Tista' l-Ministru tgħid kif dawk l-inkwilini bi dħul mill-aktar baxx u li żdiedetilhom il-kera anke bid-doppju, li minħabba l-emendi l-ġodda issa qed iħallsu €185, mhux qed ikunu mgħejjunin permezz tal-iskema tal-Awtorità tad-Djar dwar sussidju fuq il-kera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-policy attwali tal-Awtorita’ tad-Djar hija li dawk l-inkwilini li qegħdin iħallsu kera minima ta’ €185 fis-sena ma jiġux mogħtija sussidju fuq il-kera u dan peress li skont il-Liġi tal-Kera l-ġdida li daħlet fis-seħħ f’Jannar tas-sena 2010, il-kera minima li inkwilin jrid jħallas hija ta’ €185.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-proġett tat-Third Country Nationals' Integration Fund approvat mill-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea aktar kmieni din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Wara li kumitat ta’ evalwazzjoni rrakkomanda l-approvazzjoni ta’ erba’ (4) proġetti, l-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea bagħtet il-kuntratti lill-ewwel żewġ entitajiet nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Frar 2010, filwaqt illi għadha qed tiddiskuti numru ta’ materji mal-entitajiet taż-żewġ proġetti l-oħra.
Tista' l-Ministru tgħid meta l-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea se tipprovdi skeda ta' ħidma u l-informazzjoni dwar x'qed iżommha milli tagħmel dak kollu meħtieġ biex min rebaħ il-proġett iffinanzjat mit-Third Country National's Integration Fund, jista' jibda l-ħidma tiegħu peress li diġà ntilef ħafna ħin prezzjuz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 14903.
Third Country Nationals' Integration Fund — proġett
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta huwa maħsub li jibda l-proġett iffinanzjat mit-Third Country Nationals' Integration Fund?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-European Union Programmes Agency bagħtet il-kuntratti lill-ewwel żewġ entitajiet nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Frar 2010 sabiex ikun iffirmat minnhom u sussegwentement mill-Aġenzija. Dan ikun ifisser li hekk kif l-entitajiet imsemmija jiffirmaw il-kuntratt dawn l-entitajiet ikunu jistghu jibdew il-proġett tagħhom.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14630, tista' l-Ministru tagħti l-lista sħiħa tan-nursery schools li huma reġistrati mad-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni u li hi indikat li huma 17 b'kollox, però tat biss lista ta' tmienja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ Nursery Schools li huma reġistrati mad-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni huma sbatax (17).
Teddies Child Care Centre Żurrieq
Tender Loving Centre (TLC) Fgura
Tender Loving Centre Marsaskala
Mickeys Child Education Centre Żejtun
Mickeys Child Education Centre Ħamrun
Minnies Child Care Centre Żejtun
ABC Child Care Centre San Ġwann
Happy Kidz San Ġwann
St Cecilia Day Care Centre Tarxien
St Cecilia Day Care Centre Attard
San Anton L/O Żebbiegħ
San Andrea L/O Żebbiegħ
Nikki’s Sliema
Fleurette Kappara
Chiswick Kappara
Victoria Nursery Naxxar
The Nursery Mosta
Minn dawn, l-aħħar disa’ (9) skejjel fil-lista huma reġistrati wkoll bħala skejjel tal-Kindergarten.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14702 u risposta mogħtija, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' stima tal-spiża rikorrenti meta dawn l-iskejjel jibdew joperaw u jekk bl-operat tagħhom hux se jonqos n-numru ta' studenti mill-iskejjel primarji u sekondarji governattivi? Jekk saru xi kalkoli preliminari dwar dan, jistgħu dawn il-kalkoli jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li l-għażla ta’ tfal għall-iskejjel tal-Knisja, meta dawn jiġu mkabbra biex xi wħud minnhom ikollhom is-settur primarju kif ukoll dak sekondarju, ser issir permezz ta’ lotterija, dan ifisser li x’aktarx it-tfal li jitilgħu għall-iskejjel tal-Knisja ħa jkunu mifruxin minn kull belt u raħal.
Meta wieħed jieħu numru ta’ tfal li ser jidħlu kull sena fis-settur primarju fl-iskejjel tal-knisja u jiddividihom bejn in-numru tal-iskejjel primarju tal-istat, wieħed jasal għall-konklużjoni li n-numru li se jonqos minn kull skola tal-istat ser ikun wieħed minimu u għaldaqstant mhux ser jaffettwa l-operat tal-iskejjel tal-istat.
Dan japplika wkoll għall-iskejjel sekondarji tal-istat.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 14572 u ċioe: b'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 14147 rigward green jobs, tista' l-Ministru tara jistgħux jitħarrġu persuni sew biex iħeġġu households biex jistallaw apparat bħal solar water heaters kif ukoll oħrajn biex ikunu ppreparati biex jitqabbdu jagħmlu x-xogħol manwali meħtieġ, u dan fid-dawl ta' skemi sew tal-Gvern kif ukoll tal-Unjoni Ewropea li għalihom ftit hemm interess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa kkalkolat li hemm tfal li għandhom problema ta' dyslexia fl-iskejjel tal-istat? Kemm hemm talbiet pendenti sabiet tingħata għajnuna lil dawn it-tfal? Kemm hemm impjegati mħarrġa apposta li qed jassistu lil dawn it-tfal? X'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar dan is-suġġett partikolari?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Huwa kkalkulat li hemm madwar 1,285 student/a li għandhom il-problema tad-dyslexia fl-iskejjel tal-Istat.
Hemm madwar 430 talba pendenti biex tingħata xi tip ta’ għajnuna.
Bħalissa hemm seba’ (7) għalliema li qegħdin jagħtu għajnuna lil dawn it-tfal.
Il-Gvern qed jippjana li jerġa’ jinfetaħ il-kors tal-Universita’ sabiex dawk l-għalliema interessati jkunu jistgħu jispeċjalizzaw f’dan il-qasam.
Tista' l-Ministru tinvestiga x-xniegħa persistenti li fl-iskola governattiva ta' Ħal Safi, it-tfal ingħataw tazza tal-plastik li ġew imġiegħla jżommu sabiex l-għada jerġgħu jixorbu minnha avolja x-xarba mogħtija tkun waħda differenti u dan kontra kull kodiċi ta' igene?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mhix proċedura fl-iskola Kulleġġ San Benedittu Primarja Safi li t-tfal jingħataw tazzi tal-plastik. It-tfal huma mitluba jġibu tazza tal-plastik magħhom mid-dar biex jieħdu l-ħalib. Din it-tazza hi waħda personali u tittieħed lura d-dar kuljum.
L-unika darba din is-sena skolastika li l-iskola pprovdiet tazzi tal-plastik kien f’attivita’ sportiva fejn il-kap tal-iskola sponsorjat personalment l-ilma u tazzi tal-plastik ġodda għal waqt din l-attivita’. It-tfal li riedu jixorbu ngħataw tazza ilma friska. Min ried it-tieni jew aktar ilma seta’ juża t-tazza provduta. Waqt l-attivita’ x-xorb kien dejjem ilma. Wara l-attivita’, t-tazzi nġabru kollha u ntremew fl-iskip tal-plastik.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-pubbliku li kien imur jagħmel użu mill-jogging track fil-Marsa Sports Complex mhux qed jitħalla jidħol aktar f'dan il-post u qed jintalab biex iħallas fee matul is-sena meta l-użu qabel kien b'xejn għal kullħadd? Ma taħsibx li din il-jogging track għandha importanza soċjali għan-nies li kienu qed jagħmlu użu regolari minnha minħabba kundizzjonijiet ta' saħħa fiżika eċċ.? Tista' tgħid kemm qed ikun il-ħlas mitlub lin-nies li jixtiequ jagħmlu użu minn din il-jogging track?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14628.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk għat-tifel li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tfassalx Programm Edukattiv Individwali kif rakkmandat mill-Istatementing Moderating Panel fid-29 t’Ottubru 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sabiex isir il-programm edukattiv individwali, jeħtieg li t-tifel jiġi osservat waqt diversi sessjonijiet. Minħabba it-tip ta’ mġieba tat-tifel kien jeħtieġ li primarjament jitfassal behaviour modification programme. Iżda, peress li l-kooperazzjoni tat-tifel mhix konsistenti, qabel ma jibda jiġi ipprattikat il-Programm Edukattiv Individwali li kien irrakomandat mill-iStatementing Moderating Panel fid-29 ta’ Ottubru 2009, kien meħtieġ li ssir intervenzjoni fuq dak li kien qed jiġri fil-ħajja ta’ dan l-istudent peress li dan affettwaħ psikoloġikament.
kors li jwassal għall-grad ta' Officer of the Watch
Question
Tista' l-Ministru tintervjeni u tara li l-istudenti li tul dawn l-aħħar snin applikaw għall-kors li jwassal għall-grad ta' Officer of the Watch organizzat mill- MCAST u li r-riżultat joħroġ mil-Awtorità Marittima ta' Malta, ma jibqgħux jiġu sprovisti minn għalliema bil-konsegwenza li kors ta' tliet snin jieħu aktar minn ħames snin u għadu ma tlestiex u li l-korsijiet anċillari għalih qegħdin idumu ma jibdew b'detriment għall-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kors ta’ Officer in Charge Navigational Watch li huwa kors ta’ tliet snin u li jiġi offrut mill-Istitut Marittimu tal-MCAST, m’għandux nuqqas ta’ għalliema u dejjem kien hemm għalliema biżżejjed għal dan il-kors biex jgħallmu f’kull suġġett.
Is-sena li għaddiet kien hemm xi dewmien biex jitlesta kors għax l-istudenti kien għad baqalhom jattendu ancillary kors ta’ ġimgħa, li kien għadu ma ġiex uffiċjalment approvat mill-istess Awtorita’ Marittima.
M’huwiex minnu li dan il-kors qatt kellu dewmien ta’ iktar minn ħames snin kif qed jiġi allegat, biss jista’ jingħad li kien hemm xi studenti li baqgħu jagħmlu xi eżamijiet għal xi żmien wara l-perjodu tal-kors ta’ tliet snin, għax ma kienux għaddew minn xi eżamijiet finali.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura li biha tfal down syndromeikunu jistgħu jikkwalifikaw u jipparteċipaw fil-programm Inspire u ċioe dak li qabel kien l-Eden Foundation?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Inspire hija għaqda mhux governattiva u minħabba dan il-fatt hija l-Inspire li tistabbilixxi l-kriterji ta’ għażla sabiex it-tfal jikkwalifikaw u jipparteċipaw fil-programm li l-għaqda toffri.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għaddew studenti mill-eżami tal-Junior Lyceum tul dawn l-aħħar 10 snin, sena b'sena u lokal b'lokal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni dwar kemm għaddew studenti mill-eżami tal-Junior Lyceum dawn l-aħħar għaxar snin sena b’sena u lokal b’lokal qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.