Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Blas — Tneħħija ta' Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex din il-ġimgħa, impjegati tas-servizz pubbliku flimkien mal-pulizija marru fuq ta' San Blas, Għawdex biex ineħħu xi siġar taċ-ċitru li hemm fl-akwata u dan meta r-residenti qed jistennew ir-riżultati ta' testijiet li saru fuq dawn is-siġar biex jiġi stabbilit jekk humiex morda jew le, u jekk fil-każ jistgħux jiġu kkurati? Jekk saru testijiet mid-dipartiment konċernat jista' jgħid jekk sarux Malta jew barra minn Malta u kemm-il opinjoni ttieħdet dwar dan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-infurzar sar skond l-Att tal-Kwarantina tal-Pjanti sabiex jinqerdu siġar taċ-ċitru nfettati bis-Citrus Tristeza Virus (CTV). Dawn is-siġar diġà ġew ikkonfermati nfettati bis-CTV mid-Dipartiment għas-Saħħa tal-pjanti ġewwa Malta. Is-sidien ta’ dawn is-siġar kien diġà ntbagħatilhom riżultat tad-dianjosi. It-testijiet saru Malta bbażati fuq testijiet seroloġiċi u molekolari u mhux fuq opinjonijiet.

Mosta — Zuntier tal-Knisja - xogħol ta' restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed tkun it-talba tal-Gvern lill-amministrazzjoni tal-paroċċa tal-Mosta fir-rigward x-xogħol ta' restawr li jeħtieġ li jsir fuq dan iz-zuntier? Jista' jgħid jekk saritx talba sad-data tal-lum mill-amministrazzjoni tal-paroċċa tal-Mosta rigward ix-xogħol li jeħtieġ isir fuq dan iz-zuntier? Jista' jgħid x'inhi n-nefqa maħsuba li hija marbuta ma' dan ix-xogħol ta' restawr?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Recycle Tuesdays

Question

Filwaqt li f’wiehed mir-riklami tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jintqal li ingabru xi 7,280 tunnellata skart permezz tal-iskema Recycle Tuesdays, id-dokument strategiku li ħareg il-Gvern dwar skart solidu jgħid li fl-ewwel ġimgħat inġabru xi 140 tunnellata fil-ġimgħa u li b’dawn il-projections suppost li tintlaħaq il-figura ta’ 7,280 tunellata, jista' l-Ministru jikkonferma jekk dawn il- projections intlaħqux sal-lum? Jista' jgħid dan l-eżercizzju kemm gie jiswa lit-taxpayer Malti? Jista' fit-tweġiba tiegħu tagħti breakdown tal-figuri separati tal-plastik, metal u cardboard dwar kemm gie miġbur skart taħt din l-iskema u kemm gie jiswa il-process kemm tal-ġbir kif wkoll tar-riċiklaġġ? Jikkonferma li l-iskema innifisha kienet bdiet xi xahar tard is-sena li għaddiet f’Mejju 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lis-sistema ta’ Recycle Tuesdays bdiet taħdem f’Mejju 2008 u l-ammont li nġabar sa Frar 2009 huwa ta’ 5,670.68 tunnellata maqsumin kif ġej: Metall: 567.06 Plastik: 2041.45 Karta: 2778.63 Il-kumplament huwa materjal li ma jiġix riċiklat. Il-figura ta’ 7,280 tunnellata għanda tintlaħaq f’perjodu ta’ 12 il-xahar. Għalkemm l-ispiża ta’ riċiklaġġ tal-materjal tvarja skond is-suq tal-prodotti, minn stima li saret riċenti din tammonta għal madwar €40 kull tunnellata biex tiġi pproċessata. Ma dan trid iżżid l-ispiża ta’ madwar €230,000 fis-sena biex dan il-materjal jinġabar.

Xagħra — Għajn Damma - recreational park

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq il-proġett ta’ recreational park minflok il-landfill tal-Qortin ta’ Għajn Damma fix-Xagħra? X’jonqos isir fuq dan il-proġett? X’inhuma t-timeframes għat-tlestija tiegħu? Jista’ jgħid jekk saritx applikazzjoni għal kofinanzjament minn fondi Ewropej għal dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ġiet installata sistema tal-estrazzjoni u trattament tal-gassijiet u ġie sottomess abbozz tal-PDS lill-MEPA biex jinbeda l-proċess li jwassal għall-ħruġ tal-permessi meħtieġa għar-rijabilitazzjoni ta’ din il-miżbla. L-applikazzjoni għall-fondi ta’ l-UE qiegħda tiġi preparata biex jiġu allokati fondi mill- budget tal-2007 – 2013 u l-proġett mistenni li jitlesta fil-perjodu li jkunu disponibbli dawn il-fondi.

Full time farmers u fishermen

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6916 u jgħid kemm hawn reġistrati: a) Full time farmers b) Part-time farmers ċ) Full time fishermen d) Part-time fishermen? Jista' jikklassifika l-istess informazzjoni skond: a) Age group b) Lokalità ċ) Income?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Rigward l-informazzjoni mitluba dwar Full time farmers u Part-time farmers nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija Nru 3624. Ma tinżammx informazzjoni klassifikata bl-age group u l-anqas bl-income. Rigward l-informazzjoni mitluba dwar Full time fishermen u Part-time fishermen jien infurmat li fl-aħħar tal-2008 kien hemm irreġistrati 408 dgħajsa full time u 718-il dgħajsa part-time. L-età tas-sidien ta’ dawn il-bastimenti tas-sajd tvarja bejn it-18 u s-86 sena. Dawn is-sidien huma minn madwar Malta u Għawdex kollu imma l-ikbar numru ta’ sidien ġej minn Marsaxlokk (16.96%), segwit mill-Mellieħa (5.24%) u wara Għajnsielem Għawdex (4.17%).

Ċentru tal-annimali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6165, minbarra n-nefqa ta' €174,821,49 għat-tiswija tal-klieb u l-qtates, jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-€175,178,51 l-oħra? Kif tqassmu dawn il-flus, ma' liema NGOs u għal liema skopijiet speċifiċi? Ġew ivvutati total ta' €350,000 (Lm150,000) għas-santwarji fil-budget 2008, bi ftehim mal-NGOs, nofshom għat-tiswija u n-nofs l-ieħor għal upgrading tas-santwarji biex f'sentejn jitlaħħqu standards adegwati skond regolamenti li għadhom ma ġewx ippubblikati.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Stormwater master plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7282, 6906, 6738 u 6548 u jgħid fiex wasal l-istormwater master plan? Jista' jgħid jekk dan il-pjan hux ser jindirizza l-aspett tal-flood relief u hux ser jipprovdi ammont sostanzjali ta’ storm water għal re-use fix-xhur tas-sajf meta l-aktar ikun meħtieġ? X’inhu l-istorage capacity ppjanat tal-istorm water infrastructure? Meta ser jigi ppubblikat il-pjan nazzjonali dwar l-ilma? Kemm implimentajna s’issa mill-European Union Water Framework Directive?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li r-rapport tekniku tal-iStormwater Master Plan tlesta, u ser jinħareġ għall-konsultazzjoni dalwaqt.

Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi — feed-in tariffs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7281, 6953, 6832 u 6569 u jgħid meta ser tiġi deċiża l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi dwar feed-in tariffs? Dawn se jkunu preferenzjali jew 1 : 1? Hemm xi ħsieb li 'l quddiem titfassal feed-in tariff anke għall-intraprendituri barranin jew Maltin li jistgħu jitħajru jipproduċu enerġija alternattiva għas-suq lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Skemi li jippromwovu l-ġenerazzjoni ta' enerġija alternattiva, jistgħu jsiru b'diversi mekkaniżmi fosthom tax credits, grants, u anke feed-in tariffs. Għalissa ġie deċiż li skemi ta' tax credits u grants f’qafas ta’ net metering huma l-aktar addattati għat-tip ta' skemi ta' enerġija alternattiva li għandna illum. Il-mekkaniżmu ta’ ‘ net metering ’ joffri l-possibilità ta’ tpartit dirett ta’ konsum ma ġenerazzjoni ta’ enerġija alternattiva, mingħajr limitazjoni ta’ ħin meta dan iseħħ. L-Enemalta tħallas lill-produttur ta’ l-enerġija għal elettriku li jkun daħħal fis-sistema. Mhux eskluż li 'l quddiem feed-in tariffs ikunu applikati wkoll għal sitwazzjonijiet fl-industrija u għal proġetti medji jew kbar. Id-deċiżjoni tittieħed meta dawn il-proġetti jkunu definiti u fi stadju aktar avvanzat.

Strategic Environmental Assessment

Question

Billi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7239, l-Prim Ministru żvela li l-Ministru diġà qabbad konsulenti privati biex iħejju l-istudji li huma neċessarji biex isir l-iStrategic Environmental Assessment jista' jgħid: Kif intgħażlu dawn il-konsulenti? Min huma? Kemm ser jitħallsu ta' xogħolhom? Meta mistenni jintemmu l-istudji neċessarji? Meta nħatru? Jekk inħatrux qabel ma ntemm il-perijodu ta' konsultazzjoni dwar id-dokument? F'liema data rriżenja l-persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, mill-Istrategy Team li fassal l-abbozz ta' konsultazzjoni dwar l-iStrateġija għall-Immanġġjar ta' l-Iskart? F'liema data ttieħdet id-deċiżjoni li għandu jsir SEA fuq ir-reviżjoni ta' l-iStrateġija dwar l-Immaniġġjar ta' l-Iskart mill-SEA Audit Team taħt ic-Chairmanship ta' din il-persuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-istudju dwar l-iStrategic Environmental Assessment fuq l-abbozz tal-Waste Management Strategy ilhom li nbdew u dawn kienu qed isiru minn uffiċjali fil-ministeru stess. Biex ikunu ndirizzati l-kompetenzi kollha neċessarji, l-Ministeru talab offerti minn kumpaniji biex jimla’ dan il-vojt. Il-kumpanija li ntgħażlet hi ADI Associates Environmental Consultants Ltd li ser titħallas 12,000 ewro inkluża l-VAT. Huma nħatru fit-18 ta’ Frar 2009 jiġifieri jumejn qabel intemmet il-konsultazzjoni. L-istudji tlestew, imma bħalissa qed jiġu nklużi xi proposti li ħarġu mill-proċess ta’ konsultazzjoni. Infurmat li l-ordni biex issir il-konsultazzjoni waslet il-Ministeru fl-20 ta’ Jannar 2009 Rigward is-seba’ domanda tal-mistoqsija, nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Għawdex — użu ta' sorsi alternattivi għall-enerġija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6745 u 7308 u jgħid jekk sarx xi studju ta’ cost-benefit biex jiġi stabbilit jekk jaqbilx li Għawdex jiġġenera l-enerġija kollha tiegħu bl-użu ta’ sorsi alternattivi? Jekk ma sarx, hemm il-ħsieb li jsir? Jekk fl-affermattiv, meta mistenni jsir? Jekk fin-negattiv għaliex il-Gvern ma jħossx li għandu jsir dan l-istudju?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Għajnuna finanzjarja għal titjib fl-ipproċessar u l-marketing tal-prodotti agrikoli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset għajnuna f’Malta u Għawdex separatament taħt il-miżura kofinanzjata mill-Unjoni Ewropea għal Titjib fl-Ipproċessar u Marketing tal-Prodotti Agrikoli?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Taħt il-Programm ta’ Fondi Strutturali għal Malta 2004-2006 id-Dipartiment ta’ L-Iżvilupp Rurali nieda skema magħrufa bħala miżura 3.2 li kienet intenzjonata li tgħin lill-kumpaniji li joperaw fis-settur ta’ l-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli biex ikunu aktar kompettitivi. L-għajnuna li ngħatat hi skond kif ġej: Għajnuna lill-Għawdxin €916,955.44 Għajnuna lill-Maltin €1,715,862.71

Marsa — Biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ġejja r-riħa qawwija tinten fil-biċċerija u l-madwar fil-Marsa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li r-riħa qawwija tiġi meta xi drabi jkun hemm moviment, mill-operatur tal-inċineratur, ta’ karkassi ta’ annimali mejtin biex jiġu storjati fil-friża.

Marsa — inċeneratur

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-inċeneratur tal-Marsa bħalissa hux bil-ħsara? Jekk fl-affermativ, kemm ilu bil-ħsara? X'isir bill-bhejjem mejta meta l-inċeneratur ikun bil-ħsara?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Żwejra — Engineered Landfill - site plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7275, 6944 u 6633 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' site plan li juri il-konfini preċiżi tal-Engineered Landfill taż-Żwejra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Inċineratur f'Delimara

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta d-dokumenti u l-istudji kollha li saru u li fuqhom ittieħdet id-deċiżjoni li jsir inċineratur f'Delimara?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li dokumenti msemmija ġew ippubblikati meta kien varat l-abboz dwar l-aġġornament tal-iStrateġija tal-iSkart Solidu u li dawn l-istess dokumenti jinstabu fuq il-websitetal-Ministeru.

skips-karkassi tal-annimali tal-biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' arranġament hemm bħalissa biex jitnaddfu l-iskips li fihom jitpoġġew il-karkassi ta' l-annimali tal-biċċerija? Kull kemm żmien hu mistenni li dawn l-iskips jitnaddfu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tal-Agrikultura — numru ta' siġar ta' frott - bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' siġar tal-frott (tipi differenti) li nbiegħu din is-sena mid-Dipartiment tal-Agrikultura?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar, Bugibba u Qawra — green plots - bini ta' ħajt madwarhom

Question

Billi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Bugibba u Qawra ġew identifikati numru ta' siti li mhumiex mibnija (green plots), jista' l-Ministru jara jistgħux jittieħdu l-paċċi neċessarji biex dawn il-plots fil-fatt jinbnilhom ħajt madwarhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ntalab jipproċedi bil-proċess kif stipulat mal-MEPA biex jottjeni l-fondi neċessarji. Id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet uriet id-disponibilità li tagħmel ix-xogħlijiet wara li l-Kunsill Lokali jkun ġab l-approvazzjoni mill-MEPA.

Policy fuq żbir

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7123 u jgħid jekk il-Gvern għandux xi policy dwar iż-żbir tas-siġar kemm fir-rigward l-operat tiegħu nnifsu kif ukoll bħala gwida għall-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex, billi spiss jaslu rapporti u jkun hemm min anke kkritika u kkummenta fil-media indipendenti li ħafna drabi iż-żbir isir b'nuqqas t'għaqal?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.