Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippublika l-informazzjoni fuq il-Gazetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mituba mill-Onor. Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni maqsuma skont is-sess tal-persuna dwar rapporti ta' suwiċidju u attentati ta' suwiċidju separatament għas-sena 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi skond ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, matul is-sena 2023 kien hemm 27 suwiċidju f’Malta u Għawdex. Minn dawn kien hemm 24 raġel u 3 nisa.
Kien hemm 49 raġel u 59 mara li ġew irrapurtati li għamlu attentat ta’ suwiċidju.
Infakkar lill-Onor. Iterpellant li f’Lulju tal-2019, il-Ministeru għas-Saħħa ippublika l-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali u din il-materja ġiet indirizzata fl-istrateġija.
Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-istrateġija tas-Saħħa Mentali li qed tiġi implimentata bħalissa huwa li jitnaqqsu l-każijiet ta’ suwiċidju. Professjonisti fis-Saħħa Mentali qed jiġu mħarrġa fuq riskju ta’ suwiċidju. Bħala parti minn programm tal-EU, Joint Action ImpleMENTAL, qed titħejja Strateġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju. Inħatar ukoll Advisory Board magħmul minn professjonisti tas-Saħħa, u rappreżentanti ta’ diversi entitajiet fosthom tal-edukazzjoni, l-pulizija, l-ħabs, l-università, NGOs u oħrajn li qed jagħtu l-kontribut tagħhom biex inaqqsu l-każijiet ta’ suwiċidju.
Servizz importanti li qed jingħata hu permezz tal-helpline 1579 li jopera 24 siegħa kuljum. Dan jofri l-ewwel għajnuna fejn persuni li għandhom bżonn jitkellmu fuq l-isfidi mentali tagħhom u d-diffikultajiet relatati mal-ħajja bħas-solitudni, anzjeta jew kontemplazzjoni ta’ suwiċidju jistgħu jiddiskutuwhom ma’ tim ta’ professjonisti fil-psikoloġija.
Matul l-2023, il-Helpline irċieva total ta’ 7,636 telefonata. Dawk li ċemplu ġew ipprovduti b’appoġġ emozzjonali immedjat, kif ukoll pariri u gwida prattika. Oħrajn ġew assistiti biex jaċċessaw is-servizzi tas-saħħa mentali u aġenzji oħra tal-gvern, skond il-bżonn.
Qed jiġi offrut ukoll is-Servizz tal-Crises Resolution Home Treatment (CRHT) fejn persuni li jippreżentaw fl-Emerġenza ta’ l-isptar Mater Dei bi krizi mentali, jiġu referuti għas-servizz ta’ CRHT. Permezz ta’ dan is-servizz, l-għajnuna professjonali tingħata mmedjata u ntensiva għal numru ta’ ġimgħat. Il-persuni jiġu segwiti f’dan il-Unit u fi djarhom fejn jingħataw sapport intensiv sabiex bl-għajnuna tal-professjonisti, jsibu l-ħiliet biex itejbu saħħithom, jissuperaw s-sitwazzjonijiet diffiċli fil-ħajja tagħhom u jkomplu jgħixu fil-kommunita’ mingħajr il-bżonn li jkunu rikoverati l-isptar. Fis-sena 2023 dan it-tim segwa 323 persuna, 22 persuna biss kellhom bżonn jiġu rikoverati fl-isptar Monte Karmeli.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14965, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal kull wieħed mis-servizzi offruti fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), kif imsemmja fl-istess tweġiba, maqsuma servizz servizz, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll x’inhuma l-etajiet ta’ dawn il-persuni maqsuma f'age brackets differenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mhemm l-ebda lista ta’ stennija għall-assessjar mill-pedjatri.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-berġa f'Ħal Balzan hijiex temporanjament magħluqa u jekk iva, jgħid meta ser tiftaħ u tkun qiegħda tagħti servizz lin-nies? F'każ li għalqet definittivament, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li illum il-Kliniċi tal-Komunità huma kliniċi moderni f’dik li hija dehra u huma mgħammra bl-aħjar apparat mediku biex ikun possibbli li jiġi offrut servizz ta’ kura primarja multidixxiplinaru tal-ogħla livell.
Illum, il-Kliniċi tal-Komunità huma ukoll imqabbda mas-sistema tal-electronic patient recrod biex l-istorja medika tal-pazjent tkun aċċessibbli f’ħin rejali minn kullimkien fil-Primary HealthCare.
Għaldaqstant, ir-residenti fil-lokalità ta’ Ħal Balzan jistg]u jinqdew tajjeb minn dawn il-lokalitajiet kif ġej:
Miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ B’Kara
Mill-Klinika tal-Komunità ta’ Ħ’Attard
Mill-Klinika tal-Komunità tal-Ilkin
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol ewlieni tal-Welfare Committee u kif dan il-Kumitat jiġġenera l-flus tiegħu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li lir-rwol tal-Welfare Committee joħrog minn Artiklu 130 tal-Att tas-Sigurtà Soċjali. Dan ir-rwol huwa li jamministra flus mogħddija mill-Gvern ghall-benefiċċju tar-residenti li qiegħdin ġewwa d-djar tal-anzjani.
Il-kontribuzzjonijiet tal-Welfare Committee ġejjin mill-Budget – Programmi u Iniziattivi u Kontribuzzjonijiet mill-Anzjani.
Welfare Committee — Rakkomandazzjoni dwar il-kontijiet pubbliċi 2022
Question
Jista’ l-Ministru jgħid huwiex ser iwettaq ir-rakkomandazzjoni li għamel l-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu dwar il-kontijiet pubbliċi 2022 sabiex il-Welfare Committee jkollu aktar impjegati fosthom ‘accounts officer’ sabiex ma jkunx biss l-Amministrattur ta’ dan il-Kumitat li jkun responsabbli mill-operat kollu ta’ dan il-Kumitat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ingaġġ ta’ Accounts Officer ser tiġi diskussa bħala parti mill-ħtiġijiet ta’ riżorsi umani tal-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Welfare Committee għadux qed jopera mingħajr kont bankarju skont kif jirriżulta mir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-kontijiet pubbliċi 2022? Jekk għadu ma nfetaħx, jista’ jgħid għaliex għadu ma nfetaħx u fejn qed jinżammu l-cash u ċ-ċekkijiet li l-Kumitat għandu? Jekk infetaħ, jista’ jgħid kemm hemm ddepożitat f’dan il-kont?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li wara li ġew sodisfatti l-proċeduri kollha, fil-5 ta’ Awwissu 2023, il- Welfare Committee beda jopera kont bankarju mal- Bank Ċentrali ta’ Malta.
Sat- 30 ta’ Jannar 2024 ġew iddepożitati €593,267.69.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċekk skadut għandu f’idejh il-Welfare Committee li sal-lum ma jistax jissarraf jew jiġi ddepożitat? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont totali ta’ dawn iċ-ċekkijiet skaduti? Jista’ jgħid ukoll x’qed isir biex jiġu rkuprati dawn iċ-ċekkijiet skaduti li għandu f’idejh dan il-Kumitat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li meta sar l-audit ta’ l-NAO kien hemm 270 ċekk li kien skada.
Eventwalment irriżulta li l-ammont ta’ dawn in-ċekkijiet kien jammonta għal €317,343.71 u mhux €520,721 kif imsemmi oriġinarjament fir-rapport. Dan minħabba l-fatt li l-ammont ta’ €203,777 kien meħud darbtejn mil-awdituri mil-listi pprovduti.
L-Uffiċċju tal-Welfare Committee għaddej b’eżerċizzju intensiv fejn l-anzjani konċernat, jew direttament jew tramite il-qraba tagħhom, qed jiġu kkuntattjati biex il-valur ta’ dawn iċ-ċekkijiet jiġu rkuprati – jew billi tiġi rranġata d-data taċ-ċekk u ssir firma ħdejn id-data l-ġdida kif titlob il-prassi bankarja jew jinħareġ ċekk ieħor.
Welfare Committee — Nuqqasijiet li nstabu mill-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu dwar il-kontijiet pubbliċi 2022
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa sabiex in-nuqqasijiet kollha li nstabu mill-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu dwar il-kontijiet pubbliċi 2022 dwar il-Welfare Committee jiġu rranġati? Jista’ jsemmi liema mir-rakkomandazzjoni li għamel l-Awditur Ġenerali diġà twettqu u meta ser ikunu qed jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet kollha li sa issa għadhom ma twettqux?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fit-tweġibijiet tal-Welfare Committee, li kienu parti integrali tar-rapport, il-Welfare Committee saħaq li ser jimxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Awdituri. Għaldaqstant ingħataw data indikattivi sa meta kellhom jitwettqu l-azzjonijet meħtieġa biex jiġu ndirizzati r-rakkomandazzjoniet u osservazzjonijiet li saru mil-NAO. Numru ta’ rakkomandazzjonijiet diġa ġew magħluqa, ewlenin fosthom:
· Il-ftuħ ta-kont bankarju;
· Depositi kemm f’ċekkijiet u flus kontanti issa qed isiru regolarment kull ġimgħa;
· Dettalji tar-resident konċernat qed jitniżżel fuq formula li qed tkun annessa ma’ kull ‘deposit form’;
· Fejn possibli qed isiru arranġamenti għal ‘direct debit mandates’ jew ċekk flok flus kontanti;
· L-audited financial statements ta’ 2020 u 2021 issa ġew magħluqa u qed isir ix-xogħol meħtieġ fuq l-audited financial statements ta’ 2022 u 2023 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex kien hemm nuqqas ta’ ħrieqi (jew sizes ta’ ħrieqi) f'Diċembru 2023 u Jannar 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz ta’ kontinenza jiddependi minn fornitura permezz ta’ kuntratt. Matul il-perjodu msemmi, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ġiet infurmata mill-istess operatur illi kien hemm ordnijiet li ma waslux fil-ħin.
Min naħa ta St Vinċenz de Paul m’għandna l’ebda informazzjoni jew ma wasal l’ebda ilment dwar nuqqas ta’ ħrieqi jew sizes tagħhom.
Filwaqt li min naħa tal-Welfare Committee, għal ħrieqi li jiġu pprovduti, qatt ma kien hemm nuqqas.
Sptar Mater Dei u l-Kura Primarja – Pjan għar-riċiklaġġ ta’ skart
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan biex l-iskart kollu possibbli fl-Isptar Mater Dei u l-Kura Primarja jiġi maqsum għar-riċiklaġġ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi fl-isptar Mater Dei inbeda proġett pilota f’parti mis-swali tal-operazzjonijiet bl-oġġettiv li ser jiġi estiż fil-kumplament tal-isptar matul din is-sena. Dan il-proġett kien ta’ suċċess kbir, bis-saħħa tal-inizjattivi tal-impjegati. Dan il-proġett pilota qed jiġi implimentat anke fl-inpatient wards, fil-canteen u fl-angiosuite.
Barra minn hekk fl-isptar Mater Dei ġie iffurmat working group iddedikat sabiex jiġu ntrodotti aktar inizjattivi ħodor, b’mira partikolarment fuq immaniġjar tal-iskart u sostenibilita’.
Għar-rigward tal-Primary HealthCare l-iskart kollu diġa jiġi maqsum u jintrema’ fil-boroż ikkodifikati skont il-kulur kif deskritti fir-Regolamenti tal-Wasteserv. Dawn il-boroż jinġabru u jintremew skont ir-Regolamenti tal-Wasteserv.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15442 u cjoè: Peress illi l-Gvern kien ħabbar proġett ta’ €12 miljun għal dar tal-anzjani f’Birkirkara ftit jiem biss qabel l-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett huwiex ser isir? Jekk iva, jista’ jgħid meta ser jibda dan il-proġett? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ma hu qed isir l-ebda proġett ta’ din ix-xorta fil-lokalità ta’ Birkirkara?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant, li bi qbil bejn iż-żewġ Ministeri ikkonċernati, l-art identifikata għall-proġett għandha tgħaddi għand l-Awtoritá tad-Djar. Dan bl-iskop biex fil-proġett jinbnew sheltered homes affordabbli għall-anzjani.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li rrikorrew lejn id-Dipartiment tal-Emerġenza, xahar b’xahar, matul l-2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew riferuti mit-tobba minn kull ċentru tas-saħħa, mit-tobba fis-settur privat u kemm marru mingħajr referenza?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tas-sistema CPAS ta l-isptar Mater Dei, in-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza xahar b’xahar qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-waiting list bħalissa fl-Outpatients Department, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, għal kull speċjalizzazzjoni sew medika, kif ukoll kirurġika?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mhemmx waiting lists bħalissa fl-Outpatients Department, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Wieħed għandu jkun mgħarraf li f’dawk il-każijiet li huma urġenti, il-pazjenti jaraw l-ispeċjalista mil-lum għal għada jew fl-ewwel out-patients clinic li jmiss.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-waiting list bħalissa fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal kirurġija ġenerali, ortopedika, oftalmika, ENT, ġinekoloġija, kardjoloġika, pedjatrika u l-ispeċjalizzazzjonijiet l-oħra individwali? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni minn din il-lista huma Maltin u kemm huma barranin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni ġewwa l-isptarijiet u residenzi kollha individwalment, sew dawk tal-Gvern kif ukoll dawk fis-settur privat? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin, kemm huma barranin u x’nazzjonalità għandhom dawn tal-aħħar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ tobba u speċjalisti f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni fl-isptarijiet u residenzi kollha individwalment, sew dawk tal-Gvern kif ukoll dawk fis-settur privat? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin u x’nazzjonalità għandhom dawn tal-aħħar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-infermiera ta’ nazzjonalità mhux Maltija huma kapaċi jikkomunikaw sew bil-Malti u bl-Ingliż?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li biex infermiera ta’ nazzjonalità barranija jkunu jistgħu jaħdmu fis-servizz pubbliku, irid ikollhom ċertifikat tal-Ingliż jismu IELTS (International English Language Testing System) f’livell 6 jew ekwivalenti hekk kif stipulat fis-sejħa tal-applikazzjoni.
Barra minn hekk, huma obbligati wkoll li jttemmu b’suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 tal-Università ta' Malta. Infermiera li ma jkunux kisbu dan iċ-ċertifikat fiż-żmien ta' prova, jingħataw estensjoni ta' darba biex jiksbu b'suċċess dan iċ-ċertifikat. Min jonqos li jippreżenta, sa tmiem il-perjodu ta' prova, evidenza li għadda b'suċċess, dan jirriżulta f'terminu awtomatiku tal-kuntratt tax-xogħol.