Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola Nazzjonali tal-Isport – Sport taċ-ċikliżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażel iċ-ċikliżmu bħala sport biex ikun mgħallem fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport meta dan ma kien jidher fl-ebda kriterja fuq il-website tal-iskola u allura ma setgħux jagħżluh l-istudenti għas-sena skolastika 2021-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċikliżmu jifforma parti mid-dixxiplina sportiva tat-triathlon li matul is-sena skolastika msemmija kienet waħda mid-dixxiplini mgħallma fl-iskola. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li kwalunkwe student li jixtieq javvanza fuq sport partikulari, f’dan il-każ ċikliżmu, jista’ jgħamel dan billi jkompli b’taħriġ speċifiku f’dik id-dixxiplina ġewwa l-Iskola Nazzjonali tal-Isport.

Skola Nazzjonali tal-Isport – kriterji għall-għażla tal-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-kriterji li fuqhom qed jintgħażlu l-istudenti għall-Iskola Nazzjonali tal-Isport? Jista' jgħid ukoll jekk l-assessuri humiex ikkwalifikati fid-dixxiplini sportivi rispettivi li jkunu qed jassessjaw?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji huma testijiet fiżiċi, benchmark ta’ tmiem il-Primarja, u test prattiku fl-isport mgħażul. L-assessuri jkunu persuni li ġew nominati mill-assoċċjazzjonijiet tad-dixxiplini rispettivi tagħhom, persuni nominati mill-Iskola Nazzjonali ta’ l-Isport u espert minn barrra.

Skola Nazzjonali tal-Isport – kampijiet ta’ taħriġ organizzati barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kamp ta' taħriġ ġie organizzat barra minn Malta mill-Iskola Nazzjonali tal-Isport għal dawn l-aħħar ħames snin, kemm ipparteċipaw studenti f'kull taħriġ, min akkumpanja lill-istudenti f'kull taħriġ u kemm kienet in-nefqa għal kull taħriġ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar ħames snin ġie organizzat 16-il kamp ta’ taħriġ fejn b’kollox ipparteċipaw 46 student f’kull kamp ta’ taħriġ. L-istudenti ġew akkumpanjati minn edukaturi, amministraturi u kif ukoll coaches, waqt li n-nefqa għal kull kamp ta’ taħriġ kienet medja ta’ €430 għal kull persuna.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru u d’dekasteru tiegħi kollhu b’kollox hemm 904 ħaddiem tal-kuntrattur li jinsabu fi rwoli diversi bħal securities, cleaners, receptionists, clerks, nurses u careworkers f’Resource Centres, IT support u kif ukoll accounts.

Xewkija, Għawdex – Dipartiment tal-Edukazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala f'dawn l-aħħar ġimgħat id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ġewwa Għawdex, li mid-9 ta' Settembru 2022 kien beda jopera u jaħdem mill-Gozo Innovation Hub ġewwa x-Xewkija, ma baqax jopera? Jista’ jgħid fil-preżent fejn qed jopera dan id-Dipartiment u l-ħaddiema kollha li kien hemm?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Għawdex – użu ta’ faċilitajiet għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8730 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7810, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex, u jgħid liema faċilitajiet f’Għawdex se jintużaw għal xi parti mil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li mistennija jsiru f’Malta dalwaqt? Liema dixxiplini se jsiru f’dawn il-faċilitajiet? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm faċilitajiet oħrajn li kienu qed jiġu kkonsidrati li jintużaw għal dawn il-logħob, iżda issa mhux se jintużaw u fil-każ, x’inhi r-raġuni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7534.

Ħamrun – faċilitajiet sanitarji fil-kumpless ġdid tal-Handball

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8714 u jgħid meta se jkunu lesti l-faċilitajiet sanitarji fil-kumpless il-ġdid tal-Handball fil-Ħamrun? Jista’ jgħid ukoll meta se jinbnew l'hekk imsejħin changing rooms għall-atleti u meta se tibda taħdem l-iscore board?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-kumpless sportiv ta’ Maria Assunta fil-Ħamrun diġà hemm faċilitajiet sanitarji. Bl-istess mod li fl-aħħar snin ingħatat dehra ġdida permezz ta’ servizzi ta’ faċilitajiet ġodda, l-istess se jibqa’ jsir.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9029 dwar kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jista' l-Ministru jispeċifika f'tabella l-ammont ta' kemm minn dawn l-impjegati ġejjin minn kull lokalità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Lokalita Ħaddiema Full-time ngaġġati Attard 17 Balzan 7 Baħar iċ-Ċagħaq 1 Birgu 2 Birkirkara 30 Bir¿ebbuġa 5 Blata l-Bajda 1 Bormla 4 Burmarrad 1 Dingli 2 Fgura 5 Floriana 2 Għasri 1 Għaxaq 6 Għargħur 1 Gudja 1 G¿ira 8 Ħamrun 5 Ibraġġ 1 Iklin 1 Isla 2 Kalkara 2 Kappara 2 Kerċem 1 Kirkop 6 Lija 2 Luqa 2 Marsa 5 Marsalforn 1 Marsaskala 19 Marsaxlokk 2 Mellieħa 5 Mġarr 5 Mosta 27 Mqabba 2 Mtarfa 3 Msida 15 Naxxar 8 Paola 2 Pembroke 13 Pieta 6 Qala 2 Qawra 2 Qrendi 1 Qormi 9 Rabat (Malta) 8 San Ġiljan 7 San Ġwann 16 San Pawl il-Baħar 15 Santa Luċija 2 Santa Venera 3 Sannat 3 Siġġiewi 8 Sliema 8 Swatar 1 Swieqi 6 Ta’ Xbiex 1 Tarxien 6 Valletta 6 Victoria (Gozo) 8 Xewkija 2 Xgħara (Gozo) 2 Xgħajra 2 Żabbar 13 Żebbuġ 14 Żejtun 8 Żurrieq 11

Ministeru għall-Edukazzjoni – Bordijiet – membri ta’ unions

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8835 u jgħid jekk kienx hemm membri ta’ xi union/s li ġew maħtura fuq xi bord fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni f’dawn l-aħħar sentejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri jiġu maħtura skont in-neċessita.

Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija — persons of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persons of trust assenjati mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u jekk hemm, kemm hemm u kemm hi r-remunerazzjoni grossa annwali tagħhom f'daqqa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entita msemmija m’għandiex persons of trust assenjati magħha.

Skejjel tal-Gvern – filter fit-tablets

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9223 u jgħid jekk jeżistix filter fit-tablet li jingħata lil studenti mir-Raba’ sena ’il fuq sabiex jiffiltra dak li jista’ jkun aċċessibli fuq l-internet għat-tfal ta’ din l-età?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Segretarjat Parlamentari — entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skola Nazzjonali tal-Isport – studenti li ma komplewx bl-istudji tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ma komplewx il-perkors kollu tal-iskola fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Studenti neqsin mis-smigħ li għaddew mill-eżamijiet tal-MATSEC

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9175, jista’ l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti neqsin mis-smigħ li rnexxielhom jgħaddu mill-eżamijiet tal-MATSEC (O’Levels u A’Levels) f’dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Skola Nazzjonali tal-Isport – SEC Performance Statistic

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-SEC Performance Statistic mhux updated fuq il-website tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan it-tali rapport sena b'sena għall-perjodu mill-2014 sal-2021?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Impjegati fl-uffiċċju/i tal-kostitwenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati mill-Ministeru tiegħu li jmorru jiftħu u jaħdmu fl-uffiċċju/i tal-kostitwenza?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati tas-segretarjat privat huma ingaġġati u jaħdmu b’rispett sħiħ u konsistenti mal-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariat maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-2012. Dawn il-linji gwida għadhom fis-seħħ u fil-preżent dawn huma aċċessibbli fil-Manual on Resourcing Policies and Procedures li jikkumplimenta l-Public Service Management Code.

Kulleġġ San Nikola – Skola Sekondarja – Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs li talbu għal deployment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs talbu għal deployment biex ma jibqgħux fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Nikola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9038.

Kulleġġ San Tumas More – Skola Sekondarja – Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs li talbu għal deployment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs talbu għal deployment biex ma jibqgħux fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Tumas More?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9038.

Skejjel statali – rata ta’ ħlas għas-servizzi ta' photocopying

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx rata fissa stabbilita għall-iskejjel statali li biha jkunu ċċarġjati l-edukaturi li jagħmlu użu minn servizzi ta' photocopying fl-iskejjel stess? Jekk iva, din kemm hi? Jekk le, jista’ jgħid jekk humiex l-amministrazzjonijiet tal-iskejjel li qed jistabbilixxu r-rata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rata ta’ ħlas qatt ma kienet fissa u dejjem ġiet stabbilita mill-amministrazzjoni tal-Iskola.

Skola Nazzjonali tal-Isport – skema post-sekondarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li applikaw għall-iskema post-sekondarja offruta mill-Iskola Nazzjonali tal-Isport? Fejn qiegħed isir dan it-taħriġ u kif ġew magħżula l-coaches li qed jgħallmu din l-iskema u x'kuntratt għandhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.