Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentri ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ċentri ta' l-anzjani ta' matul il-jum? Fejn jinsabu? Għandu xi pjan li jiftaħ iktar ċentri ta' matul il-jum? Jekk iva, fejn?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' għandu 16-il Ċentru ta' matul il-jum. Dawn jinsabu Żejtun, Ħamrun, Qormi, Dingli, Sliema, Żurrieq, Mtarfa, B'Kara, Bormla, San Pawl il-Baħar, B'Buġia, Mosta, Luqa, Sta Venera, Naxxar u Safi. Id-Dipartiment qiegħed f'kuntatt ma Kunsilli Lokali sabiex jistudja l-possibilita' li jinfetħu aktar day centres fejn ikun meħtieġ.

Ċentri ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb li ċ-ċentri ta' matul il-jum ta' l-anzjani, li diġa' jeżistu jġibhom ukoll ċentri ta' matul il-lejl?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li għaddejjin diskussjonijiet mal-Kurja bit-tama li jinfetaħ proġett pilota ta' night shelter fin-naħa t'isfel ta' Malta.
Leg 11 PQ #965 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Saqaf ta' Garaxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tas-sinjura, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament , dwar is-saqaf tal-garaxx tagħha tal-Gvern nru.9 li qed iċedi, fit-triq ta' wara r-residenza tagħha, li kien ġie spezzjonat mill-awtoritajiet ikkonċernati s-sena li għaddiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-garaxx indikat mhux proprjeta’ ta’ xi Dipartiment jew entita’ taħt id-dekasteru tiegħi. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Shared Ownership Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'mod dettaljat x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk l-applikanti għall-shared ownership scheme, ma' l-Awtorita' tad-Djar li kienu ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom qabel l-14 ta' Mejju, 2008 iżda wara l-24 ta' April, 2008 u li kienu diġa' rċevew ittra mingħand l-Awtorita' tad-Djar li infurmahom li din(jiġifieri l-Awtorita') lesta tiffinanzja parti mill-prezz u b'hekk issir ko-proprjetarja fix-xiri (kopja ta' ittra simili flimkien ma' korrispondenza oħra relatata qed tintbagħat b'mod separat)? Fid-dawl li f'każi simili l-applikanti jkollhom data definita fil-konvenju sa meta jistgħu jagħmlu l-kuntratt, jista' l-Ministru jagħti terminu sa meta dawn l-applikanti ser jingħataw risposta definittiva dwar l-applikazzjoni tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal applikazzjonijiet taħt l-iskema ta’ l-equity sharing u mhux dik tax-shared ownership. Jekk dan hu l-każ, f’dan l-istadju m’għandi xejn xi nżid ma’ dak li diġa għidt fi stqarrija għall-istampa maħruġa fl-20 ta’ Mejju 2008.

Abbużi minn servizzi soċjali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 795, fost it-362 każ ta' benefiċċji mwaqqfa,jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-każijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ġew imwaqqfa għal diversi raġunijiet, fosthom li: · ma kinux qegħdin jiffurmaw familja għal rashom; · ma kienux il-kap tal-familja; · kienu qegħdin jaħdmu; · l-mezzi tagħhom kienu jeċċedu dawk stabbiliti mill-liġi; · naqsu li javżaw lid-Direttur tas-Sigurta Soċjali b’xi tibdil ieħor fiċ-ċirkostanzi tagħhom li kien jaffettwa d-dritt għall-benefiċċji.

Bini

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 801,jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-targetdates għat-tlestija tal-104 units ippjanati? F'liema stadju ta' ippjanar qegħdin?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar għandha blokk ta’ tmien units fil-Belt li qiegħed fi stadju ta’ kostruzzjoni. Dan il-proġett mistenni jkun lest is-sena d-dieħla. Tliet proġetti oħra li jikkompredu 96 unit qegħdin fi stadju ta’ preparazzjoni ta’ tenders . Target dates għal tlestija ta’ dawn il-proġetti ikunu jistgħu jingħataw meta jitlesta l-proċess ta’ tendering .

Operations Posposti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew posposti major and intermediate operationsfl-ispeċjalitajiet diversi minn Jannar sa Mejju 2008 għal aktar minn darba għall-istess pazjent mhux minħabba li dan kien ma jiflaħx? X'kienu r-raġunijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Infurmat li bejn Jannar u April 2008, fl-Isptar Mater Dei kien hemm 9 pazjenti li kellhom operazzjoni ta’ kategorija Intermediate li ġiet posposta darbtejn. Dawn l-operazzjonijiet ġew posposti primarjament jew minħabba raġunijiet mediċi jew għaliex il-pazjenti ma żammewx l-appuntament. Ma kien hemm l-ebda major operation li ġiet posposta f’dan il-perjodu. L-informazzjoni ta’ Mejju 2008 għadha ma ġietx pubblikata.

Sptarijiet tal-Gvern — Waiting LIst

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 812, jista' l-Ministru jara li jitneħħa mill-waiting list kull kategorija msemmija fit-tweġiba u tingħata informazzjoni dwarhom? Fl-ispeċjalitajiet tal-oftalmoloġija u tal-ortopedija, minbarra l-urġenza tal-każ kif evelwat mill-konsulent, jista' jingħata priorita' ukoll għal raġunijiet soċjali bħal fil-każ ta' min għandu dħul finanzjarju baxx, min m'għandux assigurazzjoni, min jgħix waħdu, eċċ.?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li qed isir process gradwali fejn bil-koperazzjoni tad-Dipartimenti kliniċi, il-listi ta’ stennija jiġu kontinwament aġġornati sabiex jirriflettu s-sitwazzjoni attwali. L-Onorevoli Interpellant japprezza illi kull min hu kopert bil-liġi tas-Sigurtà Soċjali għandu dritt għall-kura medika li jipprovdi l-Istat. Għaldaqstant kull parametru ieħor li mhux l-urġenza u l-ħtieġa klinika jmorru kontra dan il-principju fondamentali.
Leg 11 PQ #723 Sitting 16 2008-06-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni b'diżabilita' — Reġistru tal-qgħad

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni reġistrati bħala b'diżabilita' li qegħdin fuq l-ewwel parti tar-reġistru tal-qgħad? Jista' jaqsamhom skond l-eta' u jgħid x'inhu jsir sabiex dawn jinstabilhom impjieg xieraq?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta’ persuni reġistrati bħala persuni b’diżabilita’ li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru sa l-aħħar ta’ April 2008 kien ta’ 318 u 21 rispettivament. Huma maqsumin kif gej hawn taht; Eta’ L-Ewwel Parti It-Tieni Parti Total Taħt il-25 sena 72 5 77 Minn 25 sa 39 sena 113 10 123 Minn 40 sena ‘l fuq 133 6 139 Total 318 21 339 Wara li persuni isirilha ezami mediku sabiex jigi ccertifikat li l-persuni ghandha tigi meqjusa bhala persuna b’dizabilita, din tigi assessjata minn Occupational Therapist sabiex jigu identifikati l-hiliet tal-persuna. Din il-persuna, imbaghad tghaddi ghand Employment Advisor apposta fi hdan is- Supported Employment Section , fejn isir il-‘ personal profiling ’ fejn il-persuna tghid x’inklinazzjonijiet ta’xoghol ghandha u bl-ghajnuna tal-Advisor jigu identifikati xoghlijiet li l-persuna tista’ tkun kompetenti fihom. Hawnhekk jibda l-process propju tal-‘ matching ’ mal-‘ vacancies ’ li jkunu ghand l-ETC. F’dan l-istadju l-persuna tigi mhajjra wkoll taghmel xi korsijiet ta’tahrig immirati sabiex izzid il-hiliet taghha u b’hekk jitkattru c-cansijiet li persuna ma ddumx ma tidhol fis-suq tax-xoghol. Fejn il-kaz ikun tali, l-persuna tidhol ghal dawn il-korsijiet ta’tahrig mal-kumplament tar-registranti. Fejn jigi identifikat li l-persuna jkolha bzonn tahrig specjalizzat, il-persuna tigi riferuta lil xi NGO li maghhom l-ETC ghandha ftehim ta’koperazzjoni. Ftehim tali jezistu mal- Eden Foundation u mar- Ricmond Foundation , fejn jigu riferuti persuni b’dizabilitajiet intellettwali u persuni b’mard mentali rispettivament. Sabiex aktar Employers jigu mhajjra jaghtu cans ta’ prova fuq il-post tax-xoghol propju lill persuni b’dizabilita’, l-ETC thaddem skema maghrufa bhala ‘ Bridging the Gap’ . Fejn waqt dan il-perjodu ta’prova l-persuna tinghata ‘ allowance ’ ekwivalenti ghall 80% tal-paga minima nazzjonali minghand l-ETC, minghajr htiega minn naha tal- Employer li jidhol fl-obligazzjoni li normalment ikun marbut bihom meta jimpjega lil xi hadd.
Leg 11 PQ #724 Sitting 16 2008-06-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bormla — Proġetti ta' slum clearance

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti ta' slum clearance hemm ġewwa Bormla? Meta hu pprogrammat li jibda u eventwalment jitlesta x-xogħol u fiex jikkonsisti l-proġett?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li f’Bormla, l-Awtorita’ tad-Djar għandha ppjanat proġett ta’ slum clearance ta’ żewġ blokki mdawra minn Triq Santa Liena, Triq l-Irlandiżi, Triq Hanover u Triq San Mark. Dan il-proġett jikkonsisti fit-twaqqigħ ta’ bini eżistenti u l-l-bini ta’ 56 appartament u 56 garaxx ġdid. Ninsab infurmat ukoll li bħalissa l-Awtorita’ qiegħda fil-fażi li talloka postijiet alternattivi lid-39 familja li jokkupaw il-postijiet li ser jitwaqqgħu. Qed jiġu ppreparati wkoll id-dokumenti meħtieġa, nkluż pjanti u sejħiet għall-offerti, biex isir dan il-proġett.
Leg 11 PQ #792 Sitting 16 2008-06-11 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dar ta' l-Anzjani — Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 573 u jgħid jekk irċeviex ilmenti dwar l-ikel li qed jiġi servut fid-dar tal-Anzjani taż-Żejtun? Fejn qed jiġi ppreparat dan l-ikel? Il-Gvern jivverifika kull tant żmien il-livell ta' ikel li jkun servut?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduat oħra.

Akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha li applikat għal post tal-Gvern tingħata akkomodazzjoni soċjali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tingħata l-attenzjoni li jixirqilha.

Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Taqsima Għajnuna Medika fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali tistax tilqa' talbiet għal għajnuna minn koppji li mhux jirċievu għajnuna soċjali meta l-omm twelled tewmin (jew multiple pregnancies akbar) u ma tkunx taħdem u żewġha jkun fuq il-paga minima? Aktar u aktar meta l-omm ma tkunx tista' tagħti breast feeding lit-trabi għal raġunijiet ta' saħħa.

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma l-Onor. Membru li skond l-Artiklu 24 ta’ l-Att Dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap. 318) huwa ndikat speċifikamement li biex tingħata l-Għotja tal-Ħalib, il-kap tal-familja irid ikun qed jirċievi l-Għajnuna Soċjali.

Benefiċċju tal-Mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li applikaw ħaddiema/persuni in ġenerali u persuni self-employed għall-benefiċċju tal-mard xahar b'xahar din is-sena? Kemm hemm ħaddiema/persuni in ġenerali u self-employed li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali bħalissa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar talbiet għal benefiċċju għal mard maqsuma bejn impjegati u self-employed. In-numru ta’ talbiet, mill-kategoriji kollha, għal benefiċċju għal-mard fil-perijodu ndikat hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-Mistoqsija lill-Ministru għall-Finanzi, Ekonomija u Nvestiment.

Social Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal social housing? Jista' jagħti breakdown fil-lokalitajiet tal-Belt, Furjana, Hamrun, Marsa, tal-Pieta' u Santa Venera skond l-eta' ta' l-applikanti, l-istat ta' l-applikanti, il-kondizzjoni ta' l-akkomodazzjoni preżenti (substandard) u meta m'hemmx homeless, kif ukoll hemmx overcrowding, jew persuni b'diżabilita' jew mard li jillimita l-mobilita'?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal akkomodazzjoni soċjali hu 3,485. Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mediċina out of stock

Question

Peress li l-prodott Colifoam Enemas ma tinstabx fis-suq privat u bħalissa tinsab out of stock , jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-miżuri biex dan il-prodott jerġa' jsir disponibbli għall-pazjenti?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Colifoam Enemas jinstabu out of stock għaliex hemm nuqqas ta’ dan il-prodott fis-suq Ingliż minn fejn il-GHPS tixtri din il-mediċina minħabba li dan il-prodott mhuwiex irreġistrat Malta. Il-GHPS qed tieħu miżuri biex tixtri dan il-prodott minn swieqi oħra iżda qed tistenna tweġiba mid-dipartiment tal-kuntratti.

Pazjenti jistennew operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew operazzjoni għal: i) knee replacement ii) hip replacement?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-pazjenti li qegħdin jistennew għall-operazzjonijiet imsemmija huwa kif jidher hawn taħt: i. Knee replacement - 2127 ii. Hip replacement - 1035.

Twelid ta' Trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija r-rata ta' twelid ta' trabi f'Malta u Għawdex u kemm twieldu tfal matul is-sena 2007?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fis-sena 2007 twieldu 3,898 tarbija f’Malta u Għawdex, minn dawn 3,618 (92.8%) twieldu f’Malta u 280 (7.2%) twieldu f’Għawdex.

Abort

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jimmoniterjax każijiet ta' abort? Kemm kien hemm każijiet ta' abort f'Malta? Jinvestiga jekk isiru każijiet ta' abort barra minn Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Membru li peress l-abort huwa att kriminali, jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.