Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta — pubblikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm pubblikazzjonijiet minn Heritage Malta fis-sena 2017? Jista’ jelenkahom u jgħid kemm ġew mibjugħa jew distribwiti u kemm għad fadal?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif murija fit-Tabella hawn taħt: Sena 2017 - Heritage Malta – pubblikazzjonijiet Nru ta’ Pubblikazzjonijiet Dettalji tal-Pubblikazzjonijiet Kemm ġew mibjugħa/distribwiti Kemm għad fadal 1,000 The Roman Inquisition in Malta and Elsewhere – ISBN 978-99932-57-39-4 475 525 1,200 Tesserae 4, Spring 2017 – ISBN 978-99932-57-46-2 657 543 1,500 De Valette’s Dagger – ISBN 978-99932-57-44-8 1394 106 6,000 Valletta, my city, my story – ISBN 978-99932-57-49-3 5458 542 1,000 Fragments and their Contexts – ISBN 978-99932-57-48-6 473 527 2,000 The Hal Saflieni Hypogeum, MT02/3 – ISBN 978-99932-57-45-5 1123 877 2,000 The Archaeology of Malta & Gozo, 5000BC-AD1091 – ISBN 978-99932-57-47-9 1726 274 1,200 Tesserae 5, Autumn 2017 – ISBN 978-99932-57-42-4 643 557

Ħal Tarxien – Triq l-Isqajjaq — xogħlijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14268, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’inhi r-raġuni għaliex Triq l-Isqajjaq Tarxien “għalissa ma tistax issir”?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq Triq l-Isqajjaq Tarxien ma jistax isir minħabba raġunjiet finanzjarji.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari u li wara l-25 ta’ Jannar 2020 u sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, telqu/irriżenjaw minn dan l-impjieg? Jekk iva, kemm?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara l-25 ta’ Jannar 2020 ma kien hemm l-ebda impjegati fis-Segretarjat tiegħi li telqu/irri¿enjaw minn dan l-impjieg.

Libreriia Pubblika u l-Arkivji Pubbliċi ta’ Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Librerija Pubblika u l-Arkivji Pubbliċi ta' Għawdex isiru iktar aċċessibbli peress li bħalissa dawn mhux aċċessibbli kemm għall-anzjani kif ukoll għall-persuni b’diżabilità?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirringrazzja lill-Onor. Interpellant talli ġab il-premess għall-attenzjoni tieghi. Nispjega li minħabba l-fatt li dawn jinsabu ġewwa l-binja tal-Kulleġġ ta' Għawdex Skola Primarja, ser nintervjeni sabiex nassikura li dan l-aċċess jingħata.

Ħal Qormi – Triq id-Deheb Fin – ħmieġ fejn skips

Question

B’referenza għall-mistoqsija 14708 u l-iBiNs ta’ Triq id-Deheb Fin Ħal Qormi fejn il-Ministru informani li “l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi huwa konxju ta’ din il-problema u għaddejjin diskussjonijiet biex ikun hemm aktar infurzar mill-gwardjani” jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex l-iBiNs irdoppjaw meta r-residenti jriduhom jitneħħew?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li dawn l-iBiNs tneħħew fit-28 ta’ Mejju 2020 wara li saret talba lill-Greenpak.

Heritage Malta — pubblikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm pubblikazzjonijiet minn Heritage Malta fis-sena 2015? Jista’ jelenkahom u jgħid kemm ġew mibjugħa jew distribwiti u kemm għad fadal?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Xgħajra – Batterija Della Grazia — restawr

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-batterija Della Grazia fix-Xagħjra li fiha hemm il-Kunsill Lokali hiex ser tiġi mogħtija riżorsi separata sabiex tiġi miżmuma sew u restawrata?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed tittieħed nota ta’ dan l-istat ta’ fatt. Jiġi relevat li f’pajjiżna għandna patrimonju kbir ħafna li jirrikjedi attenzjoni kontinwa mill-aspett ta’ restawr u manutenzjoni. Naturalment il-Ministeru jipprioratizza minn sena għal sena x-xogħlijiet li jridu jsiru, però fl-isfond ta’ din l-Interpellanza, ser nidderieġi lill-Heritage Malta sabiex tħejji assessment ta’ dak li għandu jsir fir-rigward ta’ din il-batterija, bil-għan li fil-mument propizju jittieħed l-intervent opportun.

San Pawl il-Baħar — Triq Dawret il-Gżejjer – qtugħ tal-ħaxix

Question

Jista’ l-Ministru jara li min hu responsabbli mill-qtugħ tal-ħaxix taħt u fuq il-bankini fi Triq Dawret il-Gżejjer f’San Pawl il-Baħar u ż-żona tal-madwar, jagħmel dan mill-aktar fis possibbli?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li dan ix-xogħol sar.

Fond għaż-żamma u l-manutenzjoni ta’ proġetti infrastrutturali maġġuri

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni fuq kemm applikaw kunsilli għall-Fond għaż-Żamma u l-Manutenzjoni ta' Proġetti Infrastrutturali maġġuri li ġew imwettqa mill-Gvern, liema fond inħareġ fl-2019? Jista' jikkonferma wkoll: 1. kemm talab għajnuna kull kunsill lokali applikant minn dan l-fond; 2. kemm ingħata fondi kull kunsill lokali li se jibbenefika mill-fond; u 3. liema proġett/manutenzjoni se jsiru f'kull lokalità magħżula biex tibbenefika mill-fond?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Il-Qala – Tender Legal Services – proċess biex jiġu awarded

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna dwar it-tender Legal Service for the Qala Local Council QLLC 01 2020 li għalqet fis-6 ta' Marzu 2013 u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.

Infjorata Mejju 2020 – kuntratturi magħżula

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14464, jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljat tal-ispejjeż kollha u b’liema mod intgħażlu l-kuntratturi (jekk hu l-każ)?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-kuntrattur tal-Infjorata ta’ Mejju 2020 intgħa¿el b’Direct Order skont il-proċeduri stabbiliti wara li inħareġ tender għal darbtejn u ma applika ħadd. In-nefqa tammonta għal €50,000 (VAT eskluż). Ninfora lill-Onor. Interpellant li l-infjorata rawha l’fuq minn 88,000 ruħ madwar id-dinja permezz ta’ webcam. Ix-xogħol li sar huwa kif muri fit-Tabella li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14326 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid: a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva? b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-Segretarjat tal-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra. L-istess fil-każ ta’ ingaġġ ta’ konsulenza. Mill-bqija, karigi oħrajn fil-Ministeru tiegħi huma dawk ta’ Personal Driver, 5 Personal Assistants, Heritage Liaison Officer, Representative of Arts Council Malta in New York u Project Officer, bi spiża ta’ €191,235.88 fis-sena.

Raħal Ġdid – Knisja ta’ Sant’Ubaldeska — restawr

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jikkonsidra li jsir restawr urġenti tal-Knisja ta’ Sant’Ubaldeska f’Raħal il-Ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-pre¿ent, u minħabba lista twila ta’ proġetti ta’ restawr li d-Direttorat tar-Restaw diġa qed jaħdem fuqhom, mhux possibli li jsir intervent fl-immedjat. Madankollu ser ikun qiegħed jiġi kkunsidrat għal futur.

Ħal Tarxien – Triq il-Kurunell Mas – Open Air Gym – fondi allokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi li ġew allokati mid-Dipartiment lill-Kunsill Lokali Tarxien biex kif kien ġie debitament imħabbar isir Open Air Gym fi Triq il-Kurunell Mas, Ħal Tarxien? Jista’ jiġi indikat ukoll min kienu l-kuntratturi/suppliers li ġew inkarigati biex jaħdmu fuq dan il-proġett u jekk tħallsu meta tħallsu? Jista’ jiġi indikat jekk kemm-il darba ġewx utilizzati fondi oħra apparti dawk mgħoddija speċifikament għall-proġett? Jekk iva, jista’ jindika minn liema vot u meta tħallsu dawn il-pagamenti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li l-fondi allokati lill-Kunsill biex isir Open Air Gym fi Triq il-Kurunell Mas jammonta għal € 250,000. Il-Kuntrattur inkarigat biex jaħdem fuq dan il-proġett kien Catbros Ltd. II-proġett attwalment ġie jiswa € 335,791.80 u sal-aħħar ta’ Ġunju 2019 kien tħallas l-ammont ta’ €95,172.71. Bejn Lulju 2019 u April 2020 l-ammont li tħallas kien dak ta’ € 295,285.80. Il-bilanċ pendenti jitħallas meta ssir iċ-ċertifikazzjoni mill-perit fuq ix-xogħlijiet. Il-fondi in eċċess qed jitħallsu mill-fondi tal-Kunsill.

Kunsilli Lokali — ħlas bil-card u laqgħat "on demand"

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14704 u jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li jaċċettaw ħlas bil-card? Liema wkoll huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom il-laqgħat tagħhom on demand?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi: a) Il-Kunsill Lokali tal-Għarb għadu kemm installa s-servizz ta’ Epos biex jibda’ jaċċetta ħlasijiet bil-cards. Il-Kunsilli Lokali tas-Siġġiewi, Għajnsielem, Ħal Għaxaq, il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Nadur u Santa Venera qegħdin fil-proċess li joffru dan is-servizz fil-jiem li ġejjin. b) Ħawn 20 Kunsilli Lokali li għandhom il-laqgħat tagħhom on demand. Dawn huma: Ħa¿-¯abbar, Ħ’Attard, Ħal Balzan, Bir¿ebbuġa, il-Gudja, l-Għasri, Ħal Lija, l-Marsa, Marsaxlokk, il-Mellieħa, n-Naxxar, Paola, Pemborke, l-Qala, Ta’ Sannat, Santa Luċija, s-Swieqi, Ħal Tarxien, ix-Xewkija u x-Xgħajra.

Ix-Xgħajra – manutenzjoni tax-Xatt

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11910, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu mill-Ministeru sabiex ikun hemm rijabilitazzjoni tax-Xatt tax-Xgħajra senjatament il-ħadid li huwa msaddad sew? Jista’ jgħid jekk il-public convenience hiex ser titlesta kollha qabel is-sajf jew le?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li bħalissa għaddej xogħol ta' manutenzjoni tal-bankijiet kif ukoll tal-latrina pubblika li maħsuba tkun lesta sal-aħħar ta' Mejju. Apparti minn hekk, fix-Xatt tax-Xgħajra sar ukoll xogħol ta' railing fit-turġien li jagħtu għal fuq il-blat u tindif u qtugħ ta' ħaxix. Il-Kunsill qed jaħdem sabiex jinbidel ir-railing tax-xatt kollhu minħabba li qiegħed fi stat ħażin ħafna.

Qala Għawdex – Triq il-Kunċizzjoni – xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13176 fejn it-tender għal xogħol ta' resurfacing u water culvert fi Triq il-Kunċizzjoni fil-Qala Għawdex intqal li t-tender ġiet awarded u l-kuntratt ġie ffirmat fid-19 ta' Frar 2020, jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar u sena hu ppjanat li jibda u jitlesta x-xogħol infrastrutturali fuq l-imsemmija triq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qala li sakemm jgħaddi l-proċess kollu tal-evalwazzjoni tal-Perit, li għalih inħarġet sejħa separata, ma jistax jingħata bidu għax-xogħol ta’ resurfacing u water culvert fi Triq il-Kuniċizzjoni fil-Qala Għawdex. Hemm indikazzjonijiet li x-xogħol jkun jista’ jibda f’Ġunju.

Ħal Tarxien – qagħda finanzjarja tal-kunsill lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni finanzjarja kien jinsab il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien fl-aħħar ta’ Ġunju 2019? Jista’ jgħid jekk kienx hemm deficit u jekk iva kemm kien? Jista’ jiġi indikat ukoll x’kienet il-pożizzjoni finanzjarja sal-aħħar ta’ April 2020?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien illi sal-aħħar ta’ Ġunju 2019, il-Kunsill kellu deficit ta’ €244,373 skont il-Mid-Term Financial Audit għas-sena finanzjarja bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 ta’ Ġunju 2019. Skont ir-Rapport Finanzjarju tal-ewwel kwart tas-sena, il-Kunsill kellu deficit ta’ €135,646.

Għajn Dwieli – sit arkeoloġiku

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11682, jista’ l-Ministru jikkonsidra li s-sit Arkeoloġiku f’Għajn Dwieli magħruf bħala Kordin III jinfetaħ fuq skeda regolari sabiex possibbilment ikun parzjalment aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minbarra attivitajiet regolari li torganizza Heritage Malta, is-sit arkeoloġiku f’Għajn Dwieli magħruf bħala Kordin III jinfetaħ b’appuntament kull meta jkun hemm talba li jsir dan. L-istess isir f’siti oħrajn ¿għar simili. It-talba mill-pubbliku sabiex jinfetaħ hija baxxa, u għalhekk ma tiġġustifikax li jinfetaħ fuq skeda regolari.