Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji - tmexxija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14352 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Kumitat Konsultattiv għall-Parti t’Isfel ta’ Malta — laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa nżammet mill-Kumitat Konsultattiv għall-Parti ta’ Isfel ta’ pajjiżna tul dawn l-aħħar tliet snin u jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti rispettivi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Kumitat Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta li saru seba’ laqgħat fil-perjodu konċernat.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti rispettivi
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex il-pjazza Antoine De Paule f'Raħal Ġdid jsirilha l-manutenzjoni neċessarja wara li parti minnha waqqgħet? Jista’ jassigura li din il-pjazza tiġi miżmuma aħjar u li l-funtani jkollhom l-ilma għaddej?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li qed jikkonsulta mal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta' Malta, sabiex jsir ix-xogħol li hemm bżonn isir.
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex Ġnien il-Mediterran ġewwa Raħal Ġdid jiġi mibdi u finalizzat wara li tħabbar f'Mejju 2019 u tul dawn l-ewwel xhur jidher li waqaf kollox?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevolli Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li għaddejjin diskussjonijiet mal-mal-awtoritajiet kompetenti sabiex ix-xogħol li kien beda fi Ġnien il-Mediterran jitkompla.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15103 fejn hemm indikat dwar il-ftehim li sar rigward premises ċjoè fejn il-primary healthcare u l-Kunsill Lokali Gżira (il-fond qed jingħata separatament ), li dan il-fond huwa mikri lil Kunsill Lokali tal-Gżira minn partijiet terzi, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-ftehim, li sar bejn il-Kunsill Lokali tal-Gżira u s-sidien oriġinali ta’ dan il-fond li qed jintuża temporanjament bħala l-primary healthcare?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim mitlub.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entità/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm pubblikazzjonijiet minn Heritage Malta fis-sena 2019? Jista’ jelenkahom u jgħid kemm ġew mibjugħa jew distribwiti u kemm għad fadal?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-kollezzjoni ta’ mapep prezzjużi li għaddew f’idejn l-Istat Malti mingħand l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament humiex jiġu miżmuma fi stat tajjeb? Jista’ jgħid jekk ġewx esebiti? U jekk hemmx il-ħsieb li jsir mużew apposta sabiex jiġu esposti lkoll f’daqqa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-kollezzjoni ta’ mapep imsemmija jinstabu fi stat ta’ konservazzjoni tajjeb. Fin-natura intrinsika tagħha, kollezzjoni bħal din hija waħda ta’ referenza.
Heritage Malta qatt ma kellha l-intenzjoni illi dawn il-mapep jiġu esibiti kollha, wisq anqas f’mużew iddedikat għalihom, kemm minħabba n-natura teknika u speċjalizzata tagħhom, kif ukoll minħabba l-konservazzjoni (peress li ma jifilħux ikunu esposti għad-dawl għal tul ta’ żmien).
Madankollu, isir użu frekwenti minn din il-kollezzjoni, kemm għall-wirja permanenti fil-Muzew tal-Arti (MUŻA), fejn jintużaw b’rotazzjoni skont il-bżonn, kif ukoll f’mużewijiet oħra, inkluż għal wirjiet temporanji, fosthom f’pajjiżi barranin. Barra minn hekk, huma dejjem aċċessibbli għal kull min irid jirreferi għalihom.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala minn Diċembru 2019 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bil-kopja tal-minuti tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala għall-perjodu kkonċernat.
Il-minuti huma accessibli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku www.localgovernment.gov.mt.
Jista' l-Ministru jindika x'tip ta' ttestjar sar reċentement fiż-żona tas-Salib tal-Għolja? Jista’ jindika xi pjani hemm biex isir restawr ta' din iż-żona?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mid-Dipartiment tar-Restawr li minn nofs April ‘l hawn inbdiet l-ewwel fażi ta’ investigazzjonijiet ġeoloġiċi biswit il-Kappella tal-Lunzjata.
L-investigazzjonijiet li qed isiru għandhom l-għan li jiġu mifhuma aħjar il-movimenti ġeoloġiċi li qed iseħħu tul l-għolja u li maż-żmien ikkawżaw ħsarat kbar fl-istruttura tal-Kappella tal-Lunzjata. Sal-ġurnata tal-lum saru kemm testijiet fuq is-sit (eż.:
downhole test
) kif ukoll ġew imħaffra
boreholes
ta’ madwar 30 metru fond u ttieħdu minnhom l-kampjuni tal-blat/ tafal eċċ. biex jiġu ttestjati fil-laboratorju. Ġew installati wkoll fuq is-sit sistemi ta’ moniteraġġ (eż.:
inclinometers
) biex jiġu studjati varjazzjonijiet u movimenti ġeoloġiċi fuq medda ta’ żmien.
Ir-riżultati tal-fażi investigattiva, li hi mistennija li tiġi estiża fuq sena, ser jgħinu biex: jinħadem mudell numeriku diġitali li jgħin biex wieħed jifhem aħjar x’qed jiġri fil-preżent u jissimola x’jista’ jiġri fil-futur; jiġi mfassal pjan għall-konsolidazzjoni ġeoteknika tas-sit u eventwalment jiġi mfassal ukoll pjan għar-restawr tal-Kappella tal-Lunzjata.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt inkluż id-dokumenti u l-pjanti kollha li jinsabu mehmuża miegħu u li permezz tiegħu l-Gvern Malti akkwista Villa Guardamangia fi Gwardamanġa, Tal-Pietà?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevili Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Dipartiment tal-Gvern lokali — għajnuniet lill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jelenka kemm inħarġu skemi mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali matul din l-leġiżlatura għall-inizjattivi u għajnuniet lill-Kunsilli Lokali? Jista' jindika:
1. liema kienu dawn l-iskemi;
2. liema kunsilli applikaw għal kull skema;
3. liema nghataw għajnuna taħt kull skema; u
4. l-ammont ta' għajnuna lil kull kunsill lokali taħt kull skema?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Il-Qala — Tender Legal Services - proċess biex jiġu awarded
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15293 u jaġġorna dwar it-tender Legal Service for the Qala Local Council QLLC 01 2020 li għalqet fis-6 ta' Marzu 2013 u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qala illi l-proċess tat-tender Legal Service for the Qala Local Council QLLC 01 2020 huwa wieqaf.
Dan minħabba li l-Kunsill qiegħed jistenna direzzjoni mingħand id-Dipartiment tal-Kuntratti.
Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema awtoritajiet iridu jġibu permess il-kunsilli lokali, qabel ma ħadet kollox f’idejha Infrastructure Malta, biex jagħmlu resurfacing, bini mill-ġdid ta’ toroq jew pavimentar ta’ tisbiħ fit-toroq u l-pjazez tal-lokalitajiet? X’tip ta’ requirements ta’ saħħa u sigurtà jintalbu l-kunsilli qabel jagħmlu xogħol simili? X’tip ta’ standards kienu jintalbu l-kunsilli dwar miżuri fuq grip u kontra l-iskidjar? X’tip ta’ spezzjonijiet u ċertifikazzjoni kienu jsiru u minn min?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 14876, jista’ l-Ministru jindika liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw l-iskemi kif imniżżel hawn taħt u dawn meta ġew organizzati:
a. Skema Finanzjarja favur il-Komunità – Ħajja Aħjar permezz ta’ Eżerċizzju Fiżiku u Sports;
b. Skema Għajnuna Finanzjarja għall-Korsijiet ta’ Tagħlim tul il-Ħajja (Lifelong Learning); u
c. Skema Finanzjament ta’ Programmi – Għaqal id-Dar – Ħajja Aħjar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – euro contributions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il euro contributions minn sorsi mhux governattivi/uffiċjali kellu l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar minn Diċembru 2019 sal-lum? Jistax jgħid minn fejn oriġinaw dawn il-contributions?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Bahar rcieva Eur16,997.53 f’euro contributions minn sorsi mhux Governattivi/ ufficjali fil-perjodu kkoncernat.
Dawn il-fondi originaw minghand żviluppaturi bhala kumpens għall-progetti mwettqa fil-lokalità.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-kundizzjonijiet kif kontenuti fl-Att Pubbliku tat-13 ta’ Ottubru 1988 li fih ġew trasferiti lill-pajjiżna l-partiti tal-mużika komposta mill-Maestro li d-dettalji dawru qed jingħataw separatament, huwiex qiegħdin jiġu debitament osservati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm pubblikazzjonijiet minn Heritage Malta fis-sena 2018? Jista’ jelenkahom u jgħid kemm ġew mibjugħa jew distrubwiti u kemm għad fadal?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif murija fit-tabella hawn taħt:
Sena 2018 - Heritage Malta – pubblikazzjonijiet
Nru ta’ Pubblikazzjonijiet
Dettalji tal-Pubblikazzjonijiet
Kemm ġew mibjugħa/distribwiti
Kemm għad fadal
1200
Tesserae 6, Spring 2018 – ISBN 978-99932-57-54-7
585
715
1000
Il-Misteru ta’ Taht is-Sigra tal-Harrub – ISBN 978-99932-57-52-3
869
131
50
Valletta, my city, my Story (Talking Book) - ISRC MT-A1D-18-00001
10
40
1000
Il-Mithna ta’ Kola, Ktieb ta’ Hidma – ISBN 978 99932-57-61-5
181
819
1000
Il-Katakombi ta’ San Pawl, Ktieb ta’ Hidma – ISBN 978-99932-57-62-2
544
456
1000
Il-Muzew Marittimu, Ktieb ta’ Hidma – ISBN 978-99932-57-63-9
151
849
1000
L-Armerija tal-Palazz, Ktieb ta’ Hidma – ISBN 978-99932-57-64-6
313
687
1000
The Schranz Family of Artists, a journey of Discovery – ISBN 978-99932-57-51-6
745
255
1000
Archaeological Fragments and Other Sources of Information – ISBN 978-99932-57-53-0
174
826
2000
MUZA, The National Community Art Museum, ERDF 05.019 – ISBN 978-99932-57-56-1
1171
829
1000
Core & Periphery, Mdina & Safi in the 9th & 10th centuries – ISBN 978-99932-57-58-5
413
587
1000
Humillima Civitas Vallettae, From Mount Xebb-er-rass to European Capital of Culture (Soft Bound) – ISBN 978-99932-57-55-4
673
327
1500
Impressions of an Island, A Malta Comic Con Artbool – ISBN 978-99932-57-57-8
501
999
1200
Tesserae 7, Autumn 2018 – ISBN 978-99932-57-60-8
224
976
500
Humillima Civitas Vallettae, From Mount Xebb-er-rass to European Capital of Culture (Hard Bound) – ISBN 978-99932-57-65-3
76
424
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14292, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk il-Kunsill huwiex ser jingħata l-fondi neċessarji sabiex il-ħadid msaddad u li jista’ jkun perikoluż, jiġu mibdula u fejn possibbli kkurati lura?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li x-xogħol se jitwettaq mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.