Permanenti mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara t-tmiem tas-sena finanzjarja 2016 u l-Ministru responsabbli għall-Aġenzija Identità Malta kellu jqegħidhom fuq il-Mejda tal-Kamra mhux iktar tard minn sitt ġimgħat minn meta jkun irċevihom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport dwar l-operat tal-Aġenzija Identità Malta li jkopri s-sena 2016, skont dak li jipprovdi l-artikolu 41 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta), kif ipprovdut lilli mill-istess agenzija.
Aġenzija Identità Malta – Segretarju Parlamentari – preżentazzjoni tal-kontijiet verifikati u rapporti dwar l-operat tal-Aġenzija
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data ta’ meta rċieva kopja tal-kontijiet verifikati flimkien mar-rapport dwar l-operat tal-Aġenzija Identità Malta matul is-sena 2017 u dan skont dak li jipprovdi l-artikolu 41 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta) u ċjoè li dawn għandhom jiġu ppreżentati lilu bħala l-Ministru responsabbli mill-Aġenzija permezz tas-Segretarju Permanenti mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara t-tmiem tas-sena finanzjarja 2017?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ġejt informat minn Identity Malta li r-rapport dwar l-operat ta’ din l-istess Aġenzija li jkopri s-sena 2017, skont dak li jipprovdi l-artikolu 41 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta), se jiġi ppublikat fil-ġimgħat li ġejjin.
Aġenzija Identità Malta – kawżi preżentati kontra l-Aġenzija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kawżi ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija Identità Malta fil-qrati u t-tribunali ta' Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-okkju ta' kull kawża u f'liema stadju waslet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Aġenzija Identità Malta – kawżi preżentati fil-Qrati u tribunali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kawżi ppreżentat l-Aġenzija Identità Malta fil-qrati u t-tribunali ta' Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-okkju ta' kull kawża u f'liema stadju waslet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Aġenzija Identità Malta – protesti ġudizzjarji kontra l-Aġenzija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'protesti ġudizzjarji ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija Identità Malta fil-qrati ta' Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid jekk l-Aġenzija Identità Malta ppreżentatx kontro-protest ġudizzjarju għal kull protest ġudizzjarju li ġie ppreżentat kontra l-istess Aġenzija? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-protesti ġudizzjarji u l-kontro-protesti ġudizzjarji?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport sħiħ tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar l-investigazzjoni tagħha biex ikun stabbilit jekk f’numru ta' każi ta' dixxiplina li kienu jikkonċernaw uffiċjali pubbliċi li jaqdu dmirijiethom fir-Residenza San Vinċenz de Paule, jekk il-Kap Eżekuttiv tal-istess residenza kenitx abbużat jew użat ħażin l-awtorità delegata lilha biex teżerċita kontroll dixxiplinarju fuq l-istess uffiċjali, jew inkella naqsitx milli teżerċita sew dan il-kontroll skont ma jipprovdu r-Regolamenti tal-Proċedura ta' Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku?
Gaming – riskju fuq is-sistema finanzjarja ta’ Malta
Question
B’referenza ghall-mistoqsijiet parlamentari 4266 u 4269, jista’ l-Prim Ministru jekk hux il-ħsieb tal-Gvern jew tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) li jippubblika r-rapport tan-National Risk Assessment (NRA) bħal mhi prassi f’pajjiżi oħra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
In-National Risk Assessment (NRA) dwar il-Ħasil ta’ Flus, sar fuq livell Nazzjonali u mhux biss fuq is-settur tal-logħob. Mhux prassi li tali assessments jigu ppubblikati mill-awtoritajiet indipendenti li jikkummissjonawhom.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 136 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid x’pożizzjoni jkollu persuna Third Country National li ilu ħames snin jirrisjedi u jaħdem legalment f'Malta? Dan għandu dritt li jingħata permess ta' residenza għall-ħames snin oħra, liema permess jinkorpora fih id-dritt li jaħdem? Kemm kien in-numru ta’ Third Country Nationals li kienu ilhom ħames snin jirrisjedu u jaħdmu f'Malta u li applikaw għall-permess ta' residenza ta' ħames snin xahar b'xahar fl-aħħar 24 xahar? Kemm minnhom ingħatalhom dan il-permess? Kemm minnhom ma ngħatalhomx permess? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — appointment ta' konsulenza
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 137 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?
Aġenzija Identità Malta – kopja ta’ ftehim dwar l-operat tal-Aġenzija
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Ftehim tal-Aġenzija li abbażi tiegħu jitwettaq l-operat tal-Aġenzija Identità Malta skont dak li jipprovdi l-artikolu 7 tal-Ordni li jwaqqaf l-Aġenzija Identità Malta (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 497.07) u l-artikolu 40 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant, kif mgħoddi lili mill-Aġenzija Identità Malta.
Ninsab informat illi dan il-ftehim qiegħed fil-proċess li jiġi rivedut biex jirrifletti tibdil li se jsir fl-operat tal-Aġenzija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, kemm-il karta tal-identità baqgħet mhux imġedda sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?