Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema post u f’liema belt fl-Italja sar it-tieġ li attenda għalih tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Persuni li jwettqu xogħol volontarju jew xogħol missjunarju
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna tinsab f’Malta taħt permess għal residenza sabiex twettaq xogħol volontarju jew xogħol missjunarju f’Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt nfurmat li f’pajjiżna hawn 14-il ċittadin ta’ pajjizi terzi li għandhom permess ta’ residenza sabiex jagħmlu xogħol volontarju. Jirriżulta wkoll li hemm 64 ċittadin ta’ pajjiż terzi li għandhom permess ta’ residenza f’Malta għal skopijiet reliġjużi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien ir-rigal tat-tieġ li huwa ta lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid min ħallas għal dan ir-rigal u jippreżenta prova ta’ ħlas?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li jien inħallas għar-rigali kollha ta’ tiġijiet u avvenimenti privati personalment kif jista’ jixhed kwalunkwe skrutinju ta’ fondi pubbliċi. Fil-każ tal-avveniment imsemmi mill-Onor. Interpellant, ħallast ghall-vjaggi u spejjez relatati ukoll personalment. Id-dettalji tal-avveniment diga’ huma pubblici u huwa ironiku kif l-Onor. Membru qed jistaqsi għal dettalji meta diġa’ għamel stqarrijiet pubblici dwar dan il-kaz, li forsi ifisser li mill-ġdid wasal ghal konklużjonijiet bla ma kellu fatti f’ idejh.
Żjara fl-Italja għal tieġ ta’ individwu – ħlas tal-vjaġġ u akkomodazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min ħallas għall-vjaġġ u għall-akkomodazzjoni tiegħu waqt iż-żjara fl-Italja għat-tieġ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Jista' l-Prim Ministru jgħid, għal liema okkażjonijiet, li jinkludu seminars, laqgħat, roadshows, konferenzi u ikliet, li nżammu barra minn Malta huwa attenda b'rabta mal-bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-dati, il-post, il-pajjiż u l-organizzaturi ta' dawn l-okkażjonijiet? Jista' jgħid jekk huwa kienx mistieden, ġiex ordnat jew inkella għażilx minn jeddu li jattendi għal dawn l-okkażjonijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li dak li qed jirreferi għalih bħala ‘bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija’ huwa Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment.
Għall-perjodu bejn l-2013 u l-2016 nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 12115, 17753, 26715, 26833 u 29670 tal-leġiżlatura li għaddiet.
Mill-bidu tal-2017 sal-lum kien hemm żewġ okkazjonijiet fejn attendejt għall-impenji barra l-pajjiż relatati mal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment.
F’Ottubru 2017 f’Dubai kien hemm Global Ctizenship Seminar waqt li f’Novembru 2017 f’Hong Kong kien hemm 11th Global Residence and Citizenship Conference. It-tnejn kienu organizzati minn Henley and Partners.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1792 ta’ din il-leġiżlatura.
Nerġa nsostni li jien nattendi għal avvenimenti barra minn Malta biex inġib investimenti lejn il-pajjiż, u qatt mhu se naħdem kontra pajjiżna.
Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Privazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija – applikazzjoni ta’ inkjesti dwar il-privazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, kemm-il persuna applikat biex issir inkjesta dwar il-privazzjoni ta' ċittadinanza Maltija skont dak li jipprovdi l-artikolu 14 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid għal kull wieħed mill-każijiet jekk il-Ministru responsabbli dejjem bagħatx il-każ quddiem il-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Privazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija u f'kull każ x'kienet id-deċiżjoni tal-Kumitat? Jista' l-Prim Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni li applikaw jekk il-persuna kenitx ċittadina Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni jew inkella taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 sal-lum, l-ebda persuna ma ġiet infurmata li se tiġi pprivata miċ-ċittadinanza Maltija skont il-provvedimenti tal-artikolu 14 u għalhekk, ma kien ebda talba għal xi inkjesta quddiem il-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Privazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija.
Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Privazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija Persuni li applikaw biex issir inkjesta dwar il-Privazzjoni taċ-Ċittadinanza Maltija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, kemm-il persuna applikat biex issir inkjesta dwar il-privazzjoni ta' ċittadinanza Maltija skont dak li jipprovdi l-artikolu 14 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid għal kull wieħed mill-każijiet, jekk il-Ministru responsabbli dejjem bagħatx il-każ quddiem il-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Privazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija u f'kull każ x'kienet id-deċiżjoni tal-Kumitat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 4367.
Swiss Leaks – lista ta’ politically exposed persons
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' politically exposed persons Maltin li kienu mniżżla fis-Swiss Leaks u dan peress li nhar id-9 ta' Marzu 2015 huwa stess kien wiegħed li se jippubblika din il-lista?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jinsab informat mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni li ma hemmx żviluppi ġodda wara t-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 294.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min ipproduċa x-xandira li saret fl-okkażjoni tal-mitt jum tal-Gvern Laburista? Kemm intalbu quotations? Mingħand min? Jista’ jpoġġi kopja tagħhom u tar-risposti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat li l-produzzjoni tal-mitt gurnata wara l-elezzjoni tas-sena 2013 saret minn Halo Pictures ltd.
Intalbu tlett quotations, mingħand Sharp Shoot, Ikona Artworks u Halo Pictures ltd.
Intgħazlet ta’ l-ahhar bi spiża ta’ €1,368.80 (VAT inkluż) u li kienet l-aktar waħda irħisa.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Spejjeż ta’ Media Events
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni – Spejjeż ta’ Media Events
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - spejjeż ta' media events
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-MCA, it-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, kemm-il ordni ħareġ li permezz tiegħu persuna ġiet imċaħħda miċ-ċittadinanza Maltija sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li fih tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' għal kull wieħed mill-ordnijiet, jindika d-data ta' meta nħareġ, ir-raġuni għalfejn inħareġ l-ordni u jekk il-persuna kenitx ċittadina Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni jew inkella taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk qiegħed jirreferi għan-numru ta’ persuni li ġew deprivati miċ-Ċittadinanza Maltija kif provdut taħt l-artikolu 14(1) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta), mill-2013 sallum ma nħarġet l-ebda ordni ta’ Privazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija.
Identità Malta – applikazzjonijiet sabiex persuna tiġi naturalizzata bħala ċittadin ta’ Malta
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Aġenzija Identità Malta sabiex persuna tiġi naturalizzata bħala ċittadin ta’ Malta taħt l-artikolu 10(9)(ċ) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jindika għal kull waħda mill-applikazzjonijiet in-nazzjonalità tal-persuna li applikat u x'inhu s-servizz eċċezzjonali għar-Repubblika ta’ Malta jew lill-umanità, jew għaliex huwa fl-interess eċċezzjonali għar-Repubblika ta’ Malta li l-persuna tiġi naturalizzata bħala ċittadin ta’ Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Aġenzija Identità Malta ma rċeviet l-ebda applikazzjoni mis-sena 2017 sabiex persuna tiġi naturalizzata bħala ċittadin ta’ Malta dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali taħt l-artikolu 10(9)(ċ) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta). Infakkar lill-Onor Interpellant illi l-obbligu ta’ informazzjoni pubblika dwar persuni li jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija huwa limitat għall-isem u l-kunjom, li jiġu ppubblikati darba f’sena fil-Gazzetta tal-Gvern u ma ssir l-ebda distinzjoni taħt liema provediment tal-liġi tkun ingħatat iċ-ċittadinanza.
Persuni li ġew naturalizzati bħala ċittadini ta’ Malta
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, kemm-il persuna ġiet naturalizzata bħala ċittadin ta’ Malta taħt l-artikolu 10(9)(ċ) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jgħid għal kull waħda mill-imsemmija persuni, in-nazzjonalità tal-persuna li ġiet naturalizzata bħala ċittadin ta’ Malta u x'kien s-servizz eċċezzjonali għar-Repubblika ta’ Malta jew lill-umanità, jew għaliex kien fl-interess eċċezzjonali għar-Repubblika ta’ Malta li l-persuna tiġi naturalizzata bħala ċittadin ta’ Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda persuna ma ġiet naturalizzata bħala ċittadin ta’ Malta dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali taħt l-artikolu 10(9)(ċ) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2017 sallum. Infakkar lill-Onor Interpellant li l-obbligu ta’ informazzjoni pubblika dwar persuni li jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija huwa limitat għall-isem u l-kunjom, li jiġu ppubblikati darba f’sena fil-Gazzetta tal-Gvern u ma ssir l-ebda distinzjoni taħt liema provediment tal-liġi tkun ingħatat iċ-ċittadinanza.
Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali — Bord ta’ Evalwazzjoni – Chairperson u membri
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, min kienu u min huma l-persuni li servew jew qegħdin iservu bħala Chairperson u membri tat-tliet panels tal-Bord ta' Evalwazzjoni skont dak li jipprovdi r-regolament 7 tar-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 188.04) mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li servew bħala Chairperson u membri tat-tliet panels tal-Bord ta' Evalwazzjoni dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza bil-Mertu għal Servizzi Eċċezzjonali mis-sena 2017 huma kif ġej:
Chairperson:
Dr. Isabelle Gonzi
Membri (għarfien fl-isport):
Mr. Rodney Pisani
Ms. Joanna Camilleri
Membri (għarfien fil-kultura u arti):
Ms. Catherine Tabone
Dr. Trevor Borg
Membri (għarfien fix-xjenza u innovazzjoni):
Prof. Angela Xuereb
Segretarju
Mr. Christopher Falzon
Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali — Bord ta’ Evalwazzjoni – segretarju
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, min kienu l-persuni maħtura minnu biex iservu ta' Segretarju u uffiċjali oħra tal-Bord ta' Evalwazzjoni skont dak li jipprovdi r-regolament 7 tar-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 188.04)? Jista' l-Prim Ministru jgħid fir-rigward ta’ uffiċjali oħra, x'inhuma d-dmirijiet tagħhom mis-sena 2017 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li qegħdin iservu bħala Segretarju u uffiċċjali oħra tal-Bord ta' Evalwazzjoni dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza bil-Mertu għal Servizzi Eċċezzjonali huma kif imsemmija fir-risposta għal-Mistoqsija Parlamentari nru. 4342 u ċioe`:
Chairperson
Dr. Isabelle Gonzi
Membri (għarfien fl-isport):
Mr. Rodney Pisani
Ms. Joanna Camilleri
Membri (għarfien fil-kultura u arti):
Ms. Catherine Tabone
Dr. Trevor Borg
Membri (għarfien fix-xjenza u innovazzjoni):
Prof. Angela Xuereb
Segretarju
Mr. Christopher Falzon
Id-dmirijiet tagħhom huma kif stipulati fl-istess Leġiżlazzjoni Sussidjarja 188.04 u ċjoè li jivvalutaw applikazzjonijiet magħmula taħt artikolu 10(9)(ċ) tal-Att u biex iħejju opinjoni, bir-raġunijiet għaliha, fir-rigward ta’ kull applikazzjoni li ssir taħt l-istess Leġiżlazzjoni.