Legislature:
Category:
Reset
Active:

Park tal-Majjistral — chairman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7119 u jikkonferma meta inħatar chairman tal-Park tal-Majjistral l-persuna li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament? Meta issottometta r-riżenja tiegħu? Meta irriżenja, kemm kien ilu ma jattendi board meeting tad-diriġenti tal-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-persuna msemmija kienet inħatret Chairman fl-4 ta’ Ġunju 2007. L-ittra tar-riżenja hija datata 31 ta’ Lulju 2008. M’attendiex għal laqgħa waħda li kienet saret fit-3 ta’ Ġunju 2008.

Bulebel u Ħal Far — Fabbriki tal-farmaċiji - skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir bl-iskart (inkluż waste water) li jipproduċu l-fabbriki tal-farmaċija kemm f'Bulebel kif ukoll f'Ħal Far?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Infurmat li parti żgħira biss ta’ skart f’forma solida jitwassal għat-trattament fl-inċineratur tal-Marsa. Nitlob l-Onor Membru biex għall-informazzjoni dwar it-trattament tal-kumplament tal-iskart kemm solidu u kemm likwidu, jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernati

Isla — Imħażen ta' San Mikiel - irranġar ta' soqfa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħdu l-awtoritajiet konċernati biex jirranġaw is-soqfa tal-imħażen ta' San Mikiel, l-Isla (minn fuq iċ-Ċentru tal-Persuni b'Diżabilità saċ-Ċentru Laburista)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Siġar tal-palm reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati siġar tal-palm minn mindu kellhom jigu registrati u ta' liema speċi huma, f’Malta, f’Ghawdex u Kemmuna? Kemm minn dawn huma pubbliċi u kemm minnhom huma privati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ammont u t-tip ta' Palm li ġie rreġistrat mad-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti sas-6 ta' Marzu 2009 huwa skond kif ġej: Phoenix Washingtonia Oħrajn Total Malta 11,360 7,436 6,009 24,805 Għawdex 2,539 1,629 348 4,516 Total 13,899 9,065 6,357 29,321 Ir-reġistrazzjoni ġiet estiża sal-Ġimgħa 17 ta` April 2009. Ir-reġistrazzjoni tal-palm minn entitajiet governattivi u mill-Kunsilli Lokali, li hija separata, għadha qed tinġabar.

Ħaż-Żebbuġ — Tindif ta' sit vakanti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4946 u jassigura li sit vakanti pjuttost kbir li jinsab fuq tliet toroq f'Ħaż-Żebbuġ, jiġifieri Triq is-Sindku P. Vella, Triq Dun Salv Ciappara u Triq Dun Salv Trevisan, jitnaddaf b'mod immedjat mill-iskart li hemm mormi ġo fih? Jista' jassigura li jittieħdu l-miżuri kollha possibbli sabiex ma jibqax jintrema skart f'dan is-sit?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li s-sit imsemmi hemm fuqu kawża pendenti l-Qorti dwar min hu sid l-art, li qed tiġi segwita mill-MEPA kif kien intqal fir-risposta tal-mistoqsija nru 4945 magħmula lill-Prim Ministru. Għalhekk nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Dokument strategiku dwar l-iskart solidu — Studji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6750 u jgħid f’liema dati poġġa fuq il-website tal-Ministeru tiegħu l-istudji relatati mad-dokument strategiku dwar l-iskart solidu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Mal-pubblikazzjoni tal-aġġornament tal-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart solidu f’pajjiżna, kull dokument li għen biex tissawwar l-istrateġija sar pubbliku. Din l-ewwel reviżjoni tal-istrateġija tal-immaniġjar tal-iskart ġiet imtella fuq is-sit tal-Ministeru dak in-nhar stess li ġiet ippublikata fit-23 ta’Jannar jiġifieri jumejn wara li ġiet ippreżentata lill-Onor Brincat. Uħud mid-dokumenti ta’ riferenza kienu ilhom aċċessibli għall-pubbliku anki fuq l-internet. Xi dokumenti anċillari li ġew mitluba kienu mpoġġija fis-27 ta’ frar.

Żwejra — Engineered Landfill - site plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6944 u 6633 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' site plan li juri il-konfini preċiżi tal-Engineered Landfill taż-Żwejra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Mott McDonald — rapporti dwar wind energy

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-konsulenti Mott McDonald kemm-il rapport dwar il-wind energy ippreżentaw lill-Gvern? Wieħed jew tnejn? Jekk jirriżulta li ġew mħejjija aktar minn rapport wieħed, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tieni rapport ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Solar water heaters — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applikat għas-sussidju tas-solar water heaters intalbet biex ma twaħħalx l-apparat qabel ma jkun hemm l-approval min-naħa tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi? Jaseb li din il-procedura qed toħloq inkonvenjent lil diversi familji li bħal din il-familja sejrin joqogħdu fi djar jew appartamenti ġodda u li jeħtieġu s-servizz tas-solar heating malajr kemm jista' jkun?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Infurmat li dawk huma r-regoli stabbiliti bl-iskema. Din it-tip ta’ proċedura tintuża’ wkoll fi skemi simili f’pajjiżi oħra. L-għan ta’ din il-procedura hi li wieħed jevita li jixtri u jwaħħal apparat u mbagħad isib li ma jikkwalifikax għal għajnuna.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3992 u 3681 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

informazzjoni dwar applikazzjoni

Question

Jista' l-Minsitru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta sottomessa ma' l-applikazzjoni, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Dan id-dokument huwa diġà aċċessibbli publikament.

Sezzjoni tal-Vitikultura u l-Onologija — Persuni trasferiti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6908 u jgħid x'ser jiġri mis-sezzjoni tal-Vitikultura u l-Onoloġija li tinsab fl-Għammieri? Kemm hemm persuni f'din is-sezzjoni u x'se jkun il-futur tagħhom u tal-istess sezzjoni minħabba li xi persuni diġà ġew trasferiti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li sezzjoni tal-Vitikultura u l-Onoloġija fl-Għammieri qedha tiġi ristrutturata bl-iskop li din tissaħħaħ u tkun tista’ toffri servizz ta’ kwalità ogħla lill-bdiewa u lill-għassara. Il-pożizzjoni tal-erba’ uffiċjali li hemm f’din is-sezzjoni mhux maħsub li ser tkun effettwata.

Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — skema ta' rebate

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7047 u cioè: Minn mindu tħabbret l-iskema ta' rebates fuq sistemi ta' solar water heaters u sistemi fotovoltajici skond kif oriġinarjament mħabbar fil-budget, jista' jgħid seperatament bejn solar water heaters u photovoltaic panels kemm kien hemm applikazzjonijiet minn mindu ġiet fis-seħħ is-sejħa għall-applikazzjonijiet għar-rebate kif wkoll kemm minnhom ġew approvati digà mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li kien hemm 849 applikazzjoni għal Solar Water Heaters u 221 għal Photovoltaic Panels. Ir-reġistrazzjoni ta’ dawk li jfornu t-tagħmir u l-mudelli li ser jintużaw hija avvanzata, u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-pubbliku inbeda.

siġar tal-palm — bumunqar aħmar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif meħtieġ dwar in-numru ta' palm li kellu jinqata' minħabba l-bumunqar aħmar, lokalità b'lokalità? Kemm minn dawn is-siġar kienu tal-privat u kemm kienu f'postijiet pubbliċi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li n-numru ta’ palm li kellu jinqala minħabba l-bumunqar l-aħmar kien ta’ 310. Minn dawn, 121 palma nqalgħu minn postijiet pubbliċi filwaqt li 189 inqalgħu minn postijiet privati. Id-dokument li juri minn liema lokalitajiet inqalgħu il-palm, qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bdiewa reġistrati part-time u full-time

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm bdiewa reġistrati bħala part-time u full-time rispettivament sal-aħħar tal-2008 lokalità, b'lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar l-età tal-bdiewa reġistrati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija Nru 3624 fejn jien infurmat li l-informazzjoni mogħtija kienet għadha l-istess fl-aħħar tal-2008. Ma tinżammx informazzjoni klassifikata bl-age group.

Pjanti impurtati

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra dwar kemm kienu impurtati (jew imdaħħla fis-suq Malti) pjanti minn barra minn Malta? Kemm kienu in-numru ta' siġar li daħlu Malta? Minn liema pajjiż ġew dawn il-pjanti/siġar? Tistà din l-informazzjoni tingħata għas-sena 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li matul is-sena 2008 ġew impurtati f'Malta siġar u pjanti skond kif ġej: Mill-Ewropa Pjanti: 3322 Siġar : 1,289 Xitel ta’ pjanti u ħxejjex: 1,019,321 Il-pajjiżi minn fejn ġew kienu l-Italja, l-Awstrija, l-Olanda, u Spanja, Minn pajjizi Terzi: Pjanti tal-Akkwarju: 22,486 - minn Singapore, il-Malaysia, it-Tajlandja u l-Indja. Orkidi: 165 mit-Tajlandja

Abbozz tat-Tieni Komunikazzjoni Nazzjonali lill-konvenzjoni dwar it-tibdil tal-klima,

Question

Billi fil-15 ta' Lulju 2008 il-Ministru kien għarraf lill-Kamra li l-ewwel abbozz tat-Tieni Komunikazzjoni Nazzjonali lill-Konvenzjoni dwar it-Tibdil tal-Klima, UNFCCC kien ser jkun ippreżentat f'Jannar 2009, jista' l-Ministru jikkonferma jekk dan sarx? Jekk le, meta mistenni jsir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ġejt infurmat mill-konsulenti li tqabbdu biex isawru r-rapport li l-proġett ġie pospost minħabba xi diffikultajiet li nqalgħu fosthom il-koordinazzjoni diffiċli bejn il-ħafna esperti li jridu jagħtu l-kontribut tagħhom. Hu maħsub li Tieni Komunikazzjoni Nazzjonali lill-Konvenzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima, issa ser ikun ippreżentat għall-aħħar ta’ Ġunju 2009.

Titjib fl-Ipproċessar u l-Marketing tal-Prodotti Agrikoli — proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta' proġetti f'Għawdex li ngħataw għajnuna taħt il-miżura Titjib fl-Ipproċessar u l-Marketing tal-Prodotti Agrikoli tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid min kienu dawn il-kumpanniji u l-ammont ta' għajnuna li ħadu kull wieħed matul l-aħħar erba' snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba hija skond kif ġej: Kumpanija Għajnuna L-ewwel sejħa (2004) Cottage Products Ltd (Olive/Lemon Press) €93,115.78 Magro Brothers Ltd. (Tomato Processor) €116,468.67 It-tieni sejħa (2005) FarmFresh Ltd – (Cheeslets) €116,468.67 Gozitano – (Potatoes) €70,680.17 Magro Brothers Ltd (Tomato Processor) €116,468.67 Cottage Products Ltd.– (Jam) €37,284.81 Spiteri Enterprises Ltd. – (Wine) €116,468.67 It-tielet sejħa (2008) Magro Brothers Ltd.- (Tomato Processor) €125,000 Ta’ Mena Agri Ltd. – (Wine) €125,000

Programm ta' Fondi Strutturali — bdiewa u raħħala li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa u raħħala Għawdxin li bbenefikaw mill-Programm ta' Fondi Strutturali taħt il-miżura għal Investiment fi Strutturi Agrikoli f'dawn l-aħħar tliet snin? Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn il-bdiewa u raħħala u l-ammont ta' għajnuna li ħadu kull wieħed?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.