Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'pagi u salarji totali fis-settur pubbliku sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fis-settur pubbliku għal kull sena? Jista' jgħid kemm hemm nies jaħdmu fis-settur pubbliku b'kuntratti ta' xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu l-profitti sena b'sena tal-Korporazzjoni Enemalta għal dawn l-aħħar ħames snin? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm huwa id-dejn totali li għandha l-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta għandhiex xi shareholding f'xi kumpaniji oħra u kemm hu dan ix-shareholding f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel u l-aħħar parti tal-mistoqsija hija kif muri fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tad-dejn tal-Korporazzjoni nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21628.
Jista’ l-Ministru jgħid minn Jannar 2011 sal-aħħar ta’ April 2011 kemm kienu dawk li għandhom kontijiet domestiċi li s-servizz tal-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom kienu sospiżi min-naħa tal-Arms Limited minħabba kontijiet pendenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rigward qtugħ tas-servizzi tad-dawl u l-ilma, l-ARMS ma taffettwax il-qtugħ innifsu, iżda tirrikkomanda liż-żewġ korporazzjonijiet, b’dawk il-kontijiet li jkunu jgħoddu għal qtugħ, minħabba li ma jkunx sar il-ħlas.
Bejn Jannar u April ta’ din is-sena, kien hemm 166 sospenzjoni tal-elettriku u 10 tal-ilma fuq kontijiet domestiċi.
servizz tad-dawl u ilma sospiż — kontijiet kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn Jannar 2011 sal-aħħar ta’ April 2011 kemm kienu dawk li għandhom kontijiet kummerċjali li s-servizz tal-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom kienu sospiżi min-naħa tal-Arms Limited minħabba kontijiet pendenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rigward qtugħ tas-servizzi tad-dawl u l-ilma, l-ARMS ma taffettwax il-qtugħ innifsu, iżda tirrikkomanda liż-żewġ korporazzjoijiet, b’dawk il-kontijiet li jkunu jgħoddu għal qtugħ, minħabba li ma jkunx sar il-ħlas.
Bejn Jannar u April ta’ din is-sena, kien hemm 125 sospenzjoni tal-elettriku u 2 tal-ilma fuq kontijiet kummerċjali.
kontijiet tad-dawl u ilma sospiżi — kontijiet domestiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn Jannar 2011 sal-aħħar ta’ April 2011 kemm kienu dawk li kellhom kontijiet domestiċi li rċevew notifika uffiċjali min-naħa tal-Arms Limited li kienu se jissospendulhom il-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom jekk ma jħallsux l-ammont mitlub fi żmien għaxart ijiem?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħala proċedura, sabiex l-konsumaturi jingħataw iċ-ċans biex jirregolaw ruħhom mal-pagamenti dovuti, l-ARMS l-ewwel tibgħat notifika valida għal perjodu ta’ 10 ijiem. Sussegwentament, jekk ma jsirx pagament wara li tintbagħat din l-ewwel notifika, tintbagħat notifka oħra li tkun dik finali, u valida għal perijodu ta’ 7 ijiem.
F’każ li xorta waħda, minkejja l-aħħar notifika finali ta’ 7 ijiem, ma jkunx ġie affetwat l-ebda pagament, l-ARMS tirrikkomanda liż-żewġ korporazzjonijiet, b’dawk li jkunu l-kontijiet jgħoddu għal qtugħ.
Bejn Jannar u April ta’ din is-sena, inħarġu 5,429 notifika.
Minn dawn kien hemm 3,337 minnhom li ma rregolawx ruħhom permezz ta’ pagamenti u allura kien neċessarju li tintbgħat it-tieni notifika.
Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji jrid jissodisfa sabiex meter tal-elettriku jiġi meqjus bħala residenzjali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istess tip ta’ meter jintuża għal kwalunkwe tip ta’ fond.
Biex meter jkun jista jiġi meqjus bħala wieħed ‘residenzjali’, jrid jkun hemm persuni rreġistrati mal-ARMS, bħala residenti fl-istess fond fejn jkun hemm il-
meter
tad-dawl.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispazju indikat bl-aħmar fuq is-site plan, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux proprjetà pubblika f'Haż-Żebbug?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont id-dettalji li għandu d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, l-art li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Membru mhix proprjetà tal-Gvern.
Persuna boarded out — agreement biex jitħallas kont tad-dawl
Question
Jista' l-Ministu jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jinsab borded out u kulma jieħu tal-boarded out huma €460 u €140 tal-mard? Dan għandu kont tad-dawl u l-ilma pendenti ta' €3,162.49 bl-arrettrati dejjem jiżdiedu, diġà kellu agreement ma' Arms Ltd, iżda issa talbuh biex jagħmel agreement ieħor fejn talbuh iħallas ammonti li ma jistax iħallas. Jista' xi ħadd minn Arms Ltd jitkellem miegħu biex isir agreement li huwa raġjonevoli?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment għall-Proprjetà tal-Gvern li quddiemu hemm talba minn ċittadin, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li applika biex jixtri jew jikri garaxx tal-gvern u lanqas biss bagħtulu acknowledgement?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-acknowledgement għal din it-talba ntbagħat fl-20 ta’ Jannar 2011, lill-persuna li għamel it-talba f’isem l-applikant li dettalji tiegħu ntbagħtu separatament. Intant id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern lesta l-pjanta ta’ dan il-garaxx u nbdiet il-proċedura biex toħroġ sejħa għall-offerti għall-kiri ta’ din il-proprjetà.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex informazzjoni raħal raħal, f'dak li hu ammont ta' leakage tal-ilma madwar Malta u Għawdex? Jekk iva, x'inhu l-leakage recorded f'kull raħal tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlitx xi studju partikolari dwar x'inkun l-effett long term fuq it-telf tal-ilma (leakages) jekk kemm-il darba l-mains tal-ilma jiġu mqegħda fuq iż-żewġ naħat tat-triq minflok fin-nofs tat-triq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi daqs sentejn ilu, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet studju fuq il-pajpijiet tal-polyethylene li l-korporazzjoni tuża għas-service connections tal-ilma tax-xorb. Minn dan l-istudju, setgħu jittieħdu deċiżżjonijiet dwar proċeduri biex dawn il-pajpijiet jiġu protetti.
Minbarra d-deċizzjoni li fejn hu prattiku jsiru
dual mains
, it-tir hu li kemm jista’ jkun,
mains
tal-ilma jitwarrbu minn ġot-toroq u jitqiegħdu ġo jew viċin tal-bankini. Barra minn hekk, kull
service connection
li se tiġi mgħoddija fit-triq qiegħda titqiegħed ġo
sleeve
jew
conduit
tal-
uPVC
, kemm għal protezzjoni ikbar tal-pajp kif ukoll biex f’każ ta’ ħsara, is-
service connection
tista’ tinbidel mingħajr ma titħaffer it-triq, fil-każ li mhemmx
dual mains
.
Minħabba dawn il-miżuri kollha, mhux possibli li wieħed igħid x’effett kellhom l-istallazzjoni ta’
dual mains
per se, iżda huwa fatt li l-miżuri kollha li ttieħdu kellhom effett qawwi li jnaqqsu l-ħsarat fil-pajpijiet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern ħax il-miżuri neċessarji skont il-liġi sabiex jikkonvalida t-titolu tiegħu fuq is-sit fejn hemm mibnija appartamenti tal-gvern f’Putirjal?
Jekk fl-affermattiv, jista' jindika jekk hux possibli għall-inkwilini li jitfgħu applikazzjonijiet għax-xiri tal-appartament lilhom mikrija? Jekk fin-negattiv, meta beħsiebu il-gvern jirratifika il-pożizzjoni tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-art fuq liema hemm mibnija l-appartamenti tal-gvern f’Putirjal kienet dikjarata meħtieġa għal skop pubbliku taħt titolu ta’ Pusses u Użu, ħlief għal parti żgħira li oriġinarjamant kienet art tal-gvern. Fuq din il-parti hemm 6 appartamenti mibnija u li dawn diġà għaddew f’idejn l-Awtorità tad-Djar.
Peress li l-appartamenti l-oħra qegħdin mibnija fuq art meħuda fuq titolu ta’ Pussess u Użu, l-inkwilini ma jistgħux jixtru l-appartamenti qabel ma l-Gvern jakkwista l-art b’xiri assolut.
Intant, id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, qed jagħmel eżerċizzju biex jiġu identifikati l-proprjetajiet kollha li huma meħuda b’titolu ta’ Pussess u Użu/Dominju Pubbliku ħalli jkun jista’ jixtri dawn il-proprjetajiet, inkluż l-art fejn hemm mibnija l-appartamenti ta’ fuq Putirjal, billi jikkapitaliżża l-kera tal-akkwist/għarfien li hemm fuqhom. Fil-fatt fil-2010 ġew ikkapitalizzati l-kirjiet ta’ 301 residenzi fil-Kottonera b’nefqa ta’ €100,000. Madanakollu dan l-eżerċizzju jinvolvi ħafna xogħol u riżorsi u għalkemm dan il-proċess beda u hemm proprjetajiet li ġew mixtrija, l-akkwist tas-sit li għamel referenza għalih l-Onorevoli Membru jsir meta jinbeda dan l-eżerċizzju fuq l-inħawi tal-Belt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern mit-taxxa tal-income fl-ewwel erba' xhur tas-sena f'ċifra ta' flus globali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-Gvern mill-Income Tax fl-ewwel erba’ xhur tas-sena kien €206.5 miljun. Minn din iċ-ċifra jridu jinqatgħu r-refunds li ammontaw €31.7 miljun. Għalhekk id-dħul nett mill-income tax bejn Jannar u April kien €174.8 miljun.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern mit-taxxa tal-VAT fl-ewwel erba' xhur tas-sena f'ċifra tal-flus globali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ewwel erba’ xhur id-dħul gross tal-Gvern mill-VAT kien ta’ €193.1 miljun. Minn dawn tħallset is-somma ta’ €40.4 miljun f’rifużjonijiet biex b’hekk id-dħul nett tal-gvern kien ta’ €152.7 miljun.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — refund ta' ħlas żejjed
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba li ressaq l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, dwar refund ta' ħlas żejjed ta' bolol li huwa kien għadda lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi peress li l-ittra li ntbaghtet f’isem l-individwu ma kellhiex id-dettalji kollha, id-dipartiment qed jikkuntattja lill-indivdwu biex dan jipprovdihom.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18295 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport intern dwar il-VAT fid-dawl tal-abbużi li kien hemm dan l-aħħar?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 18295.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23972 u jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23972.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-VAT refund totali mogħti lill-kumpaniji/individwi fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja matul is-sena 2009 u dan skont l-Eight Council Directive tas-6 ta’ Dicembru, 1979? Kemm kien il-VAT refund totali mogħti lill-kumpaniji/individwi fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja matul is-sena 2010 u dan skont il-Council Directive 2008/9/EC tat-12 ta’ Frar, 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-VAT refund totali mogħti lill-kumpaniji/individwi stabbiliti fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea skont l-Eight Council Directive kien kif ġej:
matul is-sena 2009 - €948,789.48
matul is-sena 2010 - €1,050,328.77