Jista' l-Ministru jgħid xi spiża intnefqet b'mod separat f'xogħlijiet fuq kull waħda minn dawn it-toroq matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena:
a) it-triq li minn Ħaż-Żabbar twassal għal ħdejn SmartCity;
b) it-triq tal-Marfa;
ċ) it-triq fil-Marsa li twassal għall-Menqa u t-terminal tal-merkanzija;
d) it-triq tal-Imġarr f'Għawdex; u
e) Triq il-Kunsill tal-Ewropa bejn il-Marsa u Ħal Luqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fuq it-triq li minn Haż-Żabbar twassal għal ħdejn ‘Smart City’ sar ħlas ta’ € 401,887 u t-triq tal-Imġarr Għawdex kien ta’ €553,499. Fuq it-triq tal-Marfa, it-triq fil-Marsa li twassal għall-menqa u t-terminal tal-merkanzija u Triq il-Kunsilll tal-Ewropa bejn il-Marsa u Ħal-Luqa ma kienx hemm infieq relatat mal-kostruzzjoni peress li x-xogħlijiet għadhom ma nbdewx, ħlief għall-spejjeż tar-‘Road User Satisfaction Survey’ li jammontaw għal € 70,564 inkluż VAT.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża li intnefqet matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena b'mod separat f'xogħlijiet fuq vened ġodda fil-Belt Valletta, fir-Rabat Għawdex u fiċ-ċentru turistiku ta' Buġibba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nefqa kienet ta' €11,145.35 fuq il-venda tal-Belt, €360.99 fuq dik tar-Rabat Għawdex u €58.23 fuq il-venda ta' Buġibba.
Dan l-infieq sar fuq xogħol preparatorju u nifhem li l-Onor. Interpellant jaf li qabel jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni l-ewwel irid isir dan it-tip ta' xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża li ntnefqet matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena b'mod separat f'xogħlijiet ta' espansjoni tal-park and ride tal-Blata l-Bajda u fl-iżvilupp ta' park and rides ġodda, fil-Marsa u f'Pembroke?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena (minn Jannar sa Settembru 2010) l-ispiża li ntefqet għal kull proġett imsemmi kienet kif ġej:
a) Park and Ride – Blata l-Bajda € 44,147.47
b) Park and Ride – Marsa € 30,561
c) Park and Ride – Luxol € 59.94
Peress li x-xogħlijiet fuq il-proġetti msemmija għadhom ma bdewx, ma kienx hemm infieq relatat mal-kostruzzjoni tal-istess proġetti.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża li ntnefqet matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena b'mod separat f'xogħlijiet fuq dawn il-proġetti:
a)
promenade
ġdida f'San Pawl il-Baħar;
b) ġnien u heritage trail f'Pembroke; u
ċ) visitor attraction fil-Qawra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti in kwistjoni ma jaqgħux taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani konkreti għandu l-Gvern biex jindirizza l-problema tal-għargħar fil-Gżira u meta mistennija li jiġu implimentati, dan b’mod partikulari fl-inħawi ta’ Gżira Road kif ukoll minħabba li Wied Għollieqa m'għadux jassobri ilma daqs qabel minħabba għadd ta’ żviluppi fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Transport Malta — sejħiet għall-offerti għall-bini ta' toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta b'koperazzjoni mal-kunsilli lokali ħarġitx sejħiet għall-offerti għall-bini ta' għadd ta' toroq fl-irħula u l-ibliet permezz ta' public private partnership? Liema huma t-toroq u f'liema lokalità jinsabu? Kemm tiswa kull triq? Liema huma l-kuntratturi li għamlu kull t-triq jew għadhom se jagħmluhom ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma ħarġet l-ebda sejħa għall-offerti għall-bini ta’ toroq b’koperazzjoni mal-kunsilli lokali permezz ta’ public private partnership.
Bajjiet — Berthing Facilities - operat ta' marinas temporanji
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19984, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu s-sejħiet li saru minn Transport Malta biex jibdew jiġu operati marinas temporanji? Kemm kienu dawk li talbu biex joperaw dawn il-marinas temporanji u f'liema lokalitajiet kienu dawn it-talbiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ħarġet 4 sejħiet sabiex jiġu operati marinas temporanji jew organised mooring areas. Il-lokalitajiet li għalihom ħarġu s-sejħiet u n-numru ta' bidders rispettivament huma kif ġej:
Lokalita' Numru ta'
Bidders
Kalkara (Temporary Marina) 3
Salina (
Organised Mooring Area
) 1
Ta' Xbiex (
Organised Mooring Area
) 4
Xemxija (
Organised Mooring Area
) 3
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Maltin-Awstraljani li jgħixu l-Awstralja u għandhom il-passaport Malti taħt ir-regime taċ-ċittadinanza doppja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ebda data ma tinżamm mill-Uffiċċju tal-Passaporti rigward kemm Maltin-Awstraljani għandhom passaport Malti taħt ir-regime taċ-Ċittadinanza Doppja. Madanakollu, tajjeb li l-Onorevoli Interpellant ikun jaf li f’dawn l-aħħar 6 snin, ċioe mill- 1 ta’ Mejju 2004, inħarġu 10,349 passaport Malti lil ċittadini Maltin li jgħixu fl-Awstralja.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19426, jista' l-Ministru jwieġeb biss d-domandi 1 u 8?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li b’kollox hemm 11-il eżaminatur li jgħamlu t-testijiet tas-sewqan. F’dawn l-aħħar tliet snin kien hemm 16,881 persuna li għamlu l-eżami tal-prattika u minnhom 7,262 għaddew mill-ewwel.
Jista' l-Ministru kemm kien hemm persuni li matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena bbenefikaw mit-tnaqqis fit-tariffa għall-liċenzji sabiex jinżamm apparat għall-komunikazzjoni bis-satellita għal skopijiet industrijali ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena żewġ kumpaniji bbenefikaw minn tnaqqis fit-tariffa għall-liċenzji fir-rigward ta' apparat ta' radjukomunikazzjoni bis-satellita.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tingħata tarmak fuq il-parti ta' Triq il-Lampuka, Wied il-għajn (fil-parti tan-nofs) li għadha bla tarmak?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li parti mill-art li fuqha saret din it-triq għadha qed tkun esproprijata u x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ikun jista' jinbeda wara li jitlesta dan il-proċess.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17124 u jgħid jekk jeżistux xi tip ta' speċifikazzjonijiet rakkmandati minn xi awtorità internazzjonali li tgħid kif għandhom ikunu l-isleeping policmen li għandhom jintużaw fit-toroq tagħna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda speċifikazzjonijiet internazzjonali li jispeċifikaw kif għandhom isiru l-isleeping policeman li jsiru fit-toroq tagħna. L-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għal Malta huma dawk li jinsabu fil-policy guideline maħruġ minn Transport Malta fid-dokument “ Guidelines for the Implementation of Traffic Management and Safety Measures and temporary diversions of traffic"
Jista' l-Ministru jgħid jekk Trasport Malta laqgħetx it-talba tal-kumitat amministrattiv tal-Kappara sabiex il-partijiet tal-Kappara speċjalment fl-inħawi ta' Antonio Schembri street jkunu kkunsidrati bħala no go zone għall-buses u coaches ħlief għall-użu ta' minivans?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm talba mill-Kumitat Amministrattiv tal-Kappara sabiex ma jitħalliex aċċess għall-buses u coaches fil-konfini tal-Kappara. Din it-talba qiegħda tiġi kkunsidrata flimkien ma’ aspetti oħra ta’ immaniġġjar tat-traffiku fosthom dik fi Triq A. Schembri u l-madwar sabiex tinstab soluzzjoni ħolistika li biha se jiġi mgħarraf il-Kumitat Amministrattiv. Mhux normali iżda li ħlief f’każi ta’ toroq dojoq jinħolqu restrizzjonijiet għal servizzi ta’ trasport pubbliku f’żoni residenzjali.
Testijiet fuq commercial vehicles għal emissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm commercial vehicles li ġew tested għall-emissjonijiet is-sena li għaddiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ vetturi kummerċjali li ġew spezzjonati minn Transport Malta, waqt roadside checks, għall-emissjonijiet fis-sena 2009 kien ta’ 2406.
roundabout tal-Kappara — Persuna responsabbli mill-isprinklers
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema hija l-persuna naturali jew legali li hi responsabbli mill-immaniġjar, stallazzjoni u funzjonament ta' sprinklers li huma użati għall-manutenzjoni ta' fjuri, pjanti u siġar fir-roundabout tal-Kappara? B'liema titolu jew dritt jew permess jew xorta oħra din il-persuna naturali jew legali kisbet ir-responsabbiltà tal-immaniġjar, stallazzjoni u funzjonament ta' sprinklers li huma użati għall-manutenzjoni ta' fjuri, pjanti u siġar fir-roundabout tal-Kappara? Xi ħlas tirċievi din il-persuna naturali jew legal ta' din il-mansjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jara li bl-opra tal-ħaddiema relattivi tal-gvern jitneħħa l-inkonvenjent li ġej mill-ispuction li tinsab quddiem il-knisja l-qadima mal-maħżen fi Triq il-Karmelitani l-Fgura peress li din tagħmel intejjen kbar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet il-wegħda tal-aħħar budget rigward it-triq li minn Ħaż-Żabbar twassal għal ħdejn SmartCity? Jista' jgħid jekk din il-wegħda ġietx mwettqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq li minn Ħaż-Żabbar se twassal għal Smart City, u li hija maqsuma fi tliet fażijiet, bħalissa għaddejja mill-fażi ta’ applikazzjoni għand il-MEPA. Ladarba jinħarġu l-permessi tal-MEPA ikun jista’ jinħareġ it-tender għall-kostruzzjoni ta’ dawn it-toroq.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li t-triq tal-Marfa li ġiet imwegħda fl-aħħar budget se titjieb? Veru tjiebet jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li, bħalissa, it-triq tal-Marfa bejn in-niċċa tal-Madonna (fejn hemm it-triq li tieħdok għat-Torri l-Aħmar) u l-Ponta taċ-Ċirkewwa (fejn hemm it-terminal) għadha fil-proċess ta’ evalwazzjoni tat-tenders. Ix-xogħlijiet jibdew wara li tiġi konkluża l-istess evalwazzjoni, tkun aġġudikata t-tender u jingħata l-kuntratt.
Jista' l-Ministru jgħid lill-Parlament jekk jeżistix pjan jew studju dwar l-impatt ta' għargħar u ilmijiet kbar li jinżlu Wied il-Għajn kull meta tagħmel daqsxejn xita qawwija u x'jista jsir biex dan l-impatt negattiv jiġi minimizzat qabel issir xi tragedja partikolarment fil-parti ta' quddiem is-sala tal-knisja parrokkjali Sant Anna u San Ġwakkin u fit-triq li minn Wied il-Għajn tieħu għal fejn il-monument ta' Agatha Barbara f'Ħaż-Żabbar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19977, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'sar s'issa għar-rigward tal-evalwazzjoni tat-tiswija li trid issir f'dan il-breakwater? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt din it-tiswija li qed tiġi evalwata, tmurx lil 'hinn mit-tiswija meħtieġa fil-wiċċ tal-breakwater?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-evalwazzjoni saret permezz ta’ spezzjoni viżwali, survey topografiku, u spezzjoni taħt il-livell tal-baħar. Għalhekk it-tiswija tinvolvi xogħol lil'hinn mit-tiswija meħtieġa fil-wiċċ tal-breakwater.