Minħabba li għadda ż-żmien mindu l-każ l-aħħar tqajjem fil-Parlament, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra meta mistenni jiġi ppubblikat ir-rapport dwar l-irregolaritajiet li seħħew fil-VAT Departament? Jista' jsir dan proprju f'din is-seduta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 18295.
Malta Enterprise — xogħol ta' Foreign Investiment Targeting
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Malta Enterprise hux qed tħallas persuni mhux impjegati tagħha biex jagħmlu x-xogħol ta' Foriegn Investment Targeting f'isimha? Jista' jgħid jekk dawn il-persuni jinkludux ukoll Ambaxxaturi jew High Commissioners? Min huma u kemm huwa l-ħlas li kull wieħed minn dawn il-persuni qed jingħata?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa l-Malta Enterprise għandha 2 konsulenti esterni li jaħdmu esklużivament għall-Malta Enterprise kif ukoll multiplier wieħed, li jagħmlu xogħol ta’ investment targeting li mhumiex fl-impjieg tal-Korporazzjoni.
Sar ukoll xi xogħol ta’ Foreign Investment Targeting mill-Malta High Commissioner fl-Ingilterra.
Il-konsulenti esterni għandhom salarju fiss, fil-waqt illi l-kuntratt diskuss mal-multipliers huwa marbut ma’ rata ta’ suċċess għal kull proġett miġjub f’Malta. Jiġu rimburżati ukoll spejjeż marbuta vjaġġar u parteċipazzjoni f’attivitajiet relatati, li jkunu ġew approvati qabel ma jsiru. Bħalissa l-Malta Enterprise qiegħda tiddiskuti 8 kuntratti ta’
multipliers
oħra.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew jinnega li s-Chief Executive Officer tal-Korporazzjoni Enemalta intalab biex fi ftit ġimgħat oħra jirtira jew joħroġ bil-leave u ġie offrut golden handshake li tinvolvi somma flus jew li jibqa jirċievi l-paga sakemm jiskadi t-terminu tiegħu iktar tard din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-allegazzjonijiet fid-domanda parlamentari huma infondati.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24888 u 24410 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-snin 2008, 2009 u 2010? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Papers Laid 1 - PQ 25574.xlsPapers Laid 2 - PQ 25574.xlsPapers Laid 3 - PQ 25574.xls
Kumpaniji, self-employed u SMEs — ħlas ta' bolla tan-National Insurances
Question
Jista' l-Ministru jgħid illum kemm huwa n-numru ta' kumpaniji/ self-employed/ Small and Medium Enterprises eċċ. li waqgħu lura f'dak li huwa l-ħlas tal-bolla tal-National Insurance?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ Employers li għandhom xi bilanċ dwar xi sena bejn l-1998 u l-2010 rigward il-ħlas tal-bolla tal-impjegati tagħhom (jiġifieri kontribuzzjonijiet tal-Ewwel Klassi) huwa 9,464. In-numru ta’ persuni self-employed li għandhom xi bilanċ dwar xi sena bejn l-1999 u l-2010 rigward il-ħlas tal-bolla tagħhom stess (kontribuzzjonijiet tat-Tieni Klassi) huwa 18,790.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — arretrati tan-National Insurance
Question
Jista' l-Ministru jgħid illum kemm hija ċ-ċifra globali ta' flus f'arretrati tan-National Insurance li għandu jiġbor id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-ċifra globali f’arretrati ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali hija €128.2 miljun. Minn dawn għad iridu jitnaqqsu €14.3 miljun li tħallsu mal-ftehim li ġew iffirmati minn numru ta’ employers taħt l-Iskema dwar Tnaqqis fil-Penali. Aktar tard wieħed ikun irid inaqqas ukoll il-pagamenti li għad iridu jitħallsu bin-nifs kull xahar minn dawn l-employers taħt l-istess Skema.
Kumpaniji u self employed — arretrati tan-National Insurance
Question
Jista' l-Ministru jgħid illum kemm hu n-numru ta' kumpaniji u/jew self employed li għandhom arranġamenti sabiex jirregolaw l-arretrati tagħhom għal dak li huwa National Insurance?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ Employers (kumpanniji u individwi) li daħlu f’arranġamenti biex jirregolaw l-arretrati tagħhom rigward kontribuzzjonijiet ta’ National Insurance taht l-iskema ta’ Tnaqqis fil-Penali huwa 1,314. Minbarra dawn, hemm 101 employer ieħor li kienu laħqu ftehim dwar ħlas barra l-Iskema u li għadu jgħodd.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 25821, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn, matul l-2010 u l-2011 sa Marzu, tqiegħdu mains tal-ilma fuq iż-żewġ naħat tat-triq? Kemm kien it-tul ta' mains li tqiegħdu f'dan l-istess perjodu, u kemm minn dawn tqiegħdu fuq iż-żewġ naħat tat-toroq ikkonċernati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23972, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex jintgħażel konsulent individwali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m’hemmx proċedura kif jintagħżel konsulent, iżda dan ovvjament jiġi identifikat jew identifikata abbażi tal-kompetenza u l-esperjenza fis-settur partikolari.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Marzu ta’din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi tali informazzjoni tista’ tingħata fl-aħħar ta’ Lulju, wara li jkun ippubblikat l-International Investment Position mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2004 ‘l hawn li kienu qed iwettqu attivita’ ta’:
a) innovazzjoni teknoloġika;
b) innovazzjoni mhix teknoloġika;
ċ) innovazzjoni sew teknoloġika kif ukoll innovazzjoni mhix teknoloġika?
Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont id-daqs ta’ kemm iħaddmu nies dawn l-intrapriżi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interepellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ħaddiema ingaġġati f'attivitajiet ta' riċerka u żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema f’Malta u f’Għawdex separatament mill-2004 ‘l hawn li kienu ngaġġati f’attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fuq bażi full-time u part-time separatament u maqsuma f’irġiel għalihom u nisa għalihom? Jista’ tagħti dan it-tagħrif skont l-impjieg ta’ dawn il-ħaddiema, jiġifieri:
a) riċerkaturi;
b) tekniċi u ekwivalenti u
ċ)
supporting staff
ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħrig.
Intrapriżi — koperazzjoni dwar attivitajiet ta' innovazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f’Għawdex separatament li kellhom arranġamenti ta’ koperazzjoni dwar attivitajiet ta’ innovazzjoni kull sena mill-2004 sal-lum? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont id-daqs ta’ kemm iħaddmu nies dawn l-intrapriżi u skont in-natura tal-imsieħeb/imsieħba tagħhom f’dawn l-arranġamenti ta’ koperazzjoni, per eżempju l-Gvern, istituzzjonijiet pubbliċi ta’ riċerka, universitajiet, eċċ.? Jista’ jagħti taghħrif dwar id-domiċilju/residenza tal-imsieħba?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18599 u 18295 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport intern dwar il-VAT fid-dawl tal-abbużi li kien hemm dan l-aħħar?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 18295.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm għandha ġibjuni fl-irħula tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali (raħal raħal) il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm għandha pumping stations il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'kull wieħed mill-irħula tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Imtarfa, Imrieħel, Salina u Ta' Masrija — mains tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx indikazzjoni ta' tnaqqis fit-telf tal-ilma (leakages) f'dawk li huma l-inħawi fejn hemm mains tal-ilma fiż-żewġ naħat tat-triq bħala parti mill-Imtarfa, l-Imrieħel, Ta Masrija Mellieħa u s-Salina?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 25940.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25854 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il ilment tressaq lid-dipartiment li jitratta problemi ta' drenaġġ, fir-rigward tal-problema tad-drenaġġ li jiżbroffa minn Triq Diċembru 13, jinżel fil-playing field li jinsab taħt il-Monument tar-Republika, l-Marsa u jibqa' sejjer fi Triq is-Sajjieda, b'inkonvenjent u b'detriment għal saħħet itfal u r-residenti tal-inħawi msemmija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25853 li saret lill-Ministru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il ilment tressaq lid-dipartiment li jitratta problemi ta' drenaġġ, fir-rigward tal-problema ta' rwejjaħ li joħorġu mill-culvert fi Triq is-Sajjieda, l-Marsa u xi żviluppi seħħew? Jista' jagħti garanzija lir-residenti li din il-problema ġiet solvuta? Jekk le, għaliex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.