Jista' l-Ministru jgħid jekk il-karti tal-eżamijiet tal-Benchmark sarux mill-Uffiċjali Edukattivi? Jekk le, min kienu dawk inkarigati mill-kompożizzjoni tal-karti u x'kariga għandhom fid-Direttorat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li min ħadem fuq il-karti tal-eżamijiet ġejjin mill-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u l-Università. Gradi jinkludu Uffiċjali Edukattivi, Lettur, Kap tad-Dipartiment, Kap ta’ Skola, għalliem/a. L-abbozz jingħata lir-Review Board biex jagħmel l-evalwazzjoni neċessarja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9223 u 9392 u jgħid jekk jeżistix filter fit-tablet li jingħata lil studenti mir-Raba’ sena ’l fuq sabiex jiffiltra dak li jista’ jkun aċċessibli fuq l-internet għat-tfal ta’ din l-età?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8544, 8757 u 9157 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Promotion from associate to full Professor and extension of appointment beyond statutory retirement age” datat 6 ta’ Ottubru 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet biex l-eżamijiet tal-O’Levels isiru fl-iskejjel rispettivi bħalma kien imwiegħed mill-Gvern?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2021 beda proġett pilota biex dawn l-eżamijiet isiru f’ċertu skejjel sabiex b’hekk ikun jista jiġi evalwat l-eżitu ta’ din is-sistema. Ninsab infurmat li dan il-proġett pilota baqa għaddej kemm matul l-2022 u anke matul din is-sena.
Skejjel – ġbir ta’ fondi minn attivitajiet biex issir manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8138 u jgħid jekk hemmx każijiet fejn biex issir il-manutenzjoni f’xi skejjel Statali, qed jinġabru fondi minn attivitajiet imtellgħin mill-iskejjel stess?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu sistema ċentralizzata li permezz tagħha ssir evalwazzjoni u manutenzjoni skont il-ħtieġa tal-iskejjel individwali. Dan minbarra programm ġenerali ta' manutenzjoni madwar l-iskejjel kollha.
Dan is-servizz ma jinkludix ix-xogħol li jsir mill-Fondazzjoni Għall-Iskejjel ta' Għada li huwa il-bini ta' faċilitajiet edukattivi. Fondi miġbura minn attivitajiet imtella' mill-Kunsilli tal-Iskejjel jintużaw skont il-ħtieġa tal-Kunsilli stess.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Donazzjonijiet lil Fondazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-Ministeru u/jew l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 18617 tas-sena 2021 u kif ukoll 24068 tas-sena 2022. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li saret ukoll donazzjoni oħra minn naħa tal-MCST għall-valur totali ta’ €590 li kien jinkludi servizz ta’ set-up ta’ dawl.
Junior College – studenti li bbenefikaw mill-iskema ta’ internet b’xejn
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8385, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti tal-Junior College li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 u minn liema perjodu sa liema perjodu bbenefikaw minnha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Higher Secondary – studenti li bbenefikaw mill-iskema ta’ internet b’xejn
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8386, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti tal-Higher Secondary li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 u minn liema perjodu sa liema perjodu bbenefikaw minnha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Għawdex – Xewkija – Estensjoni taċ-Ċentru tal-Università
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4372, 6381 u 7410 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2543 dwar ix-xogħlijiet fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija, Għawdex, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha kemm hi (intiera) u jgħid din l-estensjoni meta hu maħsub li tkun lesta minn kollox u tibda tintuża? Jista' jgħid ukoll meta nbeda x-xogħol fuqha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel primarji – LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8996 u jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel u kapijiet ta' skejjel fil-livell primarju li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel Sekondarji – LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9176 u jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel, u kapijiet ta' skejjel fil-livell sekondarju li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom, matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9139, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid fejn jinsabu ċ-Ċentri S.T.E.A.M.? Kif titħaddem din is-sistema f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'kull ċentru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8713, jista’ l-Ministru jgħid fiex jinsabu n-negozjati u ċjoè jekk humiex fi stadju avvanzat u allura kemm qiegħed jiġi previst li se jdumu biex jiġu konklużi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-negozjati għadhom għaddejjin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8836 u jgħid jekk ir-rivista Sagħtar tinxtarax mill-Ministeru direttament mingħand il-Fondazzjoni Sagħtar? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hi n-nefqa u jekk tinxtarax b’direct order?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministeru ma jinxtrawx kopji tar-rivista msemmija.
B'referenza għas-sejħa pubblika ta’ ‘Headship Positions’ li ħarġet fit-28 ta’ Ottubru 2022 bin-numru taċ-ċirkolari 16/2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm u jekk kien hemm, kemm kien hemm kandidati ineleġibbli għall-ħatra ta’ pożizzjoni ta’ Direttur jew Kap fid-direttorati u/jew units fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni? Jista' jikkonferma jew le, li kull ħatra li saret, il-kandidati kienu eleġibbli skont l-Appendiċi ‘A’ u ‘B’ tal-istess sejħa u li kellhom l-aħjar kriterji fuq xiex sussegwentement intgħażlu?
B'referenza għas-sejħa pubblika ta’ ‘Headship Positions’ li ħarġet fit-28 ta’ Ottubru 2022 bin-numru taċ-ċirkolari 16/2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kandidati li kienu jissodisfaw il-kriterji meħtieġa u ma saritilhomx l-intervista personali?
B'referenza għas-sejħa pubblika ta’ ‘Headship Positions’ li ħarġet fit-28 ta’ Ottubru 2022 bin-numru taċ-ċirkolari 16/2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet diretti jew indiretti ta’ kunflitt ta’ interess marbutin mal-għażla tal-kandidati għal din is-sejħa?
Skola Nazzjonali tal-Isport – għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika jew sport ieħor
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema full-time li jgħallmu l-Edukazzjoni Fiżika jew xi sport ieħor fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport? Jista' l-Ministru jelenka l-għalliema, il-kwalifiki tagħhom u jgħid kemm-il lezzjoni għandhom b'mod individwali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skola Nazzjonali tal-Isport – studenti li biddlu l-isport li jistudjaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li matul il-perkors tal-iskola fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport biddlu l-isport li jistudjaw matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 4 studenti li biddlu l-isport li kienu oriġinarjmanet għażlu.