Sptar Mount Carmel — Post fejn jiltaqgħu l-familjari mal-pazjenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn huwa l-post li jiltaqgħu l-familjari ma’ pazjenti fl-Isptar Mount Carmel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li kull sala minnbarra l-High Security Ward ġewwa l-Isptar Mount Carmel, hija mgħammra b’multipurpose room li sservi wkoll għall-akkomodazzjoni ta’ żjarat mill-familjari tal-pazjenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux infurmat dwar mediċina tal-Gvern, POYC li ddaħħlet fil-każin Laburista tar-Rabat, nhar il-Ħamis, 18 ta' Jannar fid-9.30 a.m. biex tiġi mqassma minn hemmhekk? Jista' jgħid għaliex dan l-aħħar kien hemm numru ta' persuni li ngħataw mediċini tal-Gvern (POYC) minn membri tal-Kumitat Laburista fir-Rabat u jekk dan hux qiegħed isir bil-barka tiegħu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-allegazzjoni hi bla bażi u ma tagħmilx sens.
Il-Unit tal-Pharmacy of Your Choice iqassam il-mediċini b’mod esklussiv lill-pazjenti intitolati permezz tal-ispiżeriji li huma fil-komunità permezz tal-Iskema POYC.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn studenti barranin fl-Iskola Medika ta' Malta matul dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm minn dawn kienu eżenti mill-ħlas għall-istudji tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Għawdex — Acting Chief Nursing Manager fl-Isptar Ġenerali u Chief Nursing Manager fil-Primary Health Care
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm Acting Chief Nursing Manager, filwaqt li fil-Primary Health Care ġewwa Għawdex, fejn hemm inqas minn tletin ħaddiem, hemm Chief Nursing Manager?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-sejħa biex jimtela l-post ta' Chief Nursing Manager fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ħarġet il-Ġimgħa 9 ta' Frar.
Jista' l-Ministru jgħid meta ngħalaq il-canteen tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jgħid kif qed jinqdew il-pazjenti u l-ħaddiema li jkollhom bżonn jixtru xi bżonnijiet issa li l-canteen huwa magħluq? Jista' jgħid ukoll meta hu maħsub li se jerġa’ jinfetaħ dan il-canteen?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat peress li l-canteen preċidenti ngħalaq sabiex jiffaċilita’ il-bini tal-iskola medika ta’ Barts, l-pazjenti u l-ħaddiema bħalissa jagħmlu użu minn numru ta’ vending machines li hemm mqassma mal-isptar kollu kif ukoll minn servizz ta’ food truck li jinsab fil-parking area tal-istess sptar. Ninfurmah illi l-ħaddiema jistgħu jagħmlu użu wkoll mill-canteen tal-istess skola medika ta’ Barts.
Sptar Mater Dei — Barranin li ħallsu għas-servizzi tas-saħħa
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11436, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni barranin minn pajjiżi terzi li ħallsu għas-servizzi tas-saħħa ġewwa l-Isptar Mater Dei jew Ċentri tas-Saħħa bejn is-sena 2017 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont li nġabar? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informzzjoni qed tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu d-Deputati tal-Oppożizzjoni, li minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 kienu impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji / banek fejn il-Gvern kellu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu jservu, il-kariga li kienu jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?
Jista’ jqiegħed wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn Marzu 2008 sa Jannar 2013 jew sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informzzjoni qed tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant biex tireferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15183.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm bdil fl-użu ta' Dar Narċis ġewwa l-Faċilità San Vincenz de Paul matul l-aħħar sena? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm residenti jew pazjenti fl-istess dar li ġew imwaqqfa milli jużaw is-servizzi f'din id-dar? Jekk iva, jista' jgħid jekk dawn l-istess persuni ngħatawx alternattiva għas-servizzi li kienu jibbenefikaw minnhom f'Dar Narċis?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant, li l-iskop ewlieni tan-Narċis huwa li jipprovdi riabilitazzjoni għal persuni bejn it-18 u d-59 sena, speċjalment dawk il-persuni li jeħtieġu riabilitazzjoni aktar fit-tul, bl-għan ewlieni jkun li dawn eventwalment, jiġu rilaxxati f’ambjent komunitarju.
Narċis kien qed jipprovdi wkoll servizzi ta’ respite fuq bażi temporanja bħala l-funzjoni sekondarja tiegħu, madankollu dan is-servizz kien dipendenti fuq id-disponibilita’ tal-post peress li l-għan proprju huwa dak ta’ riabilitazzjoni.
Persuni li temmew il-kura tagħhom fin-Narċis jinkludu 3 individwi li ġew rilaxxati lura fil-komunita’ - persuna waħda rritornat id-dar b’suċċess u 2 persuni oħra rritornaw f’ambjent komunitarju, skont il-ħtiġijiet partikolari tagħhom.
Ir-rwol ta’ Narċis dan l-aħħar ġie rivedut u bħalissa se jiġi pprovdut biss mill-pjan terran u għalhekk is-sodod disponibbli se jiġu utilizzati minn klijenti li jeħtieġu riabilitazzjoni. Għalhekk is-servizz ta’ respite mhux se jibqa’ jingħata, pero l-persuni li jeħtieġu dan is-servizz se jkunu ggwidati lejn oqsma oħra li jistgħu jagħtu servizz bħal dan. Kellna persuna waħda li talbet respite fin-Narċis u minflok ġiet offruta alternattiva oħra f’Dar il-Kaptan.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15440, jista' l-Ministru jagħti data preċiża jew almenu indikazzjoni f'liema xahar f'din is-sena ser tkun qed tiġi ppubblikata s-sejħa għall-offerti għad-Dar tal-Anzjani tal-Imsida?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta jkun il-waqt nagħtu aktar dettalji.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15439, jista' l-Ministru jgħid jekk illum għadux jingħata s-servizz ta' sigurtà mad-Dar tal-Anzjani f'Bormla li issa ilha magħluqa minn Lulju 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont mogħti fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15439 jirreferi għall-bini ta’ ħitan biex jiġu blukkati l-entraturi tad-Dar tal-Anzjani f’Bormla. B’dan il-mod, ma hemmx bżonn ta’ sigurtà oħra. Is-Servizz ta’ sigurta, permezz ta’ uffiċjal tas-sigurtà ġie provdut għal 16-il ġimgħa.
Faċilità San Vinċenz de Paul u fid-djar residenzjali tal-anzjani — Statistika
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15443, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' anzjani li qegħdin fid-djar residenzjali tal-anzjani li jaqgħu taħt l-iskema tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità li ma jżurhom ħadd? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser tibda tinżamm din l-istatistika u x’se tkun l-istrateġija tal-Gvern biex dawn l-anzjani ma jħossuhomx waħedhom u jiġu pprovduti b'dak kollu li għandhom bżonn?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant dawk l-anzjani li qiegħdin f’dar tal-anzjani taħt l-iskema tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u li ma j¿urhom ħadd jistgħu jiġu riferuti biex jingħatalhom sapport permezz tas-servizzi ta’ social workers u psikoterapija fejn ikun hemm b¿onn. Hemm ukoll attivitajiet li jsiru matul is-sena li huma mmirati għal dawn l-anzjani, jekk ikunu jixtiequ jipparteċipaw.
Faċilità San Vinċenz de Paul u fid-djar residenzjali tal-anzjani — Statistika
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15443, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex dawn il-35 resident f'San Vinċenz de Paul li ma jżurhom ħadd, ma jħossuhomx waħedhom? Jista' jikkonferma illi l-Gvern jipprovdi lil dawn l-anzjani dak kollu li jeħtieġu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant, li dawn il-35 resident f'San Vinċenz de Paul li ma jżurhom ħadd qed jibenefikaw mis-servizz tal-Active Ageing Unit fi ħdan San Vinċenz de Paul. Dan is-servizz jindirizza l-ħtiġijiet soċjali u l-inklużjoni soċjali tar-residenti kollha jiġifieri jiżgura li r-residenti jinżammu fiżikament, mentalment u soċjalment attivi sabiex, biex kemm jista’ jkun, ħadd ma jkun iżolat. Il-Gvern qed jipprovdi lil dawn l-anzjani b’dak kollu li jeħtieġu, permezz ta’ bosta attivitajiet, bħal logħob tal-bord, logħob sportiv, logħob tal-pari, logħob interattiv, reminixxenza, tpinġija, qari eċċ u kif ukoll ħarġiet, u żjarat fi spazji miftuħa, bħal Ħad-Dingli, Lapsi, il-Buskett, il-Ġnejna, ħarġiet kulturali b’kollaborazzjoni ma' Heritage Malta, fosthom żjarat fil-Forti Sant'Anġlu, fil-Forti Sant'Iermu u fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella f'Għawdex, fost l’oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-mediċina Tuojeo 80 units daily mhux tingħata lill-pazjent li qed ibati min glycogenic hepatopathy?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li wara rikonsiderazzjoni tal-provi u evidenza ġdida mogħtija mill-konsulent tal-pazjent, din it-talba għal Tujeo ġiet approvata mill-EMTC għall-pazjent partokolari li jbati minn din il-kundizzjoni rari.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant, li r-risposta qed tinġabar, u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi matul is-snin 2022 u 2023 fl-isptarijiet governattivi u dawk privati f’Malta u Għawdex rispettivament? Jista’ jgħid ukoll:
a. kemm minn dawn it-trabi kellhom ġenituri Maltin;
b. kemm minnhom kellhom ġenituri barranin;
ċ. kemm mill-barranin intalbu jħallsu tas-servizz u kemm minnhom ħallsu; u
d. kemm kien hemm proċeduri/appuntamenti li saru bi ħlas fl-Isptar Mater Dei fl-2022 u fl-2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Sptar Mater Dei — Proċeduri u appuntamenti bi ħlas
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm proċeduri/appuntamenti li saru bi ħlas fl-Isptar Mater Dei fis-snin 2022 u 2023? Jista' jgħid ukoll dawn il-proċeduri/appuntamenti kemm jammontaw fi flus u kemm minnhom tħallsu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni qed tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14702 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-vacation leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-‘vacation leave’ huwa regolat b’regoli ċari u kulħadd huwa mistenni li jagħmel użu minnu skont dawn ir-regoli.