Persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija — approvazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk, kienx hemm persuni li dwarhom huwa ta l-approvazzjoni tiegħu biex il-persuna tingħata ċ-ċittadinanza Maltija taħt l-artikolu 10(9)(ċ) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) skont dak li jipprovdi r-regolament 6 tar-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali (Leġislazzjoni Sussidjarja 188.04) mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ma kien hemm l-ebda persuna li dwarha ingħatat l-approvazzjoni tal-Prim Ministru sabiex tingħata iċ-ċittadinanza Maltija kif provdut f’Regolament 6 dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali (Leġislazzjoni Sussidjarja 188.04) taħt l-artikolu 10(9)(ċ) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2017 sallum. Infakkar lill-Onor. Interpellant illi l-obbligu ta’ informazzjoni pubblika dwar persuni li jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija huwa limitat għall-isem u l-kunjom, li jiġu ppubblikati darba f’sena fil-Gazzetta tal-Gvern u ma ssir l-ebda distinzjoni taħt liema provediment tal-liġi tkun ingħatat iċ-ċittadinanza
Korsijiet tal-Institute for Public Service – għajnuna monetarja
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2694 u jgħid x'tip ta' għajnuna monetarja jew x’tip ta' għajnuna oħra qed jingħataw dawk l-uffiċjali pubbliċi li jkunu obbligati jagħmlu korsijiet fl-Institute for Public Service? Jista’ jgħid kemm-il kors organizza dan l-Istitut ġewwa Għawdex, kemm ilu mwaqqaf? Meta saru dawn il-korsijiet u kemm attendew għal kull kors kif ukoll min seta' japplika għal kull kors li sar f'Għawdex?
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
Peress li dan l-aħħar dehru xi rapporti f’sezzjonijiet tal-midja dwar impjiegi mal-gvern u entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku, inkluż il-każ tad-Deputat Parlamentari li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jista’ l-Prim Ministru jgħid:
1) min huma dawk id-deputati eletti fil-Parlament li sal-jum tat-tweġiba ta’ din il-mistoqsija huma impjegati fis-settur pubbliku u/jew li qed joffru servizzi ta’ konsulenza b’kuntratt lill-istess settur pubbliku, fit-tliet kategoriji msemmija (a) Dipartimenti tal-Gvern, (b) Korpi Pubbliċi jew Awtoritajiet u (ċ) kumpaniji kummerċjali fejn il-gvern għandu l-kontroll effettiv;
2) meta kienu ingaġġati dawn id-deputati fis-servizz pubbliku jew entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni;
3) x’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandhom dawn id-deputati kif ukoll id-dħul gross annwali tagħhom; u
4) x’inhi l-kariga u grad li jokkupaw illum?
Billi nhar it-28 ta’ Frar 2018 kienet l-aħħar ġurnata meta impjegat tas-servizz pubbliku seta’ jippreżenta l-każ tiegħu jekk tkun saret inġustizzja miegħu qabel Marzu 2013, jista' l-Prim Ministru jgħid:
Kemm daħlu b’kollox każijiet sad-data tat-28 ta’ Frar?
Kemm minn dawn il-każijiet huma qabel Marzu 2013?
Kien hemm każi li jirreferu għal wara Marzu 2013?
Kemm mill-każijiet ta’ qabel Marzu 2013 ġew mill-Pulizija?Kemm mill-każijiet ta’ wara Marzu 2013 ġew mill-Pulizija?
Jista' jaqsam l-informazzjoni bejn każijiet f'Malta u f’Għawdex?
Għawdex – Uffiċċju tal-People and Standards Division
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk f'Għawdex hemmx uffiċċju tal-People and Standard Division, fejn jinsab dan l-uffiċċju, kemm ilu miftuħ u kemm hemm ħaddiema jaħdmu fih? Jista’ jgħid, kemm ilhom li ġew ingaġġati l-ħaddiema li jaħdmu f'dan l-uffiċċju u fejn ħarġu s-sejħiet għal dawn il-postijiet? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema, kif ukoll x’tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu ngaġġati iktar ħaddiema ma’ din is-sezzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat li l-People and Standards Division (P&SD) fetħet uffiċċju f’Għawdex f’Marzu 2017 ġewwa x-Xewkija biex iservi ta’ estenzjoni għax-xogħol li jsir mill-P&SD f’Malta. L-uffiċċju huwa amministrat min tlett ħaddiema fi gradi klerikali u amministrattivi. Ma sar l-ebda ingaġġ dirett għal dan l-uffiċċju speċifiku imma l-ingaġġ sar wara sejħa pubblika.
Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Privazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija — Chairman, Membru u Segretarju
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni li servew bħala Chairman, Membru u Segretarju tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Privazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija mis-sena 2010 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-data ta' meta l-imsemmija persuni bdew iservu bħala Chairman, Membru u Segretarju tal-istess Kumitat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li servew bħala Chairman, Membru u Segretarju tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Privazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija mis-sena 2010 huma kif ġej:
Matul l-2010:
Chairman
Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici
Membri
Ms Anna Caruana Colombo
Dr Raymond Zammit
Segretarju
Mr Joseph Marcel Micallef (sal-10 ta' Novembru 2010)
Mr Aldo Testone (mill-11 ta' Novembru 2010)
Matul l-2011
Chairman
Prim Imħallef Emeritu Giseppe Mifsud Bonnici
Membri
Ms Anna Caruana Colombo (sat-23 ta' Mejju 2011)
Dr Josette Zerafa (mill-24 ta' Mejju 2011)
Dr Raymond Zammit
Segretarju
Mr Aldo Testone
Matul l-2012
Chairman
Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici
Membri
Dr. Josette Zerafa
Dr. Raymond Zammit
Segretarju
Mr. Aldo Testone
Matul l-2013
Chairman
Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici
Membri
Dr. Josette Zerafa
Dr. Raymond Zammit
Segretarju
Mr. Aldo Testone
Bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-25 t'April 2014
Chairman
Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici (sal-25 t'April 2014)
Membri
Dr Raymond Zammit (sal-25 t'April 2014)
Dr Josette Zerafa (sal-25 t'April 2014)
Segretarju
Mr Aldo Testone (sal-25 t'Aptil 2014)
Mis-7 ta' Marzu 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016
Chairman
Imħallef Emeritus Philip Sciberras (mis-7 ta' Marzu 2016)
Membri
Dr Audrey Vassallo (mis-7 ta' Marzu 2016)
Mr Adrian Tonna (mis-7 ta' Marzu 2016)
Segretarju
Mr Manuel Sciriha (mis-7 ta' Marzu 2016)
Matul l-2017
Chairman
Imħallef Emeritus Philip Sciberras
Membri
Dr Audrey Vassallo (sal-10 t'Ottubru 2017)
Dr Alexandra Mizzi (mill-11 t'Ottubru 2017)
Mr Adrian Tonna
Segretarju
Mr Manuel Sciriha (sal-10 t'Ottubru 2017)
Ms Doriette Camilleri (mill-11 t'Ottubru 2017)
Matul 2018 sallum
Chairman
Imħallef Emeritus Philip Sciberras
Membri
Dr Alexandra Mizzi
Mr Adrian Tonna
Segretarju
Ms Doriette Camilleri
Reġistru Elettorali – persuni li ma ġeddewx il-Karta tal-Identità
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna li tidher fir-Reġistru Elettorali il-Karta tal-Identità tagħha ma ġietx imġedda, fl-eżerċizzju li sar ta' tiġdid ta' Karti tal-Identità, maqsuma lokalità b'lokalita? Jista’ jgħid jekk l-isem dawn il-persuni hux ser jibqa' jidher fuq ir-Reġistru Elettorali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat mill-Uffiċċju Elettorali li fir-Registru Elettorali tal-Elezzjoni Ġenerali datat Ottubru, 2017, hemm 6,504 votant irreġistrat li ma ġedditx il-Karta tal-Identità. Minn Ottubru l hawn din iċ-ċifra jista jkun li inbidlet minħabba mwiet reġistrati fir-Reġistru Pubbliku. It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi f liema lokalitajiet dawn huma mqassma. Ninsab informat mill Uffiċċju Elettorali li l-fatt li persuna ma ġġeddidx il karta tal identita tagħha ma jikkonsistix fi skwalifika milli persuna tkun reġistrata bħala votant.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex jikkonsistu s-16-il inizjattiva li l-Gvern ħabbar permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali li huma maħsuba li jnaqqsu l-burokrazija? Jista’ jgħid kif is-settur kummerċjali se jgawdi minn din is-simplifikazzjoni ta’ burokrazija? Jista’ jgħid min kienu l-esperti li magħhom ħadem il-Gvern fuq dan il-proġett?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 143, jista' l-Prim Ministru issa jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li l-positions of trust fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu huma dawk fis-Segretarjati Privati, fic-Central Customer Care Unit, estate managers, Project Coordinator u receptionists.
MCA – Direttiva bil-miktub fuq l-Artikolu 6 tal-Kap 418 tal-Liġijiet ta’ Malta
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Ministru responsabbli qattx ta xi direttiva bil-miktub lil din l-Awtorità a tenur tal-Artikolu 6 tal-Kap. 418 tal-Liġijiet ta’ Malta, mid-data tat-twaqqif tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) sal-lum? Jekk iva, meta u fir-rigward ta’ xiex ingħatat din id-direttiva bil-miktub, mill-Ministru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) li m’għandha l-ebda dokumentazzjoni ta’ xi direttiva mogħtija lilha fil-passat bil-miktub skond l-Artiklu ċitat fil-mistoqsija tal-Interpellant.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba dwar ix-xogħol mal-kumpanija li isimha ingħata b’mod separat, jinsabu fit-tabella t’hawn taħt.
Ix-xogħol, li sar kollu b’direct order, kien jikkonsisti f’xiri ta’ kotba, reklamar f’kampanji fuq billboards, self ta’ ritratti, reklamar fuq kotba u sponsorship.
OPM
€25,053.89
MITA
€13,881
MFSA
€14,785.70*
MCA
€15,786
Total
€69,506.61
*Din l-ispiża biss tinkludi l-VAT.
Maħfra Presidenzjali lil persuni suspettati b’delitt
Question
Fost in-nies hemm ix-xniegħa li t-tliet persuni suspettati u akkużati li wettqu d-delitt tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ jkun li jiġu offruti l-Maħfra Presidenzjali. F’dan il-kuntest u fl-interess pubbliku, sabiex titwaqqaf kull spekulazzjoni, jista’ l-Prim Ministru jgħidilna:
Jekk il-Gvern ikkunsidrax li joffri l-Maħfra Presidenzjali lil xi wieħed mit-tliet akkużati?,
Jekk il-Maħfra Presidenzjali ġietx offruta lil xi ħadd mit-tliet akkużati?,
Jekk il-Maħfra Presidenzjali ġiet offruta, allura jekk ġietx aċċettata, jekk ġietx irrifjutata, jew
jekk qed tiġi kkunsidrata?,
Jekk il-Maħfra Presidenzjali hux ser tiġi offruta lil xi ħadd mill-akkużati?, u
Jekk il-possibbilità ta’ Maħfra Presidenzjali f’dan il-kuntest ġietx eliminata, u jekk inhu hekk għal liema raġunijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontenut tad-domandi huma spekulazzjonijiet u konġetturi bla bażi.
Il-Gvern huwa impenjat li bl-istess mod li ġew arrestati u tressqu quddiem il-Qorti tliet persuni akkuzati bl-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia, hekk ukoll tkun magħrufa l-verità kollha fuq dan il-każ.
Żgħażagħ ta’ 16-il sena li ser jivvutaw fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali
Question
Billi l-Parlament għadu kif approva tibdil storiku fil-Kostituzzjoni li permezz tiegħu tbaxxiet l-età tal-votazzjoni għal 16-il sena, jista’ l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni dwar kemm se jkun l-għadd ta’ żgħażagħ ta' 16-il sena li ser jivvotaw fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-2019 u fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-istess ġurnata? Jista’ wkoll jagħti indikazzjoni dwar kemm hu stmat li ser ikun l-għadd ta' żgħażagħ ta' 16-il sena li ser jivvotaw fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, jekk wieħed jikkunsidra li jkun sar term sħiħ ta' 5 snin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat mill-Uffiċċju Elettorali li fil-preżent l-għadd ta’ żgħażagħ ta' 16-il sena li ingħataw d-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali fl-2019, huwa ta’ 8,213.
Ċifra dwar kemm hu stmat li ser ikun l-għadd ta' żgħażagħ ta' 16-il sena li ser jivvotaw fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss tkun magħrufa fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1796 u 2497 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid sal-aħħar ta’ Frar 2013, kemm kien hemm nies impjegati mas-Settur Pubbliku (inklużi intrapriżi pubbliċi)? Kemm minn dawn kienu impjegati full-time? Kemm minn dawn kienu impjegati fuq bażi part-time? Kemm minn dawn kienu impjegati f’position of trust? U kemm minn dawn kienu impjegati b’kuntratt definit?
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – każijiet pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni? Jista' jgħid kemm ilhom pendenti l-każijiet quddiem din il-Kummissjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – każijiet ta’ korruzzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena, kemm kien in-numru ta' każijiet ta' korruzzjoni li tressqu quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni mis-sena 2000 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn il-każijiet ġew konklużi u kemm għadhom pendenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Digitali u Innovazzjoni - konsulenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Digitali u Innovazzjoni jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - konsulenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
MCA – ħatra ta’ Chief Executive jew Direttur Ġenerali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) sal-lum, jekk qattx kienx hemm xi ħatra bħala Chief Executive jew Direttur Ġenerali f'din l-Awtorità, u jekk kien hemm meta saru tali ħatriet, għal kemm żmien kienu u min okkupa dawn il-karigi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Fl-MCA qatt ma saru ħatriet ta’ Chief Executive jew Direttur Ġenerali.
Madankollu informat li fl-2008 kien hemm korrispondenza fejn iċ-Chairperson kien iffirma bħala Chairman/Director General.
Kwalunkwe anomalija li seta’ kien hemm ġiet indirizzata b’emenda bl-Att Numru VIII tal-2014, il-Kap.418 tal-Liġijiet ta’ Malta.