Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-Fondi Ewropej u l-proċess għat-tibdil tal-karta tal-identità? Jista' jagħti l-aħħar dettalji sħaħ?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7617, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ttieħdux azzjonijiet mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex l-iżviluppatur jibni dan t-taraġ skont Kapitlu 10 tal-Liġijiet ta' Malta, wara li d-djar issa ilhom mibnija bosta snin? X'passi se jittieħdu ?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19102, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma saru l-ebda spezzjonijiet fuq il-Probo Koala una volta dan il-vapur kien fl-ibħra territorjali Maltin erba' darbiet ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma tagħmilx spezzjonijiet fuq bastimenti li jkunu fi-ibħra Maltin għal servizzi magħrufa bhala conveyances li jinkludu bdil ta’ membri ta’ l-ekwipaġġ, proviżjoni ta’ provisti u ħtiġijiet oħra, liema servizzi jingħataw bl-użu ta’ bastiment kummerċjali (workboats).
Transport Malta tagħmel spezzjonijiet fuq bastimenti li jkunu f’portijiet Maltin, biex jiġi assigurat li l-bastimenti jkunu konformi ma’
standards
internazzjoni stabbiliti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonli, u spezzjonijiet minn Port Officers biex jiġi verifikat li dawn qed jobdu l-liġijiet tal-port.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilità hemm li r-road marking li kien hemm u li tneħħiet fit-triq li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tirrigwarda persuna b'diżabilità, terġa' ssir fejn kienet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li rigward ir-road markings imsemmija, qatt ma kien hemm applikazzjoni quddiem Transport Malta. Għaldaqstant, sabiex dawn il-marki jkunu jistgħu jiġu implimentati quddiem ir-residenza msemmija, trid l-ewwel issir applikazzjoni għal reserved parking bay għal persuni b’diżabilità sabiex din tkun tista' tiġi kkunsidrata mill-istess awtorità.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata t-triq li tiġi faċċata tal-iskola sekondarja tal-Verdala minħabba li żżomm ħafna ilma u dan b'detriment għat-tfal tal-iskola u l-karozzi li jkunu għaddejjin minn hemm, kif ukoll residenti li joħorġu mill-mina fejn hemm bosta persuni jgħixu? Issa li x-xogħol fl-iskola ilu li tlesta, meta l-gvern beħsiebu jirranġa din it-triq li qed iżżomm ħafna ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fix-xhur li għaddew saru xogħlijiet fuq il-culverts eżistenti li hemm fiż-żona tal-iskola u żdiedu il-catchpits biex ikun jista’ jinġabar aktar ilma. Ix-xogħlijiet ta’ resurfacing tat-triq mhumiex ippjanati li se jsiru din is-sena.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — flus globali għal hospitality
Question
Jista' l-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20010, kont qed nirreferi għat-taraġ fl-ispectators' area tal-faċilitajiet sportivi. Jista' allura l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru rigward l-użu tal-parking spaces fl-inħawi madwar il-faċilitajiet sportivi fix-Xagħra tal-Furjana? Kif ibbenefika l-Floriana Football Club minn dawn l-arranġamenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi qed jiġi propost li parti minn din iż-żona tintuża għall-parking waqt li parti oħra tibqa' għall-użu preżenti. Iż-żona kollha hi proprjetà tal-gvern u m'għaddietx għand il-Floriana FC bħal ma ġara bil-grounds tal-football.
White Rocks — Proġett - tindif u tiswija ta' bozoz
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir xogħol neċessarju ta' tindif, kif ukoll tiswija ta' bozoz maqtugħa fl-area ta' fejn hemm il-ħsieb li jsir il-proġett tal-White Rocks, u dan peress li qed jinħoloq lok ta' abbuż fl-area frekwentata minn tfal u żgħażagħ biex jipprattikaw xi sport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Talbiet għal career breaks
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal career breaks fl-aħħar sentejn f'kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn nisa, kemm saru minn irgiel u għal liema raġuni?
Jista' jgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata u fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fid-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru tiegħi fl-aħħar sentejn kien hemm żewġ talbiet għal career breaks minn żewġ impjegati nisa fis-Segretarjat Permanenti. Fiż-żewġ każijiet ir-raġuni kienet li riedu jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom. Dawn it-talbiet ġew milqugħa u ġew proċessati fi żmien jumejn.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta fasslitx pjan ħolistiku għall-immaniġjar tat-traffiku f’tas-Sliema? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma r-rakkmandazzjonijiet ta’ dan il-pjan u f’liema terminu ta’ żmien se jittieħdu l-miżuri f’dan il-pjan ta’ azzjoni? Jekk ma sarx pjan bħal dan, għaliex ma sarx u meta hemm il-ħsieb li jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta, matul l-aħħar snin, ħadmet u għadha qed taħdem fuq diversi interventi ta’ immaniġjar tat-traffiku fil-lokalita’ ta’ Tas-Sliema. Matul l-aħħar sentejn, il-prijorità kienet fuq it-titjib ta’ Triq Qui-Si-Sana li toħloq rotta tat-traffiku alternattiva fl-inħawi ta’ Tigne. Fil-fatt, l-awtorità applikat quddiem il-MEPA u wara li nħarġu l-permessi neċessarji iktar kmieni din is-sena, beda x-xogħol fuq is-servizzi u l-promenade mit-Taqsima tax-Xogħlijiet biex issa, fil-ġimgħat li ġejjin, ikun jista’ jibda x-xogħol fuq it-triq innifisha, liema xogħol qed ikun koordinat minn Transport Malta. Dan il-proġett se jinkludi miżuri biex jiffaċilita t-traffiku filwaqt li, kemm hu possibbli, jitnaqqsu l-vetturi li jgħaddu mill-inħawi residenzjali bħala short cut. Hekk kif ix-xogħol fuq din it-triq jitlesta, tkun tista’ tinfetaħ għat-traffiku l-mina li nbniet bħala parti mill-proġett ta’ Tigne biex hekk tibda taħdem ir-rotta alternattiva msemmija. Sadattant, il-MEPA qed tipproċessa talba għall-pedestrianisation ta’ Triq Bisazza, liema applikazzjoni saret wara konsultazzjoni u diskussjoni ma’ Transport Malta.
Ninsab infurmat ukoll li bir-riforma fit-trasport pubbliku ser tkun introdotta rotta intera li sejra tkopri l-inħawi prinċipali f’ tas-Sliema. Din il-lokalità sejra tara ukoll żieda ta’ rotot diretti li minn lokalitajiet differenti jgħaddu minn tas-Sliema. Fost dawn il-lokalitajiet hemm Ħ’Attard, B’Kara, St. Venera u Għargħur.
Bl-introduzzjoni ta’ diversi
interchanges
se tkun aktar faċli tintlaħaq din il-lokalità, fejn se jitnaqqas il-bżonn li wieħed ikollu jagħmel użu mill-Venda tal-Belt sabiex imbagħad jipproċedi lejn Tas-Sliema. Dan huwa maħsub sabiex il-ħin ta’ l-ivvjaġġar jonqos u jagħmel din il-belt aktar aċċessibli bit-trasport pubbliku.
Dawn il-miżuri huma maħsuba sabiex inaqqsu l-bżonn tal-użu tal-karozzi privati.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad rapporti li nhar it-3 t'Ottubru 2010 f'xi s-6.30 pm kien hemm jet li f'għoli ta' 30,000 pied ħalla chemtrail?
X'inhi din il-kimika? Kien hemm permess għal dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-awtoritajiet tal-avjazzjoni m'għandhom l-ebda informazzjoni dwar dan il-każ, iżda ta' min jinnota li hija ħaġa normali li, waqt li jkunu qed itiru fil-għoli u taħt ċerti kundizzjonijiet metrjoloġiċi, ajruplani jistgħu iħallu dawk li jgħidulhom condensation trails. Dan huwa fenomenu naturali u mhux wieħed li jkun ikkontrollat mill-pilota.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19280 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-European Space Agency, anke tenut kont tal-passi importanti li qed tagħmel tramite s-satellita Planck fost oħrajn, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kontribuzzjoni finanzjarja u ta' xorta oħra (personell eċċ.) li pajjiżna jagħti lil din l-aġenzija? Hemm ċittadini Maltin li huma involuti f'din l-aġenzija bħala tekniċi jew xorta oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Tnaqqis fit-tariffi għar-reġistrazzjoni u liċenzjar tad-dgħajjes b'magni ta' saħħa
Question
Jista' l-Ministru jġħid kemm kienu l-persuni li gawdew matul is-sena mit-tnaqqis fit-tariffi għar-reġistrazzjoni u liċenzjar tad-dgħajjes b'magni ta' saħħa? Kemm kien it-telf fid-dħul tal-gvern minn din il-miżura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn meta giet introdotta t-tariffa mnaqqsa fit-tariffi għar-reġistrazzjoni tad-dgħajjes b’magni, l-ammont ta’ nies li ġeddew u gawdew minn dan it-tnaqqis kien jammonta għal €3,699. L-ammont ta’ telf mid-dħul kien ilaħħaq is-somma ta’ €205,701.
Ninsab infurmat ukoll li dan huwa n-numru effettiv ta' sidien tad-dgħajjes li ġew fl-uffiċini tat-Transport Malta, u ġeddew ir-reġistrazzjoni tagħhom u bbenifikaw mit-tnaqqis.
Issa li bdew l-iskejjel u reġa' beda joqrob l-istaġun xitwi, jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex quddiem il-Kulleġġ De La Salle ma jibqax ikun hemm għaddajjar kbar ma' kull ħalba xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qed isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-culverts eżistenti li hemm f’toroq arterjali u distributori. Dawn ix-xogħlijiet jinkludu ukoll it-tindif tal-culverts li hemm fit-triq imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li mistenni jsir breakwater quddiem il-lukanda Excelsior? Kemm mistenni jiġi jiswa? Saru xi Environment Impact Studies? Meta mistenni li jibda l-proġett? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti? Jista' jikkonferma li l-awtoritajiet konċernati għadhom m'applikawx għall-permessi meħtieġa? X’jikkonsisti eżatt dan il-proġett? Huwa minnu li mistenni jsir breakwater ieħor in-naħa ta’ Ta’ Xbiex? Kif se jkun milqut il-proġett l-ieħor propost tal-water outfall?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta bħalissa għadha qed tevalwa diversi alternattivi fir-rigward tal-iżvilupp ta’ yacht marina f’Sa Maison. Nista’ nikkonferma li waħda minn dawn l-alternattivi tinvolvi l-bini ta’ breakwater quddiem il-lukanda Excelsior kif ukoll l-estensjoni tal-breakwater ta’ Ta’ Xbiex. Id-disinji għadhom fil-fażi inizjali kif ukoll l-Environmental Impact Study (EIA) li mistenni jitlesta fis-sena 2011.
Il-bidu u l-ispiża tal-proġett jiddependu mill-eżitu tal-EIA. Rigward il-pjanti u x’jikkonsisti eżatt dan il-proġett, hemm
Project Description Statement
li
huwa aċċessibli għall-pubbliku fuq il-
website
tal-Mepa
L-applikazzjoni għall-permessi meħtieġa jkunu jistgħu jsiru wara li javvanza l-proċess tal-EIA. Mhux eskluż li l-iżvilupp isir mill-privat jew bi sħab mal-privat.
Ninsab ukoll infurmat li mhux minnhu li se jsir
breakwater
ieħor in-naħa ta’ Ta’ Xbiex. Madanakollu, se jsir studju biex jiġi deċiż jekk hemmx bżonn li ssir xi estensjoni fil-
breakwater
eżistenti tal-Marina tal-Imsida jew xi interventi oħra f’din iż-żona.
Riwgard il-proġett l-ieħor propost tal-
water outfall
m’hemm l-ebda indikazzjoni li dan se jiġi milqut.
Jista’ l-Ministru jgħid fid-dawl tal-proġett propost tal-breakwater fl-Inner Harbour jekk huwiex minnu li mistennija ssir Marina f’Sa Maison? Kemm hu mistenni jkun l-ammont ta’ irmiġġ? Kemm hu mistenni jkun l-investiment f’dan il-proġett? Kemm mistenni jkun id-dħul fis-sena għall-Gvern Malti?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19516, ninsab infurmat li, l-ammont ta’ rmiġġi, l-investiment ta’ dan il-proġett kif ukoll id-dħul fis-sena għall-Gvern Malti jiddependu mill-eżitu tal-EIA.
Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm fetħu fabbriki f’pajjiżna? Liema huma? Liema hi l-manifattura tagħhom? Fejn huma? Kemm iħaddmu nies kull fabbrika?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 19528, jista’ l-Ministru jwieġeb għat-tieni parti ta’ din il-mistoqsija u jgħid il-Gvern huwa konxju mill-petizzjoni miġbura fost dawn l-istess sidien? Jekk fl-affermattiv, se jkun qed jagħmel xi ħaġa biex jintervjeni f'din il-kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-proċess ta' privatizzazzjoni tal-marina ma kienx jaqa' taħt ir-responsabbiltà tad-dekasteru tiegħi, nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.