Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konċessjoni ta’ privattiva ngħatat mill-aħħar ta’ Ottubru 2010 sal-lum? Kemm minnhom saru minn applikanti Għawdxin? X’kien is-suġġett/prodott/attività/eċċ .ta’ kull konċessjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant id-Dipartiment tal-Kummerċ ġabar fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra dawk il-Privattivi li ġew mogħtija konċessjoni minn Ottubru 2010 sal-lum. Din il-lista tinkludi dawk il-Privattivi li ġew sottomessi dirett ma’ dan l-uffiċju (i.e. privattivi nazzjonali) kif ukoll dawk il-privattivi Ewropej li huma validi għal Malta (i.e. European Patents).
Kif jidher minn din il-lista, ma kien hemm ebda konċessjoni għal privattivi għal applikazzjonijiet ġejjin minn applikanti Għawdxin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek minn residenti f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Diċembru 2010 u fl-aħħar ta’ Marzu u April 2011? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati u skont l-istess residenza? Jista’ jagħti dan it-tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar mill-ewwel ta’ Jannar 2011 sal-lum maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kellha s-sussidju fuq it-telephone u anke ġeddet il-karta tas-sussidju, imma jidher li dan tneħħa? Jista' jivverifika l-każ peress li l-kont ġie aktar għoli komparat mal-kontijiet ta' qabel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpaniji li jipprovdu servizz tat-telefon huma kumpaniji privati u għalhekk l-informazzjoni rikjesta m’huwiex possibbli li tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux reġgħu qed jinħarġi ex officio assessments? Jekk iva, fuq liema bażi qed jinħarġu dawn il-kontijiet, fuq stima mill-kummissarju? Jista' jgħid kemm-il ex officio tax assessment inħarġu din is-sena, fl-2010 u fl-2009 u kemm minnhom ġew kontestati? Kemm kien il-valur ta' dawn l-istimi u kemm hu l-ammont li qed jiġi kontestat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-sistema li taħtha seta’ joħroġ ex officio assessment spiċċat fl-1997.
Illum d-dipartment jaħdem bis-sistema ta'
estimated tax statement system
li m’għandha x’taqsam xejn mal-mod kif kienu nħarġu l-
ex officio assessments
fl-aħħar tas-sebgħinijiet u l-bidu tat-tmeninijiet.
Taħt is-sistema tas-
self-assessment
li hemm illum, u li ilha titħaddem f’Malta mis-sena bażi 1998, jinħareġ biss
Estimated Tax Statement
meta persuna ma tibgħatx il-formola tat-taxxa, kontrarju għall-
ex officju assessments
li kienu jinħarġu fis-sebgħinijiet u l-bidu tat-tmeninijiet li kienu jinjoraw dak li kien jiġi ddikjarat minn negozju partikolari u b'mod arbitrarju jiġi stabbilit l-ammont ta' taxxa dovut.
Fis-sistema l-ġdida jekk persuna li jinħarġilha
Estimate
tibgħat il-formola, jinħarġilha
tax statement
ġdid fuq il-figuri skont kif tkun iddikjarat.
Imma meta
taxpayer
li jkun irċieva
estimated tax statement
jibqa’ ma jibgħatx il-formola, id-dipartiment joħroġ
assessment
biex abbażi tiegħu jkun jista’ jinforza aħjar it-taxxa dovuta.
Dan l-
assessment
ikun ibbażat fuq numru ta’ parametri, skont il-każ. Barra dan, meta d-dipartiment jidhirlu li persuna tista’ ma tkunx qed tiddikjara kollox, jista’ jibagħtilha notifika bil-miktub fejn jitlobha ġġib id-dokumenti u tagħti l-ispjegazzjonijiet meħtieġa. Meta dawn ma jinġibux jew ma jingħatawx, id-dipartiment ma tibqagħlux triq oħra ħlief li joħroġ
assessment
formali, u li għalih il-persuna in kwistjoni jkollha dritt toġġezzjona fi żmien 30 ġurnata.
Il-figuri mitlubin qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar l-investigazzjonijiet li saru dwar abbużi li rriżultaw fl-operat intern tad-Dipartiment tal-VAT?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 18295.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24583 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25333.
Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 ‘l hawn:
a) Il-
labour supply
; nisa għalihom u rġiel għalihom;
b) In-numru ta’ nies jaħdmu
full-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika;
ċ) In-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol
part-time
bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika;
d) in-numru ta’ nies jaħdmu
part-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25843.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24984 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid b’kollox kemm huwa mifhum li kienu jaħdmu Maltin fil-Libja sakemm feġġet il-kriżi hemmekk? Kemm minnhom hu mifhum li kienu jaħdmu ma' kumpaniji b’investiment Malti, kif ukoll kemm minnhom kienu jaħdmu ma' kumpaniji totalment barranin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 24865 u 24986.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24503 dwar problema ta' rwejjaħ tad-drenaġġ qrib Block 10a Pembroke, billi l-problema għadha waħda akuta, jista' l-Ministru jara li ssir investigazzjoni mill-ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tieħu l-passi biex isiru bidliet meħtieġa fis-sistema tad-drenaġġ tal-akkwati biex dawn l-irwejjaħ jispiċċaw. Huwa ppjanat li dawn il-bidliet isiru fi ftit xhur oħra. Sadattant, il-Korporazzjoni qed tara x’jista’ jsir biex tittaffa l-impatt tal-problema.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25062, jista' l-Ministru jgħid liema Chief Officer mill-Korporazzjoni Enemalta qed jiġi investigat? Kemm huma serji l-allegazzjonijiet li tressqu? Jista' jgħid għalfejn dan iċ-chief officer baqa' jidħol għax-xogħol u baqa' jaħdem mal-istess persuni li għamlu dawn l-allegazzjonijiet, meta persuni oħra li ġew investigati dejjem kienu sospiżi mix-xogħol sakemm jintemmu l-investigazzjonijiet hekk kif inhi l-prassi tal-bord dixxiplinarju tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant illi f’dan l-istadju kull m’hemm huma allegazzjonijiet u l-evalwazzjoni għadha għaddejja. Minħabba l-kunfidenzjalità tal-każ mhux opportun li tingħata informazzjoni dwar il-persuna f’dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel fl-2008, 2009 u 2010 sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi tabella li tinkludi l-ammont ta’ flus miġbura f’sisa fuq bejgħ ta’ petrol u diesel qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhux possibbli tingħata informazzjoni f’dak li jirrigwardja ġbir ta’ VAT peress li d-dikjarazzjonijiet minn persuni reġistrati li jbigħu petrol u diesel jinkludu VAT miġbura fuq provvisti ta’ servizzi u prodotti oħrajn ukoll.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel fl-ewwel tliet xhur tal-2009 u fl-ewwel tliet xhur ta' 2010 b'mod rispettiv?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25559.
L-informazzjoni dwar is-Sisa miġbura fl-ewwel xhur ta’ l-2009 u l-2010 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — vakanzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi hemm fid-Dipartimenti, uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru u x'sejħiet jew applikazzjonijiet huma maħsuba li joħorġu fix-xahrejn li ġejjin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25830.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall-istallazzjoni tal-arloġġi tal-ilma f'kull waħda mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Vide paper laid 7236 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 347nhar it-Tlieta 17 ta’ Mejju 2011)
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-voucher tad-dawl u ilma tal-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li għadu ma rċevihx u ilu jċempel ħafna drabi lil Arms Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' Ministru jgħid lil liema entitajiet qed jagħti garanziji fuq dejn il-gvern? Kemm hu l-ammont ta' dejn li l-gvern qed jiggarantixxi lil kull entità? Peress li fl-aħħar tliet xhur tal-2010 id-dejn garantit żdied b'€86 miljun, jista' jgħid liema entitajiet hemm wara din iż-żieda?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25692.
Proġett ta' Bieb il-Belt — National Investment Fund
Question
B'referenza għall-proġett ta' Bieb il-Belt, jista' Ministru jgħid:
a. meta se jitwaqqaf il-fond imsejjaħ National Investment Fund;
b. liema huma l-proġetti li se jiġu ffinanzjati mill-fond National Investment Fund;
ċ. minn fejn ħarġu l-€40miljun li diġà tħallsu fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt;
d. jekk in-National Investment Fund għadu ma twaqqafx, minn fejn ġie reġistrat dan il-ħlas ta' €40miljun?
Peress li l-Ministru qal li dan il-proġett se jitħallas mid-dħul mill-kirjiet, jista' jgħid jekk dawn il-kirjiet kenux jidhru taħt il-fond konsolidat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-National Investment Fund se jitwaqqaf dalwaqt. Tagħrif dwar il-proġetti li se jiffinanzja dan il-fond jingħata fiż-żmien opportun. S’issa ma tħallsu l-ebda 40 miljun fuq il-proġett ta’ Bieb il-Belt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu fil-preżent il-marġini tal-profitt tal-Korporazzjoni Enemalta f'euros fuq il-prezz ta' kull litru petrol u diesel? Jista' jindika l-bażi ta' kif jiġi determinat dan il-marġini ta' profitt għall-Korporazzjoni Enemalta fuq kull litru petrol u diesel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.